KullHadd_21.08.2016

Page 1

ĦARSA LEJN

23 RAPPORT TA’ STUPRU

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 21 ta’ Awwissu, 2016

Ara paġna 2 Ħarġa Nru 1,206 Prezz €1

MINN TARĠA GĦALL-OĦRA • DARET IR-ROTA MAL-AĠENZIJI TAL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KREDITU WKOLL • ERBA’ BIDLIET GĦALL-AĦJAR FI TLIET SNIN

Fl-aħħar sigħat Fitch bidlet minn stabbli għal pożittiv il-ġudizzju tagħhha fuq Malta. Iżda din mhix l-unika bidla minn aġenzija internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu; fl-aħħar tliet snin kien hemm ħames bidliet simili li bidlu għalkollox ir-reputazzjoni ta’ Malta lil hinn minn xtutna. Stħarriġ li għamlet din il-gazzetta juri kif f ’Lulju 2015 kien hemm bidla minn stabbli għal pożittiv minn Standard & Poor’s. F’Ottubru 2013 Moody’s bidlu minn negattiv għal stabbli, xi ħaġa li Fitch kienu għamluha fl-2013. B’reazzjoni għal din l-aħħar bidla, il-Prim Ministru

Joseph Muscat qal: “Din hija konferma ta’ dak li jħossu l-familji Maltin u Għawdxin u dawk in-negozji fi bwiethom. Li jafu li hawn ix-xogħol, li jafu li hawn il-ġid, li jafu li bdejna minn sitwazzjoni ta’ ekonomija li kienet qed tistaġna u qgħad qiegħed jogħla, u dawwarna dan kollu biex illum għandna l-aktar ekonomija li qed tikber fl-Ewropa, l-inqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa u l-inqas rata ta’ żgħażagħ qiegħda fl-Ewropa.” Ara paġna 5

IS-SINDKU TAL-ILLEGALI • RAPPORT JIKKUNDANNA T-TMEXXIJA FINANZJARJA TIEGĦU

IL-MANWAL TAT-TRASPARENZA

• €2,000 FIX-XAHAR MILL-PN WARA LI TILEF L-ONORARJA L-eks-Sindku ta’ Birkirkara Michael Fenech Adami kien ikkundannat bil-kbir minn rapport tal-Bord ta’ Governanza tal-Gvern Lokali. Rapport li fih instabu nuqqasijiet kbar fil-mod kif, meta kien sindku Fenech Adami, mexxa l-finanzi tal-Kunsill Lokali. F’iktar minn okkażjoni waħda Fenech Adami aġixxa waħdu u minn wara dahar il-Kunsill Lokali fuq ‘deals’ li kienu jlaħħqu l-eluf ta’ ewro. Quddiem rapport mill-iktar iebes, Fenech Adami sab id-difiża pronta tal-Partit Nazzjonalista tattakka lill-Bord ta’ Governanza. Mhux soltu li l-Partit Nazzjonalista jattakka l-Bord, iżda għal Fenech Adami nbidlet il-prassi. Fil-fatt, meta Fenech Adami spiċċa minn sindku u tilef l-onorarja, il-Partit Nazzjonalista impjegah miegħu fi żmien li keċċa għexieren ta’ nies. Dan b’madwar €2,000 fixxahar. Ara paġna 7

PASS IEĦOR B’RABTA MAL-LIĠI TAL-FINANZJAMENT TAL-PARTITI Pass ieħor fit-twettiq tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti sar fl-aħħar jiem meta kien ippubblikat avviż legali li jelenka l-mod kif il-partiti jridu jagħtu d-dettalji dwar il-qagħda finanzjarja tagħhom. Il-partiti qed ikunu mitluba jagħtu rendikont finanzjarju skont regoli internazzjonali. Hemm disa’ sezzjonijiet li l-partiti jridu jimlew f ’dak li hu manwal li jiġi segwit mis-settur privat. “Ir-riga li aħna nitolbu min-naħa ta’ awditjar hija dik skont livelli stabbiliti. Dak li japplika għall-privat. Is-serjetà li rridu mill-privat, irriduha wkoll mill-partiti politiċi,” qal il-Ministru Owen Bonnici f ’kummenti lill-gazzetta KullĦadd. Ara paġna 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.