MALTA FOST L-AKTAR EKONOMIJI GLOBALI BI TKABBIR TAL-ĠID Il-Ħadd, 26 ta’ Settembru, 2021
Ħarġa Nru 1,472
Prezz €1
Rapport f’paġni 8 u 9
QABŻA TA’ OTTIMIŻMU BL-AVVANZI MILL-2013 Statistika fl-UE tikkonferma li l-politika Laburista biddlet it-tendenza negattiva li kienet iddominat il-ħajja Maltija sa l-aħħar Gvernijiet tal-PN L-ottimiżmu fost il-poplu Malti mhux biss baqa’ jiżdied fl-aħħar snin, iżda rnexxielu saħansitra jaqleb it-tendenza ’l isfel li kienet tiddomina sal-2011, skont statistika uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-aħħar stħarriġ ippubblikat din il-ġimgħa mill-fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien u x-xogħol, Eurofound, wera li l-Maltin u l-Għawd xin kienu t-tielet l-aktar ottimisti fost l-istati membri Ewropej sena qabel il-pandemija. Fir-rapport estensiv tagħha, intitolat Towards the future of Europe: Social factors shaping optimism and pessimism among citizens, il-fondazzjoni qalet li, “fuq il-bażi ta’ evidenza riċenti”, konvinta li dawn ir-riżultati jibqgħu validi anke wara l-pandemija.
It-tnaqqis fl-ottimiżmu fost il-Maltin ippersista sal-aħħar Gvern tal-PN Sadanittant tqabbil ma’ informazzjoni simili maħruġa minn Eurofound fil-passat riċenti jikxef kif l-avvanz ta’ pajjiżna kien wieħed sinifikanti f’perjodu relattivament qasir. Fil-fatt, waqt li l-poplu Malti kien għadu jirreġistra tnaqqis fl-indiċi tal-ottimiżmu sal-aħħar żewġ leġiżlaturi Nazzjonalisti, ittendenza negattiva nqalbet kom pletament mal-bidla fl-amministrazzjoni fl-2013. Tkompli f’paġna 6
MALTA TIMMIRA LI TKUN TA’ EŻEMPJU FIT-TMEXXIJA TA’ STATI GŻEJJER ŻGĦAR
Malta qed taspira li tiggwida stati gżejjer żgħar fit-tmexxi ja tagħhom, partikolarment fl-eliminazzjoni tal-karbonju u d-diġitalizzazzjoni, tenna l-Prim Ministru Robert Abela waqt li kien qed jindirizza s-76 laqgħa tal-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda.
Tkompli f’paġna 4
JISFIDA LILL-PARTIT WARA LI TTRADIEH Samuel Azzopardi, Eks Sindku Nazzjo nalista tal-Belt Victoria, se jkun qed jikkontesta xorta waħda għall-kariga ta’ rappreżentant tar-Reġjun t’Għawdex fi ħdan l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, avolja xahar ilu twarrab mill-Partit Nazzjonalista stess permezz ta’ block vote. Ismu tfaċċa fil-lista tan-nominati għall-karigi reġjonali, kif ippubblikata mill-Kummissjoni Elettorali nhar ilĦamis. Azzopardi kellu jikkontesta bħala kandidat indipendenti u se jkun qed jisfida lill-Partit tiegħu stess, li issa se jkun rappreżentat mill-Eks Sindku tal-Belt Victoria wkoll Robert Tabone, li hu eqreb tal-establishment u tat-tmexxija attwali ta’ Bernard Grech. Tabone tefa’ n-nomina tiegħu nhar il-Ġimgħa, fl-aħħar jum disponibbli għall-kontestazzjonijiet.
Elezzjoni għall-karigi prinċipali talAKL issir kull erba’ snin u li jmiss se ssir proprju ġimagħtejn oħra nhar id-9 t’Ottubru bejn it-8:00 a.m. u l-11:00 a.m. Kemm ilhom jeżistu r-reġjuni għal dawn l-aħħar 12-il sena, Azzopardi dejjem irrappreżenta lill-PN fuq Għawdex, iżda x-xahar li għadda l-PN imbotta tliet ismijiet għall-elezzjoni interna biex jitwarrab minn postu. Hu magħruf minn sorsi Għawdxin li Azzopardi ma ħax din il-manuvra sew, li mingħajr dubju hi marbuta mal-fatt li hu kien leali lejn l-Eks Kap Adrian Delia.
Tkompli f’paġna 3