www.kullhadd.com Il-Ħadd, 28 ta’ Mejju, 2017
Ħarġa Nru 1,246 Prezz €1
NIBQGĦU NGĦIXU L-ĦOLMA MALTIJA
Sabiħ li toħlom. Isbaħ meta l-ħolm isir realtà. Ftit iktar minn erba’ snin ilu ma’ Joseph Muscat ħlomna li nsiru l-aqwa fl-Ewropa u hekk kellu jkun. Sirna l-aqwa fl-Ewropa fil-qasam tad-drittijiet ċivili, kellna l-ikbar tkabbir ekonomiku, l-ikbar surplus u issa qegħdin mal-aqwa fis-settur tax-xogħol. Pajjiżna sar l-għira ta’ pajjiżi oħra u mexxejja mill-erbat irjieħ tad-dinja żaruh u faħħruh. Għax Joseph Muscat huwa mexxej rispettat. Rispettat għax viżjonarju. Iżda, fuq kollox rispettat għax iżomm kelmtu. Dik hi l-għażla ta’ nhar is-Sibt. L-għażla hi jekk nibqgħux mexjin ’il quddiem jew niqfux nofs triq. Nistgħu nreġġgħu l-arloġġ lura u l-ġejjieni tagħna u ta’ wliedna nafdawh f’idejn Simon Busuttil u Marlene Farrugia. Inkunu qed nagħtuh lura f’idejn l-establishment. Minflok nistgħu nagħżlu li nibqgħu nemmnu fil-ħolma Maltija u ngħixuha ma’ Joseph Muscat.
Intervista ma’ Joseph Muscat pġ 4-5
Busuttil Dahru mal-Ħajt f’Xarabank pġ 10-11
L-Aqwa Mumenti ta’ Muscat pġ 20-21
L-Għaxar Żelqiet ta’ Busuttil pġ 22-23
BUSUTTIL REĠA’ BAŻWAR BIL-FLUS • IL-PN BI PJAN BIZZILLA BIEX LILL-KUMMISSJONI ELETTORALI MA JAGĦTIHIEX L-ACCOUNTS QABEL L-ELEZZJONI • MA JRIDX LI QABEL IL-VOT INKUNU NAFU L-VERITÀ Fl-aħħar jiem il-Partit Nazzjonalista reġà nqabad f ’attentat iddisprat ta’ ħabi. Ħabi ta’ flus bi ksur tal-liġi tal-finanzjament talpartiti. Mhux dnub tal-abbatini, iżda qerq sfaċċat ta’ partit li f ’25 sena ma daħħalx din il-liġi, u li dejjem ħeba l-kontijiet tiegħu. Bil-liġi tal-finanzjament tal-partiti, kull
partit reġistrat irid jgħaddi l-kontijiet tiegħu lill-Kummissjoni Elettorali, wara proċess ta’ verifika indipendenti, sa erba’ xhur wara li tagħlaq is-sena finanzjarja. Għall-Partit Nazzjonalista, l-appuntament kien għall-aħħar t’April. Iżda l-kontijiet baqgħu mistura.
Tkompli f’paġna 6