KullHadd 22.05.2022

Page 1

L-AĦJAR “ĊERTIFIKATI” QED ISOSTNU L-EKONOMIJA Il-Ħadd, 22 ta’ Mejju, 2022

Ħarġa Nru 1,506

Prezz €1

Rapport f’paġni 8 u 9 Ritratt: SEBIO AQUILINA

INVESTITI €30M MINN START-UPS Il-Malta Enterprise tapprova 80 proġett f’niċeċ ekonomiċi ġodda fl-aħħar sentejn … se joħolqu mal-1,000 impjieg Malta rat rekord ta’ investiment minn start-ups f’oqsma innovattivi li qed joħolqu mal-1,000 impjieg ta’ kwalità għolja ħafna f’oqsma bħatteknoloġija medika, xjenzi, riċerka, teknoloġija tal-informatika u intelliġenza artifiċjali (AI), fost oħrajn. Minn tagħrif li għandha din ilgazzetta, jirriżulta li mill-2020 lil hawn, fl-agħar żmien tal-pandemija, il-Malta Enterprise approvat aktar minn 80 proġett ta’ kumpaniji start-ups. Dawn se jkunu qed jinvestu aktar minn €30 miljun fl-ekonomija Mal­ tija fuq medda ta’ tliet snin u se jkunu qed joħolqu aktar minn 1,000 kar­riera ta’ kwalità. Karrieri f’setturi varji fost l-aktar teknoloġiċi u speċja­lizzati u għalhekk ikomplu jsaħħu l-ħiliet f’pajjiżna.

Investimenti li qed ikomplu jiddiversifikaw l-ekonomija u joħolqu impjiegi ta’ kwalità għall-istudenti Maltin “L-istart-ups mhux biss qegħdin joħolqu niċeċ ekonomiċi ġodda li, bla dubju, ikomplu jiddiversifikaw l-ekonomija, iżda qed joħolqu impjiegi għall-istudenti Maltin li ħerġin minn istituzzjonijiet edukattivi. Fl-is­ tess ħin jattiraw talenti internazzjo­ nali li jġibu magħhom ħiliet ġodda lejn pajjiżna. Dan huwa l-iskop talinċentivi li noffru mill-Malta Enterprise u li huma fost l-aqwa fl-Ewropa għal start-ups mid-dinja kollha,” qalilna Kurt Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, meta kien mit­ lub jikkummenta dwar dan il-fe­no­ menu lokali. Tkompli f’paġna 7

Temp sabiħ ilbieraħ reġa’ rrifletta fuq l-ilwien tal-kostumi u l-karrijiet artistiċi li ddominaw fil-kapitali bħala parti mit-tlett ijiem tal-edizzjoni speċjali tal-Karnival ta’ Malta. Il-briju se jasal fi tmiemu llum. Aktar dettalji u ritratti f’paġna 3

IL-ĠLIED FIL-PN JISPIĊĊA JAQSAM KARIGA FI TNEJN Id-Deputat Nazzjonalista Chris Said jisforza lill-Partit ilaħħaq żewġ rappreżentanti għal Għawdex fil-fergħa taż-żgħażagħ MŻPN, avolja dejjem kien hemm wieħed … in-neputi tiegħu issa se jħarislu l-interessi f’pożizzjoni diviża m’ieħor ta’ Alex Borg Għall-ewwel darba l-fergħa taż-żgħażagħ Nazzjonalisti – Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) – se jkollha żewġ rappreżentanti għal Għawdex, minflok wieħed. Dan hu riżultat tal-ġlied intern kbir li qed jiddomina llum il-ġurnata fil-Partit inġenerali, mhux l-inqas f’Għawdex. Fil-kilba biex iżommu l-kontrolli f’kull livell fil-Partit, iżżewġ Deputati Chris Said u Alex Borg din il-ġimgħa kienu impenjati jaraw li r-rappreżentanza Għawdxija fl-MŻPN tkun tagħhom. Minkejja dan, il-pożizzjoni li kien jokkupa l-istess Borg

sa ftit ilu issa kellha tinqasam fi tnejn sempliċiment biex jiġu kkuntentati t-tnejn li huma. Id-deċiżjoni deskritta fidDar Ċentrali bħala “logħob tat-tfal”, se tara lil ċerti Thomas Mizzi u Kevin Curmi bħala rappreżentanti mhux uffiċjali ta’ Borg u Said rispettivament. Waqt li Mizzi hu meqjus bħala “l-id il-leminija” tad-Deputat il-ġdid, tant li mexxielu wkoll il-kampanja elettorali, Curmi jiġi n-neputi ta’ Said. Tkompli f’paġna 5


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.