L-APPUNTAMENT ANNWALI TA’ SOLIDARJETÀ MAGĦNA LLUM Ritratt: GARETH DEGIORGIO
Il-Ħadd, 26 ta’ Diċembru, 2021
Ħarġa Nru 1,485
Prezz €1
Rapport f’paġna 9
2021: KISBIET IMPORTANTI QALB L-ISFIDI Minkejja l-isfidi kollha li ġabet magħha, partikolarment dawk relatati mal-pandemija u r-restrizzjonijiet globali, l-2021, li se ntemmu fil-jiem li ġejjin, rat lill-Gvern Malti jkompli jikseb riżultati importanti għal pajjiżna u ġensu. Bit-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, Kabinett u Grupp Parlamentari magħqudin, Malta baqgħet miexja ’l quddiem tikseb suċċessi anke dawk bla preċedent. Madwar id-dinja u fl-Unjoni Ewropea kienu diversi l-mumenti meta bdew ifeġġu sinjali ta’ rkupru, iżda fl-2021 pajjiżna reġa’ spikka, għax laħaq il-livelli għoljin li kien wasal fihom f’diversi oqsma qabel faqqgħet il-pandemija jew saħansitra qabiżhom, bħalma hu l-każ fl-għadd ta’ persuni f’impjieg. Fl-istess ħin li baqa’ jipproteġi u jinvesti fin-nies, fil-familji u fin-negozji, li ntlaqtu l-agħar, Gvern Laburista kompla xorta jmexxi ’l quddiem riformi importanti fl-iżvilupp ta’ pajjiż denju li jista’ jiftaħar b’demokrazija li tagħmel ġustizzja ma’ kulħadd. Analiżi tal-aħħar 12-il xahar tgħinna nagħrfu wħud mill-kisbiet ewlenin li twettqu f’pajjiżna. Ir-rota ekonomika lokali, li tista’ tibqa’ ssostni l-ħajja fit-tul, reġgħet bdiet tirkupra b’saħħa mill-agħar effetti tal-COVID-19. Tant hu hekk li, fost it-tbassir internazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea qed tara li, fl-2022, pajjiżna se jkollu l-akbar tkabbir ekonomiku mill-pajjiżi kollha tal-UE. Ma’ dan, kellna l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li, waħda wara l-oħra, sostnew ir-rating ta’ Malta fl-ogħla livell, ta’ Klassi A. Tkompli f’paġna 4