KullHadd_23.07.2017

Page 1

www.kullhadd.com Ħarġa Nru 1,254 Prezz €1

MICHELLE GĦAMLITHA!

Ara paġna 10

Il-Ħadd, 23 ta’ Lulju, 2017

MILL-ENEMALTA GĦALL-AIR MALTA

L-Air Malta se tkun qed tkabbar l-attività kummerċjali. Iddikjara dan iċ-Chairman il-ġdid tal-kumpanija Charles Mangion, li fl-ewwel intervista tiegħu minn meta ħa l-kariġa qal li dan irid isir fuq fundamenti finanzjarji sodi li jrendu l-kumpanija kompetittiva u profittabbli. “Nista’ ngħid li kif jgħidu we hit the ground running. Kien hemm bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet pendenti u imminenti li infatti dawn ittieħdu u hemm oħrajn fil-pipeline wkoll,” qal Charles Mangion jum wara li l-Air Malta ħabbret li se tkun qed iżżid ajruplan ieħor. “Li tikber il-flotta huwa essenzjali...kif dan isir jiddependi minn diversi fatturi li kollha kemm huma għandhom impatt finanzjarju. Kull deċiżjoni trid tkun xprunata mill-kriterji ta’ effiċjenza, ekonomija, kwalità u profitt,” qal Mangion. Ara paġni 8 u 9

JIDDEJNU D-DOPPJU BIEX SETGĦU JAĦDMU Ara paġna 5

CHRIS SAID “JISPLODI” F’ĦAŻ-ŻABBAR Chris Said, kontestant għall-kariga ta’ kap talPartit Nazzjonalista, kellu laqgħa taħraq Ħaż-Żabbar meta wieħed mill-kunsillieri tal-partit qallu kif qed jippretendi li jrebbaħ lillPartit Nazzjonalista fuq bażi nazzjonali meta lanqas kien kapaċi jrebbħu Għawdex. Said irreaġixxa b’tisbita mal-mejda u qal li Għawdex ma ħallewhx jaħdem u jagħmel l-affarijiet kif suppost. Saħansitra fetħilha fuq kif, skont hu, fissentejn li għamel segretarju ġenerali ried inaddaf il-partit minn ġewwa u ma ħallewhx u kien għalhekk li bagħtuh jieħu ħsieb Għawdex fejn ftaħar li hu personali żied 600 vot. Intant, parti millestablishment qed tibqa’ timmanuvra bit-tama li ma jkun ħadd mill-erba’ kontestanti li jieħu l-kariga ta’ kap anke jekk issa din qed tidher possibbiltà iktar remota. Ara paġna 6

DEBONO LEST IĊEDI S-SIĠĠU LIL DELIA • DAN BI FTEHIM LI MARTU KRISTY DEBONO TKUN VIĊI KAP Id-Deputat Nazzjonalista Jean-Pierre Debono ftiehem mal-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li jekk kemm-il darba Delia jinħatar kap tal-Partit Nazzjonalista, Debono jċedilu s-siġġu Parlamentari. Debono kien elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-aħħar elezzjoni ġenerali mis-seba’ distrett elettorali. Wara li diġà kien issagrifika l-kandidatura tiegħu fl-2013 għal dawk il-ftit li semgħu b’dan l-arranġament fil-Partit Nazzjonalista, dan ilftehim seta’ deher sorpriża. Dan sakemm sar magħruf li bħala parti minn dan il-ftehim hemm arranġament li jekk Delia jirbaħ, Kristy Debono, mart Jean-Pierre Debono, issir viċi kap għallaffarijiet tal-Parlament. Fil-fatt, Debono hija interessata b’saħħa fil-kariga li sal-lum jokkupa Mario De Marco. Il-koppja Debono qed tappoġġja bis-sħiħ lil Delia, u JeanPierre Debono, li l-kariga ta’ assistent segretarju ġenerali qabditu sew mal-għeruq, qed jgħin lil Delia b’kull mod li jista’. Nies qrib Chris Said huma rrabjati li nies qrib il-koppja Debono qed ixerrdu l-kelma li meta kien segretarju ġenerali, l-Għawdxi ġġieled ma’ ħafna nies.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
KullHadd_23.07.2017 by Kullħadd Editor - Issuu