KullHadd_25.09.2016

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 25 ta’ Settembru, 2016

Ħarġa Nru 1,211 Prezz €1

BŻONN TA’ GĦOXRIN SENA Il-Professur Vincent Buhagiar dwar il-masterplan ta’ PV

Il-Professur Vincent Buhagiar, il-Kap tadDipartiment tal-Ambjent Mibni fl-Università ta’ Malta, laqa’ b’sodisfazzjoni kbir il-masterplan imħabbar għaż-żona ta’ Paceville u sostna li “dan il-pjan se jkun ta’ ġid għal pajjiżna li, barra li se jġib aktar investimenti f ’din iż-żona, jagħti nifs ġdid lil Paceville u tinbidel ir-reputazzjoni ħażina li għandu s’issa, kif ukoll jidher ċar li dan se jagħmel il-qabża meħtieġa fil-kwalità tal-ħajja.” Filwaqt li bħala professjonista kkonferma li l-esperti magħżula huma reputabbli biżżejjed filpjani li pproponew, u li jekk jiġu implimentati sew

għandhom jirnexxu, huwa stqarr li l-bżonn ta’ pjan bħal dan ilu jinħass għal mill-inqas 20 sena; preċiżament minn meta l-attività taż-żgħażagħ imxiet minn Tas-Sliema u l-Belt Valletta għal Paceville, bejn wieħed u ieħor lura fit-tmeninijiet. Fuq il-bini għoli propost bħala parti minn dan il-pjan ħolistiku, il-Professur Buhagiar qal li jaqbel miegħu f ’din iż-żona għax “hawnhekk ikun f ’postu, basta jkun hemm l-infrastruttura meħtieġa għal proġetti bħal dawn.” Ara paġni 13-16

FRAME UP

L-eks-Deputat Nazzjonalista Jeffrey Pullicino Orlando jitkeb fil-gazzetta KullĦadd li, dawk li fil-Partit Nazzjonalista jaslu għal kollox biex jilħqu l-għanijiet tagħhom, kienu lesti li jagħmlulu frame up kriminali. Ara paġna 20

NIŻVELAW ID-DISINN LI CRANE CURRENCY GĦANDHA MAĦSUB GĦAL MALTA

KOLLOX BEDA MINN EMAIL LILL-PRIM MINISTRU • IL-KAP EŻEKUTTIV TA’ CRANE CURRENCY JIŻVELA KIF BDIET IR-RABTA MA’ MALTA

L-investiment ta’ €100 miljun imħabbar fl-aħħar jiem minn Crane Currency għal pajjiżna beda minn email li ntbagħat lill-Prim Ministru Joseph Muscat. Żvela dan il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija, Stephen De Falco, f ’intervista mal-gazzetta KullĦadd. “Ħsibt li din xi ħaġa diffiċli, kważi impossibbli. Kif tibgħat lill-Prim

Ministru ta’ Malta u tistenna tweġiba? Però, il-Prim Ministru Joseph Muscat wieġeb l-email tiegħi fi ftit minuti,” żvela De Falco. Spjega kif il-Prim Ministru qallu li l-Gvern Malti huwa miftuħ għal opportunitajiet ta’ investiment. “Introduċieni mal-Malta Enterprise u minn dak il-bidu ta’ relazzjoni mxejna minn idea għal

realtà f ’inqas minn sitt xhur,” qal il-Kap Eżekuttiv li ddeskriva t-tim Malti bħala wieħed mill-aqwa li qatt innegozja miegħu. Għal Ħal Far il-kumpanija qed taħseb f ’faċilità state of the art. Ara paġna 7

TAL-GOOGLE FIT-TOROQ TAGĦNA. GĦANDHOM JINKWETAWK? • Fl-aħħar jiem bdew iduru fit-toroq Maltin u jiġbdu r-ritratti. X’aktarx f’xi ħin se jgħaddu minn ħdejk. X’jiġri jekk ma tridx ir-ritratti tad-dar tiegħek jidhru? Ara paġna 5


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
KullHadd_25.09.2016 by Kullħadd Editor - Issuu