KullHadd_21.05.2017

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 21 ta’ Mejju, 2017

Ħarġa Nru 1,245 Prezz €1

ESKLUSSIVA NIŻVELAW DOKUMENTI GĦALL-EWWEL DARBA

BIEGĦU SAĦĦITNA GĦAL €20 MILJUN • NIKXFU KIF PULLICINO INJORA L-ESPERTI BIEX ĠAB IL-HFO • SIMON BUSUTTIL JIMBUTTAH FUQ L-GĦAXAR DISTRETT • IL-PN TA’ BUSUTTIL GĦADU JIDDEFENDI L-GĦAŻLA BWSC

Simon Busuttil b’Pullicino miegħu sal-bieraħ stess

Gvern Nazzjonalista biddel il-liġijiet ambjentali ta’ Malta, biex il-Kumpanija BWSC tkun tista’ tiffranka €20 miljun billi tibni power station tħammeġ aktar, fabbrika tal-kanċer, bl-istandards tal-Afrika, f ’Marsaxlokk. Dan il-każ imur lura għall-aħħar amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista iżda llum qed nippubblikaw dokumenti li qed jaraw id-dawl għall-ewwel darba u li juru kif direttament wara din id-deċiżjoni kien hemm kandidat ta’ Simon Busuttil fuq l-għaxar distrett. Fil-fatt, dwar din l-għażla li saret ftit tas-snin ilu l-gazzetta KullĦadd tista’ tiżvela li kien l-eks Ministru u deputat parlamentari tal-Partit Nazzjonalista George Pullicino li ddeċieda li l-liġijiet tat-tniġġis tal-arja f ’Malta jinbidlu minn lejl għan-nhar sabiex il-BWSC tkun tista’ tirbaħ il-kuntratt tal-power station tal-heavy fuel oil f ’Delimara. Tkompli f’paġni 4 u 5

IL-GVERN SOD QUDDIEM “KALUNJA” KONTRA MALTA • MALTA FILES IBBAŻAT FUQ PREMESSI ŻBALJATI • SABUNA “MAQSUMIN” U ATTAKKAW Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, għamilha ċara li l-Gvern se jkun qed jiddefendi b’mod sod issettur tas-servizzi finanzjarji f’pajjiżna. F’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja, fejn waqaf mill-attivitajiet tal-kampanja elettorali, il-Prim Ministru bagħat sinjal b’saħħtu li għalih il-kwistjoni tal-Malta Files hija waħda tal-ikbar importanza. “Qed ninnotaw il-fatt li qed isir attakk bla preċedent fuq is-sistema finanzjarja tagħna. Dan il-Gvern se jkun sod favur is-sistema finanzjarja ta’ dan il-pajjiż. M’għandna xejn xi jħammrilna wiċċna,” qal Joseph Muscat li nnota kif il-Gvern kien konxju li minn ħin għal ieħor seta’ jkun hemm attakk fuq is-sistema Maltija. Ara paġna 15

ĠIMGĦA B’SAĦĦITHA GĦAL JOSEPH MUSCAT Ara paġni 3, 8, 10, 12, 14 u 15


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.