IR-RATA TA’ TRASMISSJONI QED TONQOS
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 24 ta’ Mejju, 2020
Ħarġa Nru 1,402
Rapport f’paġna 3
Prezz €1
Tħabbar proġett ieħor massiċċ minn Infrastructure Malta li se jkun qed jibdel wiċċ ir-roundabout ta’ Ħal Luqa biswit il-pompa tal-petrol. Luqa Junction Project, li mistenni jibda s-sena d-dieħla, se jinkorpora flyover ġdida u mina taħt l-art, fost oħrajn, biex jiffaċilita l-aċċess fiż-żona qrib l-Ajruport. Rapport f’paġna 7
IL-MORATORJU DIĠÀ TA NIFS FUQ €487m F’DEJN Il-moratorju impost fuq il-ħlas tad-djun malbanek fisser li fl-ewwel ġimgħat tiegħu diġà ta sostenn lil iżjed minn 2,700 bejn familji u negozji fuq kważi €490 miljun li dawn għandhom jagħtu. Dan joħroġ mill-ewwel statistika ppubblikata din il-ġimgħa mill-Bank Ċentrali ta’ Malta dwar l-impatt ta’ din id-deċiżjoni talGvern biex jgħin lin-negozji milqutin l-agħar mill-COVID-19. L-istatistika, li s’issa tkopri l-perjodu salaħħar ta’ Marzu, mistennija tiżdied sostanzjalment għal April u Mejju. F’dan iż-żmien l-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiż ħadu wkoll il-passi biex isostnu lill-banek kummerċjali li kienu qed joffru l-moratorju. Permezz tal-moratorju, dawk li għandhom dejn mal-banek u ntlaqtu ħażin mill-pandemija tal-COVID-19 mhux qed ikollhom iħallsu lura l-pagamenti tas-soltu kif ukoll l-imgħaxijiet dovuti fuqhom. Minflok, wara li jintemm il-moratorju, il-pagamenti jerġgħu jibdew jitħallsu b’mod gradwali.
Bħala parti minn pakkett usa’ ta’ miżuri adottati mill-Gvern Laburista fis-sitwazzjoni attwali ta’ emerġenza, din id-deċiżjoni fissret nifs qawwi għall-klijenti tal-banek stess u li ħafna minnhom spiċċaw mingħajr negozju, anke minħabba miżuri ta’ prekawzjoni biex tiġi mħarsa s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi. Il-pakkett sħiħ ta’ miżuri offrut mill-Gvern ukoll kien meqjus bħala l-aqwa mill-pajjiżi kollha milqutin fl-imxija tal-Coronavirus. Id-deċiżjoni tal-Gvern li jimponi moratorju ġenerali fit-13 ta’ April kompliet tkabbar dan is-sostenn u tħalli għexieren ta’ miljuni fil-bwiet tal-ħaddiema u n-negozji sakemm l-attività ekonomika terġa’ tirpilja. Kif jirriżulta sal-lum din hi miżura li salvat l-għajxien u l-operat ta’ eluf ta’ familji u negozji. Tkompli f’paġna 5
Id-deċiżjoni tal-Gvern f’April kompliet tgħin lil dawk l-aktar milqutin, inkluż negozji li għalqu