www.kullhadd.com Il-Ħadd, 22 ta’ Jannar, 2017
Ħarġa Nru 1,228 Prezz €1
TELQILHOM IL-QŻIEŻ!
Id-deputati Nazzjonalisti Beppe Fenech Adami u Tonio Fenech xejn mhuma komdi bil-fatt li sejħilhom il-Pana Committee talParlament Ewropew. Qed jużaw il-Partit Popolari Ewropew biex issir pressjoni fuq il-kumitat biex tkun irtirata s-sejħa biex meta jkun Malta jidhru quddiemu minħabba l-każi li kienu involuti fihom. Ara paġna 3
JIENA TKELLIMT U ANKE MORT GĦAND ILRESPONSABBLI DAK IŻ-ŻMIEN U R-RISPOSTA KIENET DAN, PERÒ LESTI LI NPOĠĠU MADWAR MEJDA U NSIBU
MINISTRU
KOMPROMESS
RAHAN MINFLOK UŻURA
Is-sena li għaddiet kien hemm 173 polza ta’ rahan mill-Monte Di Pietà. Rahan ifisser meta persuni daharhom mal-ħajt imorru jpoġġu d-deheb f’din l-istituzzjoni finanzjarja tal-Gvern u jieħdu self b’imgħax ġust. Soluzzjoni legali għallużura li f’pajjiżna bdewha l-Kavallieri. Ara paġna 11
ŻAREN VASSALLO DWAR L-ART TAL-LÖWENBRÄU F’XHIEDA ĠURAMENTATA FIL-QORTI, 16 TA’ ĠUNJU, 2015 Ara paġni 6 u 7
GĦARBI? WARRABLI
Skont il-parteċipanti Maltin ta’ stħarriġ dwar l-integrazzjoni, l-Għarab, sinjuri jew le, ġew imrobbija f’soċjetajiet u kulturi korrotti u allura s’hemm jafu. KullĦadd tkellem ma’ wieħed mill-awturi ta’ rapport li wera l-antipatija tal-Maltin lejn dan il-grupp etniku, minkejja li ilu fostna żmien u miegħu hawn ħafna li għamlu negozju u qalgħu lira tajba. Ara paġna 8