BIDLA FIL-ĦIN DAWWAR L-ARLOĠĠ SIEGĦA ’L QUDDIEM
www.kullħadd.com Il-Ħadd, 27 ta’ Marzu, 2016
Ħarġa Nru 1,185 Prezz €1
BYPASS GĦAT-TRASPARENZA • L-iskema ta’ self mill-PN maħsuba biex iddur mal-obbligi tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti • Esperti jqajmu dubji dwar aspetti legali tal-iskema L-iskema ta’ self li l-Partit Nazzjonalista nieda iktar kmieni din il-ġimgħa qed tnissel suspett li hija maħsuba bħala bypass għal-liġi tal-finanzjament tal-partiti. Il-liġi daħlet fil-bidu ta’ din is-sena b’impenn talGvern preżenti wara li l-Partit Nazzjonalista filGvern baqa’ ma implimentaha qatt. L-iskema, magħrufa bħala ċedoli, saret biex uffiċjalment il-Partit Nazzjonalista jiddejjen €10,000 mingħand individwi li mbagħad iħallashom lura fuq għaxar snin, bi mgħax ta’ 4%. Din qed tkun ippreżentata bħala mod innovattiv kif il-Partit isaħħaħ il-finanzi tiegħu. Kollox jindika, iżda, li r-realtà hi mod ieħor. Il-liġi tal-finanzjament tal-partiti tirregola d-donazzjonijiet u mhux is-self. Tkompli f ’paġna 3
RATING LI JQAWWI L-QLUB
“MALTA LI QED TINBIDEL”
Il-bidla li għaddej minnha pajjiżna se tkun it-tema li toffri l-isfond għall-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista. Dik li se tibda fit-3 ta’ April se tkun konferenza li tara diskussjoni ħajja xprunata mill-ħtieġa li pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddiem. Il-president tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, stqarr malKullĦadd li “is-suċċess li qed jikseb pajjiżna bħalissa ma jfissirx li wasalna. Anzi nemnu li dan huwa l-punt tat-tluq għal era ġdida f ’pajjiżna”. Ara paġni 8 u 9 L-aħħar tliet snin kienu strumentali għall-Enemalta. Ir-ristrutturar li sar kellu mhux biss jimmira għal soluzzjonijiet fit-tul, iżda wkoll għal soluzzjonijiet immedjati fir-rigward tal-qagħda finanzjarja mwiegħra li kienet tinsab fiha l-korporazzjoni. Evidenti li l-inizjattivi tal-Gvern preżenti qegħdin iħallu l-frott, hekk kif għar-raba’ darba fi tliet snin Standard and Poor’s għolla l-credit rating talEnemalta. It-triq għas-sostenibbiltà hija twila u għat-telgħa, iżda d-direzzjoni li nqabdet hija waħda tajba. Dan kien ikkonfermat mhux biss mill-aġenzija ta’ kreditu, imma anke minn esperti lokali li fil-passat kienu involuti fl-Enemalta. Joseph Falzon, Professur tal-Ekonomija, u David Spiteri Gingell, eks-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta, tkellmu ma’ din il-gazzetta dwar is-sinifikat ta’ dan il-progress u l-fatturi li kienu wasslu lill-korporazzjoni fix-xifer tal-falliment. Ara paġna 2
“IL-FISAZZJONI LI SE NAGĦMEL ĠENNATA” F’intervista mal-KullĦadd, żagħżugħ li nirreferu għalih bħala Marc jaqsam l-esperjenza tiegħu dwar tip ta’ Obsessive Compulsory Disorder (OCD). Din id-darba l-fisazzjoni hija l-biża’ li f ’xi mument se jiżbalja b’mod ikrah. Fi kliemu, li se jagħmel “ġennata”. Biża’ li ma tingħelibx kif ġieb u laħaq. Ara paġna 6