KullĦadd_27.05.2018

Page 1

L-ISPTAR MINFLOK LURA D-DAR

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 27 ta’ Mejju, 2018

Ħarġa Nru 1,298 Prezz €1

WARRANT MISTĦOQQ!

Il-gazzetta KullĦadd illum tiżvela każ li juri kif iż-żewġ studenti li hemm min irid iċaħħadhom mill-warrant ta’ avukati għandhom jeħduh għax student fl-istess sena tagħhom ħadu mingħajr ħadd m’oġġezzjona, anke jekk kellu każ iktar serju mal-ġustizzja. Ara paġna 12

BIDLA BLA PREĊEDENT

10 snin minn meta Joseph Muscat nħatar Mexxej talPartit Laburista l-bidla li ġab kienet deskritta bla preċedent. Kien il-Professur fl-Università ta’ Wisconsin fl-Istati Uniti, John Baldacchino li kiteb fil-ktieb Joseph Għaxar Snin Mexxej kif “il-Partit Laburista taħt Muscat daħal f’bidla bla preċedent.” Bidla li kienet deskritta bħala “żvolta intenzjonata li tiftaħ beraħ lillPL filwaqt li tagħlaq il-kapitlu tal-MLP mingħajr ma tiċħad l-istorja tal-istess partit.” Ara paġna 3

Żewġt irġiel li kienu fost sebgħa li kienu qed ilestu biex imorru lura d-dar wara nofstanhar fil-kamra tan-nar tal-Għaqda Piroteknika 11 ta’ Frar ta’ San Ġwann spiċċaw l-isptar bi ġrieħi gravi wara splużjoni qawwija li nstemgħet minn diversi bnadi fiċ-ċentru u t-Tramuntana tal-pajjiż. Ara paġna 10


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
KullĦadd_27.05.2018 by Kullħadd Editor - Issuu