KullĦadd_28.02.2016

Page 1

Chris Said B’5 KAROZZI UFFIĊJALI

www.kullħadd.com Il-Ħadd, 28 ta’ Frar, 2016

Ara paġna 7

Ħarġa Nru 1,181 Prezz €1

“AĦNA PARTIT TAL-ASPIRAZZJONI” Id-Deputat Mexxej Elett tal-Partit Laburista, Konrad Mizzi, iddeskriva r-rwol ġdid tiegħu bħala pont neċessarju bejn il-Gvern u l-Partit, u saħaq li l-Partit Laburista għandu jkun f ’pożizzjoni li joħloq sfidi pożittivi lill-Gvern biex dan iwettaq il-manifest elettorali tiegħu. F’intervista ma’ din il-gazzetta, Dr Mizzi ddeskriva l-Partit bħala wieħed li hu mibni fuq l-aspirazzjoni. Sostna li l-aqwa pilastru tal-Partit huma n-nies, u għalhekk il-Partit għandu jipprovdi l-għodda lill-individwi biex itejbu lilhom infushom u b’hekk jissaħħaħ ukoll il-Partit innifsu. Fuq livell personali, Dr Mizzi saħaq li se jibqa’ jżomm l-ogħla standards bħalma dejjem għamel s’issa, u se jibqa’ jaħdem qatigħ, issa wkoll fil-Partit, minkejja l-attakki tal-Partit Nazzjonalista. Ara paġna 2

NEFAQ €1 MILJUN FUQ PERSUNI TA’ FIDUĊJA

Waqt li llum, għal Simon Busuttil, li ministru jimpjega miegħu persuni ta’ fiduċja sar skandlu, wieħed biss mill-eksministri Nazzjonalisti li għadu deputat tiegħu sal-lum, qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali kellu impjegati miegħu 41 persuna ta’ fiduċja. Minn informazzjoni dettaljata li għandha l-KullĦadd u li llum qed nippubblikaw partijiet minnha, l-eks-Ministru Nazzjonalista George Pullicino kellu segretarjat privat ta’ 18-il persuna, kollha impjegati bħala persuni ta’ fiduċja, waqt li kien iħaddem 23 persuna oħra bħala konsulenti, ilkoll bħala persuni ta’ fiduċja. L-ispiża f ’salarji u allowances fuq dawn il-persuni ta’ fiduċja ta’ George Pullicino kienet ta’ €1 miljun fis-sena. Ara paġna 4

85% INQAS PAZJENTI FIL-KURITURI

Din is-sena l-pazjenti fil-kurituri naqsu b’85% meta mqabbel mal-medja ta’ persuni fil-kurituri matul is-snin li ilu jopera l-Isptar Mater Dei. Is-Segretarju għas-Saħħa Chris Fearne qal lil din il-gazzetta li dan ir-riżultat inkiseb primarjament permezz tal-istrateġija tal-Gvern li jżid is-swali f ’dan l-isptar. Dan kien neċessarju wara li Gvern Nazzjonalista bena sptar ġdid li kien jesa’ inqas sodod mill-Isptar San Luqa. Ara paġna 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
KullĦadd_28.02.2016 by Kullħadd Editor - Issuu