PRESSJONI BIEX MA JSIRX RAPPORT LILL-PULIZIJA www.kullhadd.com Il-Ħadd, 24 ta’ Settembru, 2017
Ħarġa Nru 1,263 Prezz €1
Il-Prim Ministru Joseph Muscat mal-Eks President tal-Istati Uniti, Barack Obama, f ’diskussjoni waqt wieħed mill-avvenimenti li attenda għalihom il-Prim Ministru Muscat fl-Istati Uniti. Għall-Prim Ministru kienet ġimgħa bieżla u importanti ħafna fejn kellu numru ta’ laqgħat bilaterali importanti, tkellem fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda u saħanasitra ssiġġilla l-investiment ta’ STARR fis-settur tas-servizzi finanzjarji.
Qed issir pressjoni kbira biex persuni li kellhom il-firma tagħhom iffalsifikata minn Jean Pierre Debono, Assistent Segretarju Ġenerali u deputat qrib Adrian Delia, il-Kap il-ġdid tal-PN, ma jirrapportawx il-każ lill-pulizija. Dan għax jekk Jean Pierre Debono jittella’ l-Qorti akkużat b’falsifikar ta’ firem u jinstab ħati jkollu jirriżenja minn membru Parlamentari minħabba l-gravità tal-każ. Ara paġna 3
DELIA SE JIEĦU PAGA DOPPJA • ADRIAN DELIA JRID IKTAR MINN €30,000 FIS-SENA BIEX IŻIDHOM MAS-SALARJU TA’ €45,000 TA’ META JIRRANĠA BIEX ISIR KAP TAL-OPPOŻIZZJONI • IRID JIMPJEGA SITTA MIN-NIES FL-UFFIĊĊJU TIEGĦU U QALULU LI M’HEMMX MINN FEJN Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qed jinsisti li jieħu paga mill-Partit Nazzjonalista anke jekk dawk li jafu l-qagħda finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista qalulu li l-partit mhux f’pożizzjoni li jagħmel dan. Il-kapijiet ta’ qablu ma kinux jieħdu paga għax kienu jieħdu l-paga ta’ Prim Ministru jew ta’ Kap tal-Oppożizzjoni, iżda Delia għamilha ċara li anke ladarba xi ħadd iċedilu s-siġġu u jidħol fil-Parlament u jinħatar Kap tal-Oppożizzjoni, hu xorta waħda jrid salarju mill-partit. Tagħrif li għandha l-gazzetta KullĦadd jgħid li Adrian Delia jrid salarju li jaqbeż it-€30,000, biex iżidu mal-€45,000 li eventwalment jieħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni. Ara paġni 3-5