KullHadd_27.11.2016

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 27 ta’ Novembru, 2016

Ħarġa Nru 1,220 Prezz €1

EMERĠENZA HIV Din is-sena f ’pajjiżna se tkun reġistrata inċidenza għolja tal-HIV u l-indikazzjonijiet huma li jinqabeż in-numru tas-sena l-oħra li kien wieħed rekord. Fil-fatt, is-sena l-oħra kien hemm 59 każ ġdid u din is-sena diġà 56 każ. Sa sitt snin ilu kienu jkunu reġistrati madwar terz ta’ każi ġodda ta’ din il-marda trażmessa sesswalment. Ara paġna 3

SIĠĠU “KOMDU”

IL-KBAR IĦARSU LEJN MALTA

Il-President tal-Kunsill Amministrattiv talPartit Nazzjonalista, Ann Fenech, iddikjarat pubblikament li mhux ħierġa għall-elezzjoni ġenerali. Iżda, maċ-ċans li tkun eletta b’cooption minħabba s-sentenza tal-Qorti mill-ewwel uriet li tinsab interessata. Li ġieha ħażin hu li Simon Busuttil ma kienx jaf x’qed jgħid meta webbilha. Ara paġna 6

• L-IKBAR KUMPANIJI TAL-AJRU JURU INTERESS F’INVESTIMENT LOKALI • GĦADHOM JIBDEW U JAF IKOLLHOM IKABBRU Lufthansa, British Airways, Air France, u Emirates huma fost il-kumpaniji li qed juru interess fix-xogħol li f ’Malta bdiet tagħmel Aviation Cosmetics. Dan huwa wieħed minn sensiela ta’ investimenti li żviluppaw f ’pajjiżna f ’dawn l-aħħar snin fil-qasam tal-avjazzjoni, bi mkejjen viċin is-settur jgħidu li ġejjin iktar. F’dan il-każ investew €15–il miljun. Aviation Cosmetics kienet inawgurata uffiċjalment fl-aħħar ġimgħat u għadha kemm bdiet ix-xogħol fuq l-ewwel ajruplan żgħir, u qed tiffinalizza ċ-ċertifikazzjoni tal-ħangar il-kbir; bl-ewwel ajruplan ta’ daqs kbir jidħol ftit qabel il-Milied. F’kummenti mal-gazzetta KullĦadd l-uffiċjali għolja tagħha jgħidu li tant bdew bit-tajjeb, li fi żmien 24 xahar ieħor jaf ikunu diġà f ’taħdidiet mal-Gvern biex ikabbru l-operat tagħhom f ’pajjiżna. Ara paġna 5

MIET CASTRO:

RIVOLUZZJONARJU LI BIDEL L-ISTORJA Ara paġna 17

SEBA’ MEXXEJJA, ERBAT IJIEM Għada l-Prim Ministru jħalli pajjiżna biex jibda sensiela ta’ żjarat fi bliet kapitali Ewropej biex ftit ġimgħat qabel il-Presidenza jiltaqa’ mal-mexxejja tagħhom. Dan il-vjaġġ se jsir proprju ġimgħa wara li Malta nediet il-prijoritajiet tal-Presidenza u l-identità viżwali, b’din tal-aħħar intlaqgħet tajjeb skont esperti li tkellmu magħna. Ara paġni 13-15


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.