www.kullhadd.com Il-Ħadd, 25 ta’ Marzu, 2018
Ħarġa Nru 1,289 Prezz €1
KEMM KIEL MAL-KLIKKA! • ISIRU MAGĦRUFA IKTAR DIRECT ORDERS LI ĦADET ID-DITTA TA’ ADRIAN DELIA • DIN ID-DARBA MAL-€200,000 OĦRA MILL-MINISTERU TA’ TONIO FENECH Ġimgħa wara oħra qed isiru magħrufa iktar ħlasijiet diretti ta’ konsulenzi li ħadet id-ditta legali tal-Kap talOppożizzjoni. Din id-darba sirna nafu b’għexieren ta’ eluf ta’ ewro f’direct orders minn dak li kien il-Ministeru ta’ Tonio Fenech fl-aħħar leġiżlatura ta’ Gvern Nazzjonalista. Qed jirriżulta b’mod ċar li mal-establishment, li kien wiegħed li se jneħħi, Adrian Delia kiel mhux ħażin. Jirriżulta li mhux ta’ b’xejn fil-PN jikkritikawh li sa meta l-PN kien fil-Gvern ma daħalx fil-politika għax kien moħħu jagħmel il-flus. Inkluż bis-saħħa tal-Gvern tal-istess PN. Ara paġna 7
JIKXIFHOM ISIRU SIDIEN IN-NEMEA TA’ DAR TA’ GONZI Inzerta li din il-ġimgħa kien is-sena anniversarju minn meta kienet irtirata l-liċenzja tal-bank Nemea li kellu lillEks Prim Ministru Lawrence Gonzi Direttur. Analiżi li qed nippubblikaw illum taħt it-titlu Minn Nemea sa Pilatus turi li hemm proċeduri ċari ta’ kif tkun irtirata liċenzja u fiż-żewġ każi qed ikunu segwiti l-istess. Kuntrarju għal dak li prova jallega ħaddieħor.
Ara paġni 8 u 9
Iktar familji bi dħul meqjus baxx qegħdin isiru sidien ta’ djarhom f ’pajjiżna. Dan grazzi għal skemi ta’ għajnuna li nieda l-Gvern. Il-KullĦadd tista’ tiżvela li huma iktar minn 100 l-familji li diġà applikaw għallaħħar skema li nieda l-Gvern bl-isem ta’ Home Assist ftit tal-ġimgħat ilu.
Ara paġna 11
TRASPARENZA BIS-SERJETÀ Il-Gvern daħħal serjetà fl-amministrazzjoni talfondi għall-għaqdiet volontarji u sa fl-aħħar illiġijiet bdew ikunu osservati. Tkellem dwar dan ilProfessur Kenneth Wain fir-rapport annwali tiegħu fejn fakkar kif lura fis-snin kien hemm kultura ta’ impunità. Ara paġna 3