Kullhadd_26.11.2017

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 26 ta’ Novembru, 2017

Ħarġa Nru 1,272 Prezz €1

“ONORARJA” MAL-PAGA Fi żmien fejn il-Partit Nazzjonalista qed ibigħ il-każini biex ikampa finanzjarjament, Jean Pierre Debono se jkollu l-paga rdoppjata. Prattikament se jibqa’ jagħmel l-istess xogħol

bid-differenza li l-kariga tiegħu se ssir jisimha Direttur minflok Assistent Segretarju Ġenerali. Iż-żieda fis-salarju ta’ Debono se tkun tirrifletti l-onorarja ta’ Membru

Parlamentari li Jean Pierre Debono tilef meta ċeda s-siġġu, b’hekk se jibda jieħu kważi €50,000 fis-sena.

Ara paġna 5

IL-MAĠISTRAT MIFSUD B’RIKORS URĠENTI Il-Maġistrat Joe Mifsud ressaq rikors fil-Qorti biex ikun jista’ jnaddaf ismu malajr kemm jista’ jkun minn akkuża falza li saret fil-konfront tiegħu u li kienet ippubblikata fit-Times of Malta l-Ħadd li għadda. Fir-rikors permezz tal-avukat tiegħu, il-Maġistrat Mifsud qal li huwa fl-interess mhux biss tiegħu, iżda tal-ġudikatura kollha, li din il-kwistjoni tiġi ċċarata mill-iktar fis possibbli.

Ara paġna 4

CALLUS B’VOT KONTRA D-DWEJRA

NISMA’ ĦOSS U NOGĦLA

• L-ESPERJENZA TA’ ĠUVNI LI GĦEX IL-VJOLENZA DOMESTIKA • ĦA R-RUĦ META TELAQ MISSIERU

Ġuvni, li sa meta kien tfajjel ta’ 13-il sena għex il-biża’ bejn l-erba’ ħitan tad-dar li suppost għalih kienet kenn, irrakkonta mal-gazzetta KullĦadd li tant għex il-biża’ li spiċċa jisma’ ħoss u jogħla. Fisser kif ommu u missieru kienu jiġu fl-idejn ta’ sikwit u ħa r-ruħ biss meta missieru telaq mid-dar.

Applikazzjoni fuq żona ta’ importanza ekoloġika kbira fid-Dwejra, Għawdex, sabet l-apoġġ tad-deputat Nazzjonalista Ryan Callus. Dan minkejja l-oġġezzjoni ta’ għadd kbir ta’ għaqdiet ambjentali li qalu li din l-applikazzjoni għal dawl fid-Dwejra mhix aċċettabbli. Ara paġna 3

Ara paġni 12 u 13

X’KIENET LIEBSA MHUX PUNT!

• L-AWTORITÀ TAX-XANDIR BI GWIDA GĦALL-ĠURNALISTI


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.