www.one.com.mt Il-Ħadd, 27 ta’ Settembru, 2020
Ħarġa Nru 1,420
Prezz €1
MUSCAT KONTRA L-AMERIKAN FRODIST
IPPJANATA 60 SENA ILU …INFETĦET ILBIERAĦ! Tibda tintuża l-ewwel triq ġdida fis-Central Link Project bis-saħħa ta’ Gvern Laburista It-triq ġdida li għadha kemm infetħet, biex mill-Imrieħel tieħdok dritt lejn Ta’ Qali bla ma tgħaddi mill-qalba ta’ Ħ’Attard, hi l-qofol ta’ dak li llum hu s-Central Link Project. Għalkemm proġett simili kien ilu ppjanat sa mis-sittinijiet, ħadd mill-amministrazzjonijiet ta’ qabel qatt ma ħa l-inizjattiva biex iwettqu. Pjanta ddisinjata mill-amministrazz joni Nazzjonalista tal-Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier u li l-kopja tagħha qiegħda tiġi ppubblikata f’din il-ħarġa tal-lum, tindika ċar li l-ħtieġa li ssir triq simili f’din il-parti ċentrali tal-pajjiż ilha tinħass minn dak iż-żmien. Wara 60 sena, pajjiżna issa għandu Gvern li hu konvint li l-benefiċċji ta’ dan il-proġett huma wisq importanti biex jitħalla fuq l-ixkaffa u għalhekk ikkommetta ruħu li jwettqu – kif fil-fatt qed jagħmel – biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies, mhux biss tal-lokal. Tkompli f’paġna 7
IL-KELLIEM TA’ GRECH INVESTIGAT UKOLL WARA KAŻI LI JINVOLVU LILL-KANDIDAT GĦAL KAP TAL-PN INNIFSU U GWARDJI TAS-SIGURTÀ TIEGĦU, TAGĦRIF JURI LI L-PULIZIJA QED TINVESTIGA KUMPANIJA TA’ ALESSANDRO FARRUGIA Il-kelliem ewlieni tal-kandidat għal Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qed jiġi investigat mill-Pulizija għal reati li twett qu mill-kumpanija tiegħu A2 Co. Ltd. Alessandro Farrugia (lemin), li fl-imgħod di ħadem ukoll bħala uffiċjal tal-komuni kazzjoni mal-Eks Viċi Kap Nazzjonalista u President Guido de Marco u fit-tim tal-Eks Ministru Austin Gatt, fl-aħħar xhur ġie fdat
minn Grech bħala l-kelliem u kordinatur ta’ attivitajiet varji, anke jekk ma tantx espona lilu nnifsu kif wieħed jistenna. Korrispondenza, li tinsab f ’idejn ilKullĦadd, tixhed li fl-aħħar xhur il-Pulizija, permezz tal-Ispettur Claire Borg, bdiet tiġbor “kull tip ta’ informazzjoni, bħal emails, chats fuq il-mobile u korrispondenza bl-avukat, eċċ.” bħala parti mill-investi-
gazzjoni tagħha fuq il-kumpanija. Jirriżultalna li A2 kienet xolta mill-Qorti fl-2017 wara li falliet b’riżultat ta’ djun kbar u kuntratti mhux osservati. Skont ir-reġistru tal-kumpaniji din għadha qed tiġi likwidata, waqt li Farrugia u martu huma mniżżlin bħala azzjonisti u diretturi. Tkompli f’paġna 4
Rapport f’paġna 6