KullHadd_25.12.2016

Page 1

NIFHMU X’ĠARA

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 25 ta’ Diċembru, 2016

Paġni 6 u 7

Ħarġa Nru 1,224 Prezz €1

“MUTI” FIĊ-ĊELLA

IL-LIBJANI LI ĦATFU L-AJRUPLAN MA JIKKOPERAWX FL-INVESTIGAZZJONI SE JITRESSQU L-QORTI LLUM MIXLIJA B’SENSIELA TA’ AKKUŻI

Iż-żewġ Libjani arrestati l-Ġimgħa b’rabta mal-hijack tal-ajruplan mhumiex jikkoperaw mal-investigaturi bi mkejjen qrib l-investigazzjoni sostnew li sa tard ilbieraħ waranofsinhar, il-ħin li morna għall-pubblikazzjoni, ma kinux lissnu mqar kelma waħda. Iż-żewġ Libjani qegħdin ikunu assistiti minn avukat tal-għajnuna legali u llum mistennija jkunu mressqa fin-nofstanhar ta’ filgħodu. Dan fid-dawl li kmieni waranofsinhar jiskadu t-48 siegħa li fihom il-pulizija jistgħu jżommu l-akkużati mingħajr ma jkunu mressqa l-Qorti. Ilbieraħ waslu l-Libja l-passiġġieri li kienu fuq l-ajruplan, filwaqt li l-investigaturi qegħdin iżommu wkoll kuntatt ma’ entitajiet internazzjonali bil-għan li jistabbilixxu ċerti fatti importanti. Paġni 10 u 11

Fr. Hilary Tagliaferro, li x-xogħol tiegħu jlaqqgħu ħafna maż-żgħażagħ b’mod partikolari f ’Paceville, jemmen li l-problema tad-droga għadha waħda kbira u tħassbu bil-kbir iż-żieda fil-popolarità tal-kokaina. F’intervista b’temi soċjali mal-gazzetta KullĦadd għal Jum il-Milied Tagliaferro qal: “Qabel, l-eroina kienet popolari u dik mal-ewwel tħalli effett fiżiku u viżibbli fuq l-individwi, mentri llum, bl-introduzzjoni tal-kokaina li saret affordabbli, l-effett jinħeba allura ma nkunux nafu jekk ikunux taħt l-effett jew le.” B’diqa tkellem dwar kif ħafna miljunari li jiġġeneraw il-flus permezz tagħha, saru jiftħu ristoranti u affarijiet oħra mingħajr ma ħadd isaqsi minn fejn ikunu ġejjin ilflus. “Ħafna flus ifissru qerda ta’ individwi, ta’ familji u anke tas-socjetà, u ili 20 sena ngħid li d-droga hija l-kanċer tas-soċjetà Maltija,” qal Tagliaferro. Paġni 4 u 5

L-GĦAŻLIET TAD-DAMES GĦAL DIN IS-SENA

Paġni 14 u 15

IL-QASSIS FOST IŻ-ŻGĦAŻAGĦ IMĦASSEB BIL-KOKAINA


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
KullHadd_25.12.2016 by Kullħadd Editor - Issuu