ĦARSA LEJN L-EVIDENZA XJENTIFIKA
Ara paġna 9
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 26 ta’ Ġunju, 2016
Ħarġa Nru 1,198 Prezz €1
TEGĦLEB SFIDA OĦRA
Is-Sinjura Michelle Muscat ilbieraħ temmet b’suċċess l-isfida li tgħum bejn Wied ilGħajn u l-Port il-Kbir bil-għan li jinġabru fondi għall-Fondazzjoni Marigold. Hija kienet diġà għamlet sfida simili s-sena l-oħra bejn ilfliegu ta’ Malta u Għawdex biex jinġabru l-fondi għall-istess għan, iżda din is-sena l-sfida kienet iżjed diffiċli hekk kif id-distanza kienet kważi d-doppju. Kienu diversi l-persuni li nġabru fil-Port il-Kbir biex taw merħba lil Michelle Muscat hekk kif din temmet l-isfida f ’inqas minn tliet sigħat. Jistennewha fuq ix-xatt kien hemm ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat u ż-żewġ uliedhom: Etoil u Soleil.
DIFFERENZA LI DIĠÀ QED TINĦASS
MALTA SE TIRKUPRA MALAJR
Waħda mill-wegħdiet elettorali tal-Gvern kienet li jinbeda proġett pilota tal-hekk imsejħa pulizija tatturiżmu. Għalkemm dan il-proġett għadu fil-bidu tiegħu, in-nies involuti direttament fih; jiġifieri l-pulizija li qed jagħmlu dan ix-xogħol, diġà wrew li dan il-proġett mhux biss qed jagħmel differenza fil-ħajja taċċittadini u t-turisti, iżda anke f ’ħajjithom stess. Dan kien ikkonfermat ma’ din il-gazzetta mis-Surġent Valerie Farrugia li mhux biss innutat l-entużjażmu tan-nies fit-triq, iżda wkoll ikkonfermat li fost sħabha l-oħra l-pulizija diġà kien hemm interess qawwi meta l-idea ta’ dan il-proġett issemmiet għall-ewwel darba.
“Tant għandna ekonomija b’saħħitha li meta tgħawwiġha xorta tmur lura għall-forma tagħha. Mhux ma tweġġax; tweġġa’, imma tirkupra millewwel. Aħna mmexxijin tajjeb u, fuq kollox, għandna ekonomija diversifikata.” Kien dan il-mod pożittiv li bih l-ekonomista veteran Karm Farrugia ddeskriva l-effett tal-Brexit fuq l-ekonomija Maltija.
Ara paġna 5
Ara paġna 8