KullHadd_28.08.2016

Page 1

ĦARSA LEJN

L-ENERĠIJA ALTERNATTIVA

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 28 ta’ Awwissu, 2016

Ara paġna 10 Ħarġa Nru 1,207 Prezz €1

TPAQPIQA TA’ GRAZZI F’NOFS IT-TIĠRIF • L-ESPERJENZA TAL-MALTIN LI QED JGĦINU F’AMATRICE • IT-TERREMOT FL-ITALJA MHUX MARBUT MA’ THEŻŻIŻIET F’MALTA Telgħu l-Italja biex jgħinu lil dawk milquta minn terremot kiefer iżda ntlaqgħu b’emozzjonijiet ta’ sodisfazzjon – is-sodisfazzjon ta’ Taljani li esprimew gratitudni għall-fatt li tim ta’ SOS Malta telgħu f ’Amatrice bil-għan li huma wkoll jagħtu daqqa t’id fil-ħidma ta’ salvataġġ. Irrakkuntat dan lill-gazzetta KullĦadd Janine Teuma Castelletti, waħda mill-voluntiera ta’ SOS Malta. “It-Taljani kienu emozzjonati kif rawna telgħin

lejn Amatrice biex nagħtu l-għajnuna tagħna. Saħansitra aħna u nsuqu, bosta karozzi u muturi bdew ixejrulna u jpaqpqulna talli tlajna ngħinuhom,” qalet it-tfajla. Il-Maltin komplew b’ħidmiethom is-Sibt waqt li fl-Italja kien qed jinżamm jum ta’ luttu nazzjonali u bdew isiru l-funerali. Għal darb’oħra spikkaw xeni ta’ qsim il-qalb. Xeni li issa ilna naraw għal dawn l-aħħar jiem. “L-emozzjoni ddominat kollox għax fit-taħriġ qatt ma tkun qrib nies mejta,” qaltitlna Janine. Ara paġni 2 u 3

FI TLIET SNIN TRIPPLAW IL-BOUTIQUE HOTELS

Fl-aħħar tliet snin l-applikazzjonijiet għallboutique hotels kważi tripplaw meta mqabbel mattliet snin ta’ qabel. Fl-istess ħin żdied il-livell ta’ okkupanza tal-boutique hotels qrib jew ogħla minn 80%. L-aktar lokalitajiet li fihom qegħdin jintalbu permessi għall-ftuħ ta’ boutique hotels huma l-Belt Valletta, ir-Rabat, l-Isla, il-Birgu,

Bormla, l-Imdina, iż-Żejtun u Tas-Sliema, u l-indikazzjonijiet qegħdin juru b’mod ċar li dawn l-investimenti qegħdin jikkontribwixxu għarriġenerazzjoni ta’ dawn il-lokalitajiet. “Is-settur privat qed jinvesti b’mod konsiderevoli f ’dan it-tip ta’ lukandi u huwa ta’ pjaċir kbir li wieħed jinnota li ħafna minn dawn il-binjiet huma restawr ta’ bini antik abbandunat

li żgur jirrikjedi ammont sostanzjali ta’ xogħol u investiment. Dan jagħtina sodisfazzjon li l-wirt storiku ta’ pajjiżna qed ngħixuh fl-industrija tatturiżmu u l-viżitaturi barranin jistgħu jgawdu u jkunu parti minn dan il-ġawhar storiku,” tenna l-Kap Eżekuttiv tal-MTA, Paul Bugeja. Ara paġna 11

MIJIET JISTAQSU DWAR SKEMA MISTENNIJA • SKEMA TA’ DARBA B’RAĠUNI • ĠIRIEN U PARTIJIET INTERESSATI BI DRITT TA’ OĠĠEZZJONI

Ma’ qatgħu xejn it-telefonati fil-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar wara li nhar it-Tnejn tnediet l-iskema ta’ regolarizzazzjoni. Skema ta’ darba li għandha l-għan li tirregola b’ġustizzja illegalitajiet f ’bini li mhux f ’ODZ u mhux ta’ periklu. Jirriżulta li sal-aħħar ta’ Settembru huwa mistenni li jidħlu madwar 300 applikazzjoni b’għexieren diġà bdew ikunu pproċessati. Dawn l-applikazzjonijiet isegwu ċerti regoli ta’ trasparenza li l-Awtorità tħaddan dejjem, bħal li jkunu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità u wieħed ikollu wkoll id-dritt joġġezzjona. Ara paġna 9

IL-KAP FI KRIŻI Tkompli tiżdied il-pressjoni fuq Simon Busuttil. Mal-kitbiet pubbliċi jiżdied id-diskors intern u attivisti jibdew jiltaqgħu biex jiddiskutu ż-żiemel tagħhom. Ara paġni 6,7,40


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.