Skip to main content

KullĦadd_26.03.2023

Page 1

TINSIEX! Il-lejl li għadda mexxejna l-arloġġ b’siegħa ’l quddiem Il-Ħadd, 26 ta’ Marzu, 2023

Ħarġa Nru 1,550

IR-RIŻULTATI LI JITKELLMU Għaxar kisbiet importanti għal pajjiżna f’sena mindu l-Partit Laburista taħt Robert Abela ngħata l-ewwel mandat elettorali tiegħu Mill-ħolqien tal-ġid għat-tqas­sim ekwu u ġust tiegħu, l-aħħar 12-il xahar huma miżgħudin b’eżempji fattwali li komplew itejbu l-għajxien tal-familji Mal­tin u Għawdxin, mindu l-Partit Laburista mmexxi minn Robert Abela ngħata l-ewwel mandat tiegħu bħal-lum sena eżatt. Minkejja li l-pajjiż kien iffaċċjat bl-akbar sfidi internazzjonali, partikolarment il-ħruġ minn sentejn u fuqhom tal-pandemija COVID-19 u l-bidu tal-Gwerra fl-Ukrajna, li t-tnejn ħolqu piżijiet eżorbitanti li d-dinja kienet ilha ma tesperjenza għal għexieren ta’ snin, mill-Elezzjoni Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2022 lil hawn Gvern Laburista xorta waħda rnexxielu jfendi bl-aħjar mod fiċ-ċirkostanzi, waqt li skansa l-akbar daqqiet minn fuq dahar il-poplu. Bid-differenza tal-kumplament tal-istati membri fl-Unjoni Ewropea, Malta kienet l-aktar waħda li baqgħet għaddejja kważi f’normalità sħiħa. B’politika għalkollox bil-maqlub adottata fil-kriżi finanzjarja ferm iżgħar tal-2008/09 u saħansitra l-mod kif dejjem aġixxew amministrazzjonijiet Nazzjonalisti fl-ewwel sena wara kull elezzjoni,

il-Gvern attwali ħaseb biex minnufih jirrealizza l-akbar wegħdiet li qatt saru lill-poplu fl-istorja. Fl-istess ħin it-tmexxija talPrim Ministru Abela kompliet għaddejja b’kuraġġ bl-akbar riformi ħalli timmodernizza s-soċjetà u l-pajjiż inġenerali, issaħħaħ ir-reputazzjoni tal-ġurisdizzjoni nazzjonali, tagħmilha iżjed attraenti għal min ried jinvesti fostna, inkluż b’ruxxmata inċentivi varji, u tħeġġeġ il-bżulija fost il-poplu b’miżuri li komplew jgħollu lil eluf ta’ familji mill-faxex talqiegħ. Ir-riżultati wara biss l-ewwel sena jitkellmu waħedhom. Dawn ukoll jikkonfermawhom l-aktar istituzzjonijiet internazzjonali prominenti, bħall-Kummissjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), il-Bank Ċentrali Ewropew, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u l-aġenziji ta’ kreditu indipendenti, fost l-oħrajn. Il-KullĦadd analizzat din il-ħidma li twettqet mill-Gvern minn sena ilu ’l hawn u elenkat l-aktar għaxar riżultati li spikkaw s’issa f’pajjiżna. Tkompli f’paġna 3

SKEMI GĦAL TRASPORT NADIF 8007 2393

.gov.mt

Prezz €1

għall-ħin tas-sajf


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
KullĦadd_26.03.2023 by Kullħadd Editor - Issuu