KullHadd_21.10.2018

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 21 ta’ Ottubru, 2018

Ħarġa Nru 1,319 Prezz €1

“LE” BIEX MA JPAXXIHOMX

• Ir-raġuni għaliex Chris Said qal le lil Adrian Delia meta talbu joħroġ għal MEP • Adrian Delia ried li Chris Said ikollu sehem fir-riżultat elettorali u r-rivali tiegħu beżaqlu fis-sunnara • Tal-Pietà jqisu li le ta’ Said tibgħat messaġġ negattiv f’Għawdex Ara paġna 4

BAĠIT LI JIFREX IS-SUĊĊESS Il-baġit ta’ għada se jkun baġit li jkompli jibni fuq dawk ta’ qablu bil-għan ewlieni tiegħu hu li s-suċċess li qed tagħmel Malta jkompli jinfirex iktar fost il-poplu Malti u Għawdxi kollu. Iddikjara dan il-Prim Ministru Joseph Muscat f’kummenti esklussivi mal-gazzetta KullĦadd lejlet li l-Gvern iressaq il-pjan ekonomiku tiegħu għas-sena li ġejja. Il-pjan ekonomiku għas-sena d-dieħla hu parti minn pjan ekonomiku usa’ bi strateġija ekonomika ta’ 10 snin li Joseph Muscat ilu jmexxi għas-seba’ baġit konsekuttiv. Il-Prim Ministru tenna li għal darb’oħra l-Gvern se jkun qed jilħaq il-miri fiskali tiegħu u għalhekk jista’ jimplimenta iktar mill-miżuri elettorali li wiegħed qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Ara wkoll l-Editorjal f’paġna 17


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
KullHadd_21.10.2018 by Kullħadd Editor - Issuu