KullHadd_22.05.2016

Page 1

JITKELLEM PATRI ĠWANN XERRI MILL-BRAŻIL

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 22 ta’ Mejju, 2016

Ikompli f ’paġnaAra paġna 7

Ħarġa Nru 1,193 Prezz €1

PACE ĠIE JAQA’ U JQUM MILL-PARIR TA’ FRENDO • TIKBER IL-PRESSJONI BIEX JIRRIŻENJA L-aġir tal-Kummissarju għall-Ambjent, David Pace, flaħħar snin imur għalkollox kontra parir li kien ta l-eksSpeaker tal-Parlament Michael Frendo. Parir ċar u bil-miktub mibgħut lill-eks-Ombudsman Joseph Said Pullicino li taħt it-tmexxija tiegħu Pace baqa’ jaġixxi b’mod li qajjem kwistjonijiet etiċi kbar; xi ħaġa li wasslet biex għand l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż wasal ‘file’ anonimu biddettalji ta’ kif Pace baqa’ għaddej b’xogħol bi qligħ wara li nħatar fl-Uffiċċju tal-Ombudsman – kariga li suppost titlob imparzjalità kbira. Dokument li għandha f ’idejha l-gazzetta KullĦadd jindika b’mod ċar li l-eksSpeaker Michael Frendo kien ta parir bil-miktub biex ma jsirx xogħol filprivat li jista’ jitfa’ dell ikrah fuq innies maħtura fl-Uffiċċju tal-Ispeaker. Ikompli f ’paġna 4

PROMOZZJONIJIET MERITOKRATIĊI

IL-KABINETT SE JIDDISKUTI L-PROPOSTA TAL-FKNK

300 KAŻ TA’ INĠUSTIZZJA F’SITT SNIN Minn sistema ta’ promozzjonijiet għas-suldati li kienet ħolqot mijiet ta’ inġustizzji, issa hemm sistema ġdida li hi trasparenti u maħduma biss fuq il-meritokrazija. B’differenza ta’ dak li kien isir fl-imgħoddi, fejn bejn l-2009 u l-2015 kienu konklużi kważi 300 każ ta’ inġustizzja, minn din is-sena l-promozzjonijiet se jsiru abbażi sistema trasparenti ta’ punteġġi li jirċievi kull suldat skont il-ħidma tiegħu. Ara paġna 2

Il-proposta tal-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti (FKNK), li jkun hemm moratorium fuq il-kaċċa fuq il-gamiema, mistennija tkun diskussa fil-Kabinett tal-ġimgħa d-dieħla, li normalment jiltaqa’ f ’nofs il-ġimgħa. Kien kelliem għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru li kkonferma dan mal-gazzetta KullĦadd meta mitlub jirreaġixxi għall-proposta li saret mill-Federazzjoni tal-Kaċċaturi li kienet appoġġjata wkoll millGħaqda Kaċċaturi San Ubertu. Ikompli f ’paġna 8


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.