KullHadd_21.02.2016

Page 1

Ħarsa lejn Ir-rapport ta’ Fitch

www.kullħadd.com Il-Ħadd, 21 ta’ Frar, 2016

Ara paġna 9

Ħarġa Nru 1,180 Prezz €1

IMPENN FAVUR L-AMBJENT, BIL-PROVI

Il-park naturali tal-Inwadar, li se jkun imiss mal-periferiji ta’ Wied il-Għajn, ix-Xgħajra u Ħaż-Żabbar, huwa impenn ċar favur l-ambjent u favur in-naħa t’isfel ta’ Malta. Dan il-proġett, li ilu snin skedat iżda qatt ma twettaq, se jservi mhux biss għad-divertiment tal-Maltin u t-turisti, iżda se jkun qed jissalvagwardja wkoll il-flora u l-fawna li jinsabu f ’din iż-żona. Se tingħata l-attenzjoni meħtieġa lil diversi binjiet storiċi li jinsabu fi stat dilapitat, u l-bdiewa se jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu l-għelieqi tagħhom f ’post iktar prestiġjuż. Dan il-proġett intlaqa’ b’mod pożittiv mill-partijiet interessati kollha, inkluż mill-kunsilli lokali milquta u mill-għaqdiet ambjentali. Ara paġni 2 u 3

JGĦIN LIL SIEĦBU

IKTAR DWAR IL-KAROZZI TAL-EKS-MINISTRI...

KWART TA’ MILJUN EWRO

Il-persuna magħżula minn Simon Busuttil bħala l-President tal-Kulleġġ eks-Membri Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista mhux biss huwa ħabib kbir tiegħu iżda huwa wkoll persuna li gvernijiet differenti Nazzjonalisti ħatruha bħala persuna ta’ fiduċja biex isservi ta’ konsulent, maniġer ta’ stazzjon tar-radju u anke ambaxxatur. Il-magħżul ta’ Simon Busuttil biex iressaq lill-eksdeputati lejn it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista huwa Richard Muscat. Muscat, li ilu attiv fil-Partit Nazzjonalista sa mill-1971, kien deputat Nazzjonalista u kien anke maħtur bħala Segretarju Parlamentari qabel l-1996. Fl-1998, minkejja li l-Partit Nazzjonalista reġa’ kien elett fil-Gvern, Muscat kien baqa’ l-art. Minnufih iżda, Gvern Nazzjonalista beda jagħti lil Muscat impjieg wieħed wara l-ieħor bħala persuna ta’ fiduċja.

L-ispiża fuq il-karozzi li kien jagħmlu użu minnhom l-eksMinistri Nazzjonalisti Tonio Borg u Austin Gatt bejn l-2008 u l-2013 kienet ta’ kwart ta’ miljun ewro. Matul din il-leġiżlatura, Borg u Gatt kellhom żewġ karozzi kull wieħed; waħda għal xogħol uffiċjali u oħra għal xogħol mhux uffiċjali.

Ara paġna 3

Ara paġna 5


02 21|02|2016

kullħadd.com

LOKALI

IL-PARK TAL-INWADAR...

SAĦĦAĦ IL-KREDENZJALI AMBJENTALI TAL-GVERN Tul is-snin bħala Kunsilli Lokali għamilna pressjoni mal-Awtoritajiet biex jiġu indirizzati abbużi li hemm f ’din iż-żona, bħal rimi ta’ skart, u biex jiġu rijabilitati postijiet storiċi li hemm u jiġi ffaċilitat l-aċċess għaż-żona. Inizjattiva bħal din kien hemm bżonnha għan-naħa t’isfel ta’ Malta li r-residenti se jkollhom post miżmum aħjar biex jirrikrejaw ruħhom. Din iż-żona fiha wkoll konċentrazzjoni ta’ wirt kulturali u wirt storiku li nemmnu li jrid jiġi miżmum u apprezzat anke minn residenti barra l-lokalitajiet tagħna. Nilqgħu wkoll b’mod pożittiv l-impenn li jiġu mgħejuna l-bdiewa li għandhom għelieqi fiż-żona. “Ix-xogħol meħtieġ huwa estensiv” Alex Muscat, Co-chair Steering Committee Din iż-żona mill-isbaħ li tħalliet mitluqa għal snin twal, issa se tiġi riġenerata permezz ta’ park naturali Dan il-Park Naturali kien RITIANNE AGIUS minn gvernijiet ritianne@kullhadd.com skedat preċedenti iżda baqa’ qatt ma sar. F’inqas minn tliet snin dan Il-Park Nazzjonali tal-Inwadar, il-Gvern irnexxielu jħabbar li tħabbar din il-ġimgħa it-twelid ta’ dan il-proġett mill-Ministru Leo Brincat, li se jsaħħaħ il-kredenzjali ħa ismu mill-post magħruf ambjentali tiegħu. Din il-gazzetta ħadet ilbħala Tal-Inwadar, li jinsab qrib il-Forti San Leonardu. kummenti ta’ wħud minn dawk Inwadar tirreferi għal nadur; involuti fil-proġett, u dawk li se post miftuħ fejn wieħed jista’ jkunu milquta minnu. josserva l-pajsaġġ ta’ madwaru “Bidla pożittiva għall-familji fil-bogħod. Minkejja li dan il-post fix- fin-naħa t’isfel ta’ Malta” Xlokk ta’ Malta hu mogħni Silvio Parnis, Chairman bi ġmiel naturali u rikkezza Kunsill Konsultattiv għankulturali, għal snin twal tħalla fi Nofsinhar ta’ Malta stat ta’ telqa b’mod li ma tantx seta’ jitgawda. Għalkemm Dan il-proġett se jwassal għal il-blat ta’ fejn il-baħar kien bidla pożittiva għall-familji finjintuża miż-żgħażagħ u l-familji naħa t’isfel ta’ Malta, filwaqt li għal BBQs jew attivitajiet se jkompli jgħolli l-istandards sportivi, ħafna nħawi f ’din ambjentali f ’din iż-żona taliż-żona spiċċaw miżbla għal pajjiż. Dan il-proġett jirrifletti nies irresponsabbli. It-trejqa wkoll il-proposti li kienu saru Konsultattiv mimlija terrapien tagħmilha mill-Kunsill wkoll diffiċli biex wieħed għan-Nofsinhar ta’ Malta, jippassiġġa f ’kull staġun tas- liema proposti kienu tressqu sena; fis-sajf minħabba t-trab għal konsiderazzjoni talGvern. u fix-xitwa minħabba t-tajn. Fil-fatt proposta numru 6.4 F’din iż-żona hemm ukoll numru ta’ għelieqi li qed tal-Rapport Preliminari għarjinħadmu, u li fihom il-bdiewa riġenerazzjoni tan-Nofsinhar se jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu ta’ Malta, titratta l-immaniġġjar mingħajr xkiel. Il-viżjoni u konservazzjoni tal-kampanja għal dan il-park ġiet deskritta u l-widien, fejn tgħid li finbħala ħolqa li żżewweġ il- Nofsinhar ta’ Malta hemm wirt naturali u kulturali ma’ ħafna widien, kampanja u mkejjen ta’ ħidmet il-bidwi u natura mill-isbaħ, iżda dawn n-nies tal-inħawi, fejn il-beraħ mhumiex apprezzati u lanqas joffri għajn ta’ kenn, serħan u magħrufa biżżejjed. Il-Kunsill għarfien f ’katina waħda mal- kien appella biex din innatura f ’dawn l-inħawi ta’ madwar.

Malta tiġi konservata. L-istess proposta kienet tisħaq fuq il-ħtieġa ta’ involviment ta’ nies speċjalizzati kif ukoll kollaborazzjoni mal-NGOs ambjentali. Għaldaqstant, il-Kunsill Konsultattiv ma jistax ma jfaħħarx din l-iniżjattiva talGvern, fejn għal darba oħra ta prova li jaf jisma’ u fuq kollox jieħu deċizjoni u azzjoni. Il-Park Nazzjonali talImwadar huwa proġett li se jservi ta’ mudell ta’ riġenerazzjoni ambjentali, fejn l-ambjent jingħata l-valur fl-istat naturali tiegħu. Dan filwaqt li se jkompli jivvalorizza ż-żona, kemm mill-aspett soċjali bit-titjieb fil-kwalità tal-ħajja, kif ukoll mill-aspett ekonomiku billi jimmassimizza l-potenzjal kummerċjali fl-inħawi. “Inizjattiva bħal din kien hemm bżonnha għan-naħa t’isfel ta’ Malta” Il-Kunsilli Lokali ta’ Marsaskala, ix-Xgħajra u Ħaż-Żabbar Il-Kunsilli Lokali ta’ Marsaskala, ix-Xgħajra u ĦażŻabbar flimkien qed jilqgħu l-inizjattiva li qed jieħu l-Gvern biex jitwaqqaf park naturali nazzjonali fil-konfini ta’ dawn it-tliet lokalitajiet. L-idea li din iż-żona tiġi skedata bħala park naturali nazzjonali kienet ilha tissemma’ mill-2006 iżda qatt ma mmaterjalizzat ruħha.

Qed nipproponu żieda ta’ 44,000 m² fil-konfini tal-park, parti fin-naħa tax-Xgħajra u parti oħra in-naħa ta’ Wied il-Għajn. Ta’ min jinnota li 30,000m² minnhom huma bħalissa fiż-żona ta’ żvilupp. Dan it-tkabbir qiegħed jiġi propost fuq il-bażi ta’ dak li jikkostitwixxi park naturali li jiffunzjona fis-sħiħ. Permezz ta’ din l-estensjoni l-park isir

“Proġett li għandu jiżviluppa f ’wieħed mill-akbar proġetti ambjentali ta’ din il-leġiżlatura.”

entità kompluta, b’armonija mal-ambjent naturali, il-wirt kulturali u l-beraħ rurali. Fost dawn 44,000m² insibu numru ta’ salini tal-melħ li saħansitra għadhom jinħadmu sal-lum, u numru ta’ wirt kulturali ieħor. Importanti li nifhmu li x-xogħol meħtieġ li jsir huwa wieħed estensiv. Aħna bħala kumitat ta’ ħidma, li twaqqaf sabiex jitfassal il-qafas għal pjan tal-immaniġġjar, identifikajna 28 prijorità ta’ ħidma. Fost dawn il-prijoritajiet insibu pjan għat-tneħħija tat-terrapien mormi illegalment, restawr tal-mogħdijiet tal-kampanja u tal-ħitan tas-sejjieħ, restawr tal-wirt storiku u kulturali, u għajnuna diretta lill-bdiewa tal-lokal, fosthom permezz ta’ sors ġdid ta’ ilma għat-tisqija. Għamilna analiżi ta’ strutturi maniġerjali ta’ parks oħra nazzjonali u internazzjonali. Il-ħsieb kien li naraw x’ħadem f ’parks oħra u x’seta’ jaħdem aħjar. Wasalna biex nirrakkomandaw it-twaqqif ta’ Bord ta’ Governanza magħmul minn esperti f ’oqsma diversi bħall-ambjent, immaniġġjar, agrikoltura u wirt storiku, u li jaħdmu id f ’id malistakeholders ewlenin. Dan ikun iwieġeb lill-Ministru responsabbli mill-Ambjent u l-obbligi tiegħu jinkludu t-tfassil u t-twettiq tal-pjan maniġerjali. Qegħdin nirrakkomandaw ukoll li jitwaqqaf Bord tal-Immaniġjar, li jwieġeb lill-Bord ta’ Governanza, u li għandu jkun responsabbli mill-operat ta’ kuljum tal-park.


LOKALI

kullħadd.com Minn ALEANDER BALZAN

Il-park naturali tal-Inwadar intlaqa’ tajjeb ukoll minn diversi għaqdiet ambjentali. Din il-gazzetta tkellmet ma’ wħud minnhom dwar it-tifsira ta’ dan il-park u l-immaniġjar tiegħu. “Dan il-proġett ser jagħti imbuttatura ‘l quddiem lillprodott turistiku” Mario Farrugia, Fondazzjoni Wirt Artna “Il-Fondazzjoni Wirt Artna ma tistax ma tħarisx b’mod pożittiv lejn l-aħbar dwar il-Park tal-Inwadar. Iż-żona msemmija hija waħda ta’ interess kbir naturali u kulturali u għalhekk ikun tassew xieraq li tkun imħarsa għat-tgawdija tal-pubbliku. Fl-istess nifs ngħid li dan il-proġett ser jagħti imbuttatura ‘l quddiem lill-prodott turistiku inġenerali fin-naħa t’isfel ta’ Malta, ukoll minħabba li ż-żona msemmija hija popolari mat-turisti tal-mixi fil-kampanja. Iż-żieda ta’ madwar 40,000 metru kwadru mal-park hija ħaġa tajba ħafna u ser tagħmel l-istess park ferm aktar attraenti għal min iżuru. L-aħjar mod ta’ kif dan il-park għandu jkun immaniġġjat hu permezz ta’ bord tat-tmexxija magħmul mill-partijiet kollha li għandhom interess fil-post bħal fil-każ tal-Kunsilli Lokali, għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma talwirt naturali u kulturali u d-Dipartiment tal-Afforestazzjoni u Immaniġjar tal-Parks.” “Post fejn il-poplu jista’ jgawdi u japprezza n-natura u l-kultura” Vince Attard, Nature Trust Peress li l-għan tan-Nature Trust hu li siti ta’ importanza ekoloġika, marittima u kulturali ikunu imħarsa u immaniġjati sabiex ikunu jistgħu jitgawdew minn kulħadd, inħarsu lejn dan l-impenn b’mod pożittiv ħafna. Bħalma konna aħna impenjati sabiex Xrobb L-Għaġin jiġi rranġat u miftuħ sabiex jitgawda minn kulħadd hekk ukoll nieħdu gost li issa n-naħa ta’ isfel ta Malta ser ikollha park naturali u nazzjonali sabiex joffri post fejn il-poplu jista’ jgawdi u japprezza n-natura u l-kultura u sabiex joffri post ieħor fejn wieħed jista’ jiġbed aktar eko-Turiżmu lejn in-naħa ta’ isfel ta Malta. Barra minn hekk positijiet miftuħa joffru arja aktar nadifa, post fejn wieħed jista’ jistrieħ u post li joffri s-sbuħija ta’ pajjiżna lit- turisti li jżuruh Ta min insemmi t-turiżmu Ġermaniż u dawk tal-pajjiżi tannaħa ta’ fuq tal-Ewropa, fejn bħala Nature Trust ikollna ħafna mistoqsijiet fuq il-biodiversità Mediterranja tagħna, fuq pjanti u annimali endemiċi u fuq il-kultura Maltija. Il-kampanja Malti toffri dan kollu f ’mixja waħda u dan il-Park ser ikun post ieħor li jista’ jgħin anke l-ekonomija ta’ Malta. Huwa pożittiv ħafna li żdiedet iż-żona dedikata għallpark. Għan-Nature Trust, iktar ma l-art naturali tiġi salvata aktar aħjar għaliex wieħed irid jiftakar li aħna gżira żgħira b’popolazzjoni kbira, u għalhekk postijiet miftuħa dejjem jonqsu.

21|02|2016 03

BUSUTTIL JIMBOTTA LIL SĦABU

Bejn l-1999 u l-2003 inħatar bħala konsulent tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol minn fejn tħallas mat-€32,000. Fl-istess ħin li kien konsulent, il-magħżul ta’ Simon Busuttil, f ’Ġunju 2000, intgħażel mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin mingħajr ebda sejħa pubblika biex jibda jokkupa l-kariga ta’ managing director tal-istazzjon tar-radju Voice of the Mediterranean, kariga li dam jokkupa sal-2004. F’din il-kariga Richard Muscat, apparti salarju fi skala 4 talgvern, kellu allowance għallikliet u karozza bl-ispejjeż kollha mħallsa, inkluż il-fjuwil. Kemm dam imexxi l-Voice of the Mediterranean bħala persuna ta’ fiduċja, il-magħżul ta’ Simon Busuttil f ’salarju biss daħħal qrib il-€100,000. Fis-sena 2006 l-operat talVoice of the Mediterranean kien investigat f ’dettall millawditur nazzjonali. Fl-investigazzjoni tal-awditur spikka fost oħrajn l-għoti talkuntratt tal-IT. Meta kien qiegħed jixhed quddiem ilKumitat tal-Kontijiet Pubbliċi Richard Muscat kien qal li l-persuna li kienet tmexxi

l-kumpanija li ngħatat dan ilkuntratt tal-IT kien student ma’ ibnu f ’San Alwiġi u kien dejjem ġej u sejjer id-dar tiegħu u kien ħabib tal-familja tiegħu. Fil-fatt iben Muscat kien anki impjegat għal xi żmien malkumpanija li ngħatat dan ilkuntratt. Il-magħżul ta’ Simon Busuttil kien anki ddefenda l-fatt li l-kuntratt tal-IT ingħata b’direct order. Quddiem il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi kien saħaq: “Tajt ħafna importanza lill-fiduċja. Għaliex? Għaliex jiena ma nistax nagħmel offerta li tiġini l-orħos waħda imma tinzerta li din tkun ta’ persunaġġ li jien ma nħossnix komdu li nafdah biċ-ċavetta tal-istazzjon any time of the day u bl-aċċess għall-fajls kollha tal-internet tal-istazzjon jekk ma jkollix fiduċja għamja fih. Jiena ma nistax nafda l-aċċess totali jekk ma jkollix fiduċja fil-persuna.” Wara li l-Voice of the Mediterranean għalaq, Richard Muscat inħatar Ambaxxatur residenti ta’ Malta għall-Irlanda. Kemm dam f ’din il-kariga bejn April 2004 u Settembru 2007 huwa

tħallas mal-€270,000 u kien intitolat ukoll biex jingħata lura 90% tal-ispejjeż mediċi tiegħu u tal-familjari li kienu jgħixu barra miegħu. Bħala ambaxxatur, il-magħżul ta’ Busuttil ukoll kien sab ruħu f ’nofs kontroversja meta għal għaxar xhur sħaħ ma kienx qal lill-Gvern f ’Malta li ibnu kien qed jiffaċċja akkużi minn mara Irlandiża dwar abbużi sesswali, li eventwalment qatt ma ttieħdu passi dwarhom filQorti. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin ta’ dak iż-żmien Michael Frendo kien qal li huwa kien sar jaf biss b’dan kollu mill-midja Irlandiża u akkuża lil Muscat li kien ħeba kollox biex il-gvern Nazzjonalista iġeddidlu l-kuntratt tiegħu t’ambaxxatur fl-Irlanda. Frendo kien akkuża lill-ħabib u magħżul ta’ Simon Busuttil bi żlealtà u kien saħaq li Muscat mhux vera kien xi vittma għaliex għall-kuntrarju kien mexa b’mod mill-iktar irresponsabbli. Richard Muscat kien ħareġ fil-beraħ jappoġġja lil Simon Busuttil meta qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali kien hemm il-ħatra ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista. Kien qal li l-Partit Nazzjonalista f ’dak ilmument kellu bżonn wiċċ ġdid u persunaġġ li jikkonvinċi. F’Novembru 2012 Muscat kien qal li Simon Busuttil kellu jkun l-għażla tal-Kunsilliera Nazzjonalisti għal Viċi Kap għaliex skont huwa kellu dawk il-kwalitajiet u seta jagħmel rebħa tal-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni ġenerali tal2013 aktar possibbli. Kien biss ftit xhur wara dawn iddikjarazzjonijiet li Busuttil imbagħad bħala Kap, għażel lil Richard Muscat biex ikun il-President tal-Kulleġġ eksmembri parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.


04 21|02|2016

kullħadd.com

LOKALI

IT-TRAFFIKAR UMAN...

INVESTIMENT GĦALL-ĠUDIKATURA MALTIJA F’RIĊERKA U TAĦRIĠ GLEN FALZON glen@kullhadd.com

Il-Gvern Irlandiż iffirma ftehim mal-International Organization for Migration (IOM) f ’Malta biex jitwettaq proġett ta’ sitt xhur li permezz tiegħu l-ġudikatura Maltija se tagħmel riċerka u taħriġ, b’investiment ta’ kważi €22,000, biex f ’pajjiżna jkun hawn prosekuzzjoni aħjar f ’każ ta’ traffikar talumani. Dan il-proġett se jkun iffinanzjat mill-Gvern Irlandiż. Dan ġie ffirmat millAmbaxxatur Irlandiż għal Malta Padriaig Mac Coscair u minn Dr Martine Cassar, l-uffiċjal responsabbli millIOM hawn Malta, u huwa l-ewwel ftehim tax-xorta tiegħu li sar bejn dawn iżżewġ partijiet ikkonċernati. Fid-dawl ta’ dan l-investiment tant importanti għal kull pajjiż, din il-gazzetta tkellmet ma’ Dr Martine Cassar fuq ir-rwol talistess IOM, fiex jikkonsisti dan il-ftehim uniku, kif ukoll kif dan il-proġett se jkun ta’ għajnuna għall-ġudikatura Maltija, fost oħrajn. Aktar kwalità fil-ġudikatura Maltija Mitluba tagħti aktar informazzjoni fuq xiex jikkonsisti dan il-ftehim malGvern Irlandiż, Dr Cassar spjegat li jikkonsisti minn sensiela ta’ attivitajiet li se jkunu qed jitmexxew millIOM stess fix-xahrejn li ġejjin. Fi kliemha “l-IOM se tkun qed tipprovdi taħriġ immirat fuq l-investigazzjoni tat-traffikar tal-umani lill-prosekutur fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, il-maġistrati u l-imħallfin. It-taħriġ se jkun ibbażat fuq suġġetti li jkunu żviluppaw wara eżaminar estensiv u analiżi filfond tal-ġurisprudenza (caselaw) tat-traffikar tal-umani u reat ieħor relatat fil-ġudikatura Maltija”. Apparti minn

Dr Martine Cassar, l-uffiċjal responsabbli mill-IOM Malta hekk, matul dan it-taħriġ, se jkunu qed jitqassmu diversi workbooks b’linji gwida mmirati biex l-investigazzjonijiet u prosekuzzjoni jkunu aktar ta’ kwalità. Passi kbar ’il quddiem Fuq kif dan il-proġett se jservi ta’ għajnuna lill-ġudikatura Maltija, Dr Cassar sostniet li t-traffikar tal-umani huwa kwistjoni kumplessa ħafna u għalhekk għandha bżonn kapaċità istituzzjonali b’saħħitha biex dan ilfenomenu jkun segwit sew u miġġieled bl-aqwa modi possibbli. Kien hawnhekk li Dr Cassar innifisha rrikonoxxiet it-titjib u l-passi kbar ’il quddiem li għamel il-Gvern Malti fejn jidħol ittraffikar tal-umani, u huwa proprju għalhekk li dan ilftehim se jservi ta’ pjattaforma b’saħħitha biex dan it-titjib ikompli jissaħħaħ u fejn hemm bżonn ikomplu jsiru aktar avvanzi. “Minkejja li l-Gvern Malti għamel sforzi kbar biex it-

traffikar tal-umani jkun eliminat, l-IOM f ’Malta temmen li t-taħriġ u l-iżvilupp tal-workbooks, ibbażati fuq irriċerka tat-traffikar tal-umani u reati oħrajn simili, se jkun qed itejjeb b’mod sostanzjali l-inizjattivi tal-istess Gvern,” fissret Dr Cassar. Ir-riżultati ta’ dan il-proġett ferm importanti huma mistennija li jissarfu f ’organizzazzjoni, kordinazzjoni, konsistenza u effiċjenza istituzzjonali aħjar fejn jidħol it-traffikar talumani. Proġetti innovattivi Intant, mitluba tgħid preċiżament x’inhu r-rwol tal-IOM f ’Malta, Dr Cassar spjegat li din l-organizzazzjoni tmur lura għas-sena 1951 u teżisti f ’151 Stat Membru u għandha ’l fuq minn 470 uffiċċju madwar iddinja. Din l-organizzazzjoni tipprovdi servizzi u pariri lil gvernijiet differenti, lil organizzazzjonijiet intergovernattivi u dawk nongovernattivi, kif ukoll lillimmigranti nfushom. Fid-dawl tas-sitwazzjonijiet inumani li jsibu ruħhom fihom ilvittmi tat-traffikar tal-umani, din l-organizzazzjoni tagħti pariri fuq kif għandu jkun hemm immaniġġjar ‘uman’ u serju fl-immigrazzjoni u fuq l-għajnuna li għandha tingħata lil dawk l-immigranti filbżonn. Din l-orgnazzazzjoni ilha topera f ’Malta mill-2007 u kienet fuq quddiem nett biex tagħti pariri lill-Gvern Malti hekk kif l-immigrazzjoni kienet u għadha waħda millprijoritajiet ta’ pajjiżna. Dr Cassar spjegat li l-IOM Malta kienet wara għadd ta’

proġetti li kienu implimentati, fosthom il-United States Refugee Admissions Programme (USRAP) li għen refuġjati biex ikunu risistemati (resettled) lura fl-Istati Uniti; l-Assisted Voluntary Return u Reintegration (AVRR), proġett li fil-mira tiegħu kellu immigranti li xtaqu li jirritornaw lura f ’pajjiżhom; kif ukoll proġetti oħrajn relatati mal-integrazzjoni kif ukoll mat-traffikar talumanti. “Minn Ottubru tal-2011 sa Mejju tal-2014, l-IOM mexxiet il-proġett blisem ta’ Launching Initiatives Supporting Malta’s Efforts to Suppress Trafficking (LIMES), li b’koperazzjoni mal-Gvern Malti kien implimentat b’suċċess. Fi Frar tal-2015, l-IOM nediet il-proġett, li għaddej bħalissa, bl-isem Looking Beneath, li se jkun qed jikkontribwixxi lejn il-capacity-building ta’ diversi entitajiet li jaħdmu fil-qasam ta’ kontra t-traffikar taluman,” fissret Dr Cassar. Biljuni fis-sena għattraffikanti tal-umani Dwar kif qed tiżviluppa s-sitwazzjoni tat-traffikar talumani fil-preżent, Dr Cassar enfasizzat li dan kollu jmur kontra d-drittijiet umani u t-traffikanti qed joperaw fi gruppi organizzati ta’ kriminalità, fejn saħansitra qed jaqilgħu il-biljuni fissena b’detriment għal dawn il-persuni vulnerabbli. Kien hawnhekk li Dr Cassar għamlet referenza għas-sitwazzjoni li għaddejja bħalissa fl-Afrika ta’ Fuq kif ukoll fil-Lvant Nofsani. “L-iżviluppi riċenti u

s-sitwazzjonijiet ta’ kriżi li qed nesperjenzaw bħalissa fl-Afrika ta’ Fuq u filLvant Nofsani qed iservu ta’ allarm għall-komunità internazzjonali, hekk kif dawn is-sitwazzjonijiet qed jagħmluha aktar faċili biex it-traffikar tal-umani iseħħ,” fissret l-uffiċjal responsabbli mill-IOM f ’Malta. Dan kollu qed iwassal biex l-Ewropa qed tkompli tesperjenza influss enormi ta’ immigranti, li minħabba s-sitwazzjoni tagħhom huma aktar vulnerabbli u soġġetti għal dan ir-reat moqżież. 70,000 persuna kienu megħjuna fl-aħħar 20 sena Fid-dawl ta’ dan kollu Dr Cassar sostniet li, mill-bidu tas-snin disgħin, l-IOM bdiet turi t-tħassib tagħha dwar dawk l-immigranti li jkunu ġew imqarrqa jew sfruzati f ’sitwazzjonijiet ta’ sfruttament ekonomiku u fiżiku, li jinvolvi l-isfruttament sesswali, xogħol u servitù sfurzat, tneħħija tal-organi u forom oħra ta’ ksur massiv tad-drittijiet umani ta’ dawn il-persuni. Matul dan iż-żmien, din l-organizzazzjoni, bis-sehem tagħha f ’110 pajjiż, irnexxielha tkun ta’ għajnuna għal persuna waħda minn seba’ vittmi tat-traffikar tal-umani, li kienu identifikati madwar id-dinja kollha, permezz tal-programmi u l-proġetti differenti tagħha kontra dan l-istess reat. Fil-fatt, fl-2015 kienu megħjuna 4,250 vittma tat-traffikar tal-umani, filwaqt li fl-aħħar għoxrin sena 70,000 persuna oħra ngħataw l-għajnuna meħtieġa.


LOKALI

kullħadd.com

21|02|2016 05

IL-POLITIKA TAL-PN DWAR IL-MIGRAZZJONI...

WIĊĊ GĦAL BRUSSELL, U IEĦOR GĦAL MALTA RITIANNE AGIUS ritianne@kullhadd.com Il-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta żewġ uċuħ firrigward tal-migrazzjoni. Filwaqt li fil-Parlament Ewropew l-MEPs Nazzjonalisti jitkellmu favur il-moviment ħieles u l-integrazzjoni, fil-Parlament Malti MPs Nazzjonalisti qed jagħmlu argumenti populisti kontra l-ħaddiema barranin f ’pajjiżna. Dan kien evidenti din il-ġimgħa, fejn l-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola u d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi bagħtu messaġġi għalkollox konfliġġenti. Taħt filmat ta’ diskors li Metsola għamlet filParlament Ewropew b’rabta malintegrazzjoni, persuna anonima kkumentat bil-kliem “She should be shot”. Meta tkellmet mal-midja dwar dan il-kumment, Metsola qalet li tirċievi messaġġi ta’ theddid il-ħin kollu. Żiedet tgħid li l-ammont ta’ intolleranza u mibegħda f ’Malta huwa inkredibbli. Qalet ukoll li l-ammont ta’ mibegħda lejn l-immigranti kien spara ’l fuq, u li dan kien inkwetanti meta wieħed

“L-ammont ta’ mibegħda lejn l-immigranti sparat ’il fuq” iqis li Malta ilha sena ma tirċievi persuni li qed ifittxu l-ażil. Madankollu, Metsola naqset milli tispjega kif waslet għallkonklużjoni li l-mibegħda f ’Malta żdiedet. Ma nafux lanqas jekk staqsietx lill-kollega tagħha fil-Parlament Malti, Jason Azzopardi, jekk huwiex fost dawk li qed iqabbdu n-nar bliskop li tiżdied din il-mibegħda li hija qed tara fost il-poplu Malti. Dan għax proprju din il-ġimgħa

“Min qed iġibhom f ’Malta? Dawn qed jieħdu x-xogħol tal-Maltin”

kien Azzopardi li fil-Parlament għamel diskors populist kontra l-ħaddiema barranin. Azzopardi tkellem kontra l-ħaddiema mis-Serbja; pajjiż li huwa kandidat għal sħubija fl-Unjoni Ewropea u li bħalissa għaddej b’diskussjonijiet ta’ aċċessjoni. Azzopardi qal li hawn mat30,000 ħaddiem barrani, u b’mod speċifiku rrefera għall-ħaddiema Serbi filwaqt li staqsa min qed iġibhom f ’Malta. Qal li kull fejn

tħares kullimkien ħaddiema Serbi, u saħansitra ddikjara li dawn kienu qed jieħdu x-xogħol lill-Maltin. Għal dan id-diskors Metsola, li fi Brussell tiġġieled favur il-valuri Ewropej, m’għamlet l-ebda kundanna. Mistoqsija minn din il-gazzetta jekk taqbilx malinterpretazzjoni ta’ Azzopardi u jekk dan hux diskors konsistenti mal-valuri Ewropej, Metsola naqset milli twieġeb. Minflok,

kelliem għal Metsola dawwar dan id-diskors fuq il-Gvern, u sostna li l-Prim Ministru nnifsu ġieli għamel referenza għal din issitwazzjoni. Iżda l-verità hija li l-Gvern tkellem biss dwar skills gap, jiġifieri nuqqas ta’ ħiliet f ’ċertu setturi, bil-għan li l-ħaddiema Maltin jitħarrġu fihom. Dan kien fattur li fil-fatt spjegah il-Ministru Evarist Bartolo f ’risposta li biha kkoreġa lil Azzopardi fil-Parlament. IlMinistru spjega li d-diskors ta’ Azzopardi kien għalkollox skorrett, mhux biss fuq livell morali għax kien qed ixewwex kontra l-barranin, iżda anke fuq livell ekonomiku, għax l-istatistiċi juru biċ-ċar li mhux biss hemm biżżejjed xogħol għal kulħadd, iżda ċertu kumpaniji saħansitra mhux isibu biżżejjed ħaddiema għal ċertu xogħlijiet. L-attitudni tal-esponenti Nazzjonalisti qed tikkonferma kemm il-politika talOppożizzjoni hija waħda bbażata fuq il-konvenjenza u mhux fuq il-konsistenza, fejn id-diskors jingħad skont dak li jkun jaqbel fil-mument, u skont l-udjenza li l-esponenti jkollhom quddiemhom dak il-ħin.

KWART TA’ MILJUN FUQ IL-KAROZZI TA’ TONIO U AUSTIN L-ispiża fuq il-karozzi li kienu jagħmlu użu minnhom l-eks- Ministri Nazzjonalisti Tonio Borg u Austin Gatt bejn l-2008 u l-2013 kienet ta’ kwart ta’ miljun ewro. Borg u Gatt kellhom żewġ karozzi kull wieħed – waħda għal xogħol uffiċjali u oħra għal xogħol mhux uffiċjali. Il-karozza uffiċjali ta’ Tonio Borg, bejn Jannar u Marzu 2008, kienet Mercedes Benz E Class li nkriet għal €47 kuljum bi spiża totali ta’ €2,800. Bejn Marzu 2008 sakemm inħatar Kummissarju Ewropew, imbagħad, l-eks-Viċi Prim Ministru għamel użu minn BMW Saloon li nxtrat millGvern għal €70,000. L-ispiża fuq fjuwil għall-karozzi uffiċjali ta’ Tonio Borg kienet

ta’ €20,000. Il-Gvern kien iħallas ukoll l-ispejjeż kollha tat-tieni karozza ta’ Tonio Borg. Bejn Jannar 2008 u Settembru 2009, it-tieni karozza ta’ Borg kienet Alfa Romeo. Bejn Ottubru 2009 u Novembru 2012 Borg bidel it-tieni

karozza u beda juża Opel Corsa. Dawn iż-żewġ karozzi swew lill-Gvern €30,000. L-ispiża totali fuq tiswijiet ta’ dawn il-karozzi u f ’kirjiet ta’ karozzi minflokhom, ammontat għal €15,000. L-ispiża fuq il-fjuwil għattieni karozza tal-eks-Viċi

Prim Ministru u għall-karozzi li nkrew minflokhom kienet ta’ €12,000. Austin Gatt, bħal Tonio Borg, ukoll għamel użu minn żewġ karozzi differenti li servew bħala karozzi uffiċjali tiegħu. Bejn Jannar u Settembru 2008

kien juża Volvo S80 li kienet inxtrat għal €33,000. L-ispiża fuq tiswijiet li sarulha u fuq kirjiet ta’ karozzi minflokha kienet ta’ €3,300. Fl-istess ħin f ’disa’ xhur biss l-ispiża fuq il-fjuwil għall-Volvo ta’ Gatt kienet ta’ €2,000. Imbagħad, f ’Settembru 2008, Gatt beda juża Jaguar X Type li nxtrat għalih għal €30,000. Ittiswijiet li saru fuq il-Jaguar swew €3,000 waqt li ntefqu €10,000 fi fjuwil. Austin Gatt ukoll kellu t-tieni karozza, tat-tip Peugeot 307, li kienet inxtrat għal €12,500. Il-Gvern ħallas €5,300 f ’tiswijiet fuqha u f ’kiri ta’ karozzi minflokha, waqt li kien hemm spiża ta’ €5,000 oħra fuq il-fjuwil għat-tieni karozza ta’ Gatt.


06 21|02|2016

kullħadd.com

LOKALI

JIPPRETENDI LI JSIR K

Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Qorti laqgħet ittalba tal-Prim Ministru Joseph Muscat biex jinħareġ mandat ta’ inibizzjoni fuq il-koppja Marco u Josielle Gaffarena, u dan biex iżommhom milli jbigħu, ineħħu, jitrasferixxu jew jiddisponu mill-artijiet jew mill-flus li ħadu bħala kumpens għall-artijiet fil-każ ta’ Triq Żekka. Minkejja li dan huwa l-ewwel pass sabiex il-Prim Ministru jkompli jipproteġi l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi f ’dan il-każ, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil għażel li jinfexx f ’attakki sfrenati kontra l-Gvern u l-Qorti sempliċiment għax iddeċiżjoni ta’ din tal-aħħar giddbet l-allegazzjoni tiegħu li dawn il-proċeduri legali nfetħu biex jintilfu. Din, però, m’għandhiex tasal bħala sorpriża hekk kif mhix l-ewwel darba li Busuttil infexx kontra l-istituzzjonijiet meta dawn ma tawhx raġun. Ħarsa lejn id-deċiżjoni talQorti Fi stqarrija maħruġa millGvern kien spjegat li fiddigriet tagħha l-Qorti skartat l-eċċezzjoni tal-koppja Gaffarena li tgħid li l-Prim Ministru ma setax jiftaħ din ilkawża. Il-Gvern fakkar li din l-eċċezzjoni hija fuq l-istess binarji tal-kritika li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni sa minn mindu nfetħu dawn il-proċeduri. Inġibdet ukoll l-attenzjoni għall-fatt li l-Qorti qalet li l-imsemmija “eċċezzjoni ma tinftiehemx” u saħqet li l-Prim Ministru huwa wkoll, ta’ bilfors, skont il-Kostituzzjoni, membru tal-Kamra tad-Deputati u allura t-talba tiegħu għallħruġ ta’ mandat għamilha espressament f ’dik il-kwalità ta’ deputat parlamentari. Għaldaqstant, il-Gvern sostna li dan ifisser li l-allegazzjonijiet u d-dikjarazzjoni tal-Kap talOppożizzjoni, li qal li l-kawża li saret mill-Avukat Ġenerali u mill-Prim Ministru hija maħduma biex tintilef, ma ġiet bl-ebda mod sostnuta b’dak li ddeċidiet il-Qorti f ’dan il-mandat. “Il-Prim Ministru, f ’isem il-Gvern, se jkun qiegħed ikompli bir-riformi fidDipartiment tal-Artijiet, filwaqt li jkompli l-ġlieda kontra kull forma ta’ abbuż, ġej minn fejn ġej. Ħasra li fil-ġlieda kontra dan l-abbuż il-Gvern qed isib lillOppożizzjoni tmexxi d-difiża ta’ min abbuża, meta seta’

Dawn huma biss ftit eżempji mill-aħħar sena fejn il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil tefa’ t-tajn fuq l-istituzzjonijiet ewlenin ta’ pajjiżna għall-finijiet politiċi tiegħu kien il-Kap tal-Oppożizzjoni Triq Żekka, Simon Busuttil stess li ħa dawn l-istess passi,” ma jiddejjaq xejn jagħmel temmet tgħid l-istqarrija. ballun politiku mill-qrati Maltin. Każ ieħor ta’ din ix“Mafja” xorta rajnieh waqt li kien għaddej il-każ li tressaq millDan ma kienx l-uniku punt Partit Nazzjonalista li talab li baxx tal-kampanja negattiva jingħata żewġ siġġijiet oħra tal-PN f ’din il-kwistjoni. Ix- fil-Parlament minkejja li ma xahar li għadda, fil-jiem ta’ kellux dritt għalihom skont ilwara l-pubblikazzjoni tar- prinċipju ta’ proporzjonalità. Rapport tal-Awditur Ġenerali Fi Frar tas-sena l-oħra dwar it-trasferiment tal- l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili art ta’ Triq Żekka, Busuttil (Sede Kostituzzjonali) għawweġ il-fatti billi sostna iddeċidiet li żżid in-numru li l-konklużjonijiet ta’ dan ir- ta’ membri tal-Parlament bi rapport urew li kien hemm tnejn favur l-Oppożizzjoni. “kriżi ta’ korruzzjoni”. Il-Gvern, però, appella din Ħarsa lejn l-istess rapport, id-deċiżjoni għax ħass li din però, turi li ma ntqal xejn kienet tmur kontra r-rieda minn dan. Però, Busuttil tal-poplu li esprima l-fehma iddeċieda li jaf aktar tiegħu fl-elezzjoni ġenerali mill-Awditur Ġenerali u tal-2013 fejn ta fiduċja kbira nfexx jgħajjar lil-Laburisti lill-Partit Laburista b’distakk “mafja” u “maħmuġin”. ta’ voti ta’ 36,000 mill-Partit Dan wera b’mod ċar li Nazzjonalista. l-Kap tal-Oppożizzjoni Hawnhekk, però, Busuttil m’għandu l-ebda rispett ħadha kontra l-Gvern lejn l-awtorità tal-Awditur għax eżerċita dan idĠenerali u l-uffiċċju tiegħu dritt fundamentali f ’kull u li għalih l-unika opinjoni li demokrazija u sostna li dan tgħodd kienet dik tal-Partit tal-aħħar għandu jaċċetta Nazzjonalista. d-deċiżjoni tal-Qorti u ma jappellax. Ironikament, Għadu tal-prinċipji dak iż-żmien Busuttil kien demokratiċi saħanstira qal li d-deċiżjoni li jsir dan l-appell kien “insult Kif rajna fil-kwistjoni ta’ għad-demokrazija.”

Madankollu, f ’Mejju ta’ wara l-Qorti Kostituzzjonali tat raġun lill-Gvern hekk kif laqgħet l-appell tiegħu u annullat id-deċiżjoni preċedenti għax il-proċess li wassal għalih ma kienx integru peress li l-Partit Laburista ma kienx imsejjaħ fil-kawża minkejja li l-kwistjoni kienet taffettwah direttament. F’din l-okkażjoni l-Partit Nazzjonalista mhux biss ma aċċettax is-sentenza imma anke għamel allegazzjonijiet li l-Partit Laburista immanipula s-sistema legali ta’ pajjiżna. Dan l-attakk kien inaċċettabbli meta wieħed iqis li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu r-responsabbiltà li jkun ta’ eżempju għall-poplu fejn jidħol ir-rispett lejn l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. Diżrispett lejn il-President Waqt li kienet għaddejja l-investigazzjoni fuq dan ittrasferiment tal-proprjetà wieħed isib każ ieħor ta’ din ixxorta ta’ attitudni distruttiva. Fl-4 ta’ Frar li għadda, Simon Busuttil, b’referenza għallaqgħa li kellu mal-President Marie-Louise Coleiro Preca, mhux biss ippretenda li jitkellem f ’isem il-President,

imma għawweġ kliemha meta sostna li hija assiguratu li ma kinitx se tipproċedi bil-ħatra taż-żewġ kandidati għallmaġistraturi. Madankollu, l-Uffiċċju talPresident ftit wara giddeb lill-Kap tal-Oppożizzjoni meta ċċara li l-President ġiet infurmata mill-konsulenti legali tagħha li, fil-każ ta’ nomina minnhom, il-ħatra se ssir skont kif tistipula l-Kostituzzjoni u, fil-każ tan-nomina l-oħra, se tiġi kkonsultata l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni talĠustizzja. Ta’ min issemmi li, lejlet din il-laqgħa, ilGvern kien diġà ħabbar li se jikkonsulta ma’ din ilKummissjoni dwar il-każ. Jheddu lill-Awtorità taxXandir F’Jannar li għadda anke l-Awtorità tax-Xandir kienet fil-mira tal-Partit Nazzjonalista. Din id-darba l-kritika waslet b’reazzjoni għal deċiżjoni tal-istess Awtorità li sabet li, għaddifferenza ta’ dak li sostna l-PN, il-messaġġ tal-Ewwel tas-Sena tal-Prim Ministru ma kienx partiġġjan u għalhekk l-Oppożizzjoni ma kellha d-dritt għall-ebda rimedju. Din ma niżlet xejn tajjeb man-Nazzjonalisti li sostnew li “l-Awtorità naqset milli tagħraf li hawnhekk kien hawn programm ta’ kontroversja politika evidenti u naqset milli tagħti rimedju ġust. Sfortunatament, b’dan l-aġir,


LOKALI

kullħadd.com

21|02|2016 07

KOLLOX KIF JGĦID HU l-Awtorità qed tonqos middoveri tagħha li tiggarantixxi imparzjalità xierqa skont ilKostituzzjoni ta’ pajjiżna.” Madankollu, minkejja t-theddida li għamlu fi stqarrija maħruġa minnhom fejn qalu li “l-Partit Nazzjonalista jirriżerva kull dritt li tippermettilu l-liġi,” l-Oppożizzjoni ma ħadet l-ebda passi legali għax kienet taf li kellha tort dwar il-kwistjoni. Dwar dan il-każ kien tkellem il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici li fakkar kif indħil waqt xi inkjesta mhux l-ewwel darba li sar mill-PN, u għamel referenza għal dak li qalu l-imħallfin li mexxew l-inkjesta indipendenti fil-każ tax-xufier tal-eksMinistru Manwel Mallia meta qalu li kien hemm pressjoni politika li mhux xierqa. Bonnici saħaq ukoll li meta jkun hemm attakk fuq eksġudikant, ikunu qed jattakkaw is-sentenzi kollha li huwa jkun ta. Min-naħa l-oħra, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali,

Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli qalet li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa biex isiru ċ-checks & balances meħtieġa u li d-demokrazija titlob li, għalkemm tista’ ma taqbilx ma’ deċiżjoni ta’ istituzzjoni Kostituzzjonali, qatt m’għandek tattaka l-integrità tagħha għax b’mod sussegwenti tkun qed tostakola l-ħidma tagħha. Dakinhar Dalli kienet fakkret kif ftit qabel kien hemm deċiżjoni favur ilPartit Nazzjonalista millAwtorità tax-Xandir, fejn hemmhekk il-PN ma qal xejn għax id-deċiżjoni kienet komda għalih. Issa, issoktat tgħid il-Ministru Dalli, Simon Busuttil għażel li jattakka lill-Awtorità taxXandir għax ħarġet deċiżjoni kontra tiegħu. Il-Kummissjoni għallEdukazzjoni Ogħla taħt attakk Istituzzjoni oħra li sabet ruħha taħt attakk mill-

Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet il-Kummissjoni għallEdukazzjoni Ogħla. Is-sena l-oħra, fl-eqqel tad-dibattitu dwar l-American Institute of Malta, iċ-Chairman tal-Kummissjoni Martin Scicluna kien żvela li l-Avviż Legali 150, li kellu l-għan li jbiddel l-istandards li bihom istituti edukattivi jingħataw l-akkreditazzjoni f ’pajjiżna, kien ilu jiġi diskuss minn ferm qabel ma qamet din ilkwistjoni. L-għan ta’ dan l-Avviż Legali, li kien diskuss malpartijiet interessati tas-settur qabel ma tressaq quddiem il-Parlament, kien li jissaħħu l-istandards li bihom tingħata akkreditazzjoni ta’ din ix-xorta. Madankollu, minkejja dan il-fatt u dak li qal Scicluna, il-PN xorta waħda għażel li jattakka dan l-avviż legali għal xhur sħaħ b’akkużi li kienu bla bażi. Ironikament, sa ftit żmien qabel, il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil kien għamel kampanja sħiħa juża lis-Sur Martin Scicluna għax waqt

programm televiżiv kien ta punteġġi mhux daqstant tajbin lill-Gvern fuq oqsma partikolari. Dak iż-żmien il-Gvern, għax verament jemmen fid-demokrazija, kien irrispetta l-opinjonijiet ta’ Scicluna minkejja li ma qabilx ma wħud minnhom. Imma l-Oppożizzjoni Nazzjonalista mxiet differenti fil-każ tal-Avviż Legali 150, hekk kif injorat għalkollox l-opinjoni ta’ Scicluna, minkejja l-fatt li hu kien involut direttament fittfassil ta’ dan l-avviż. Oppożizzjoni distruttiva Dawn kienu biss ftit eżempji mill-aħħar sena fejn il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil tefa’ t-tajn fuq l-istituzzjonijiet ewlenin ta’ pajjiżna għall-finijiet politiċi tiegħu. L-atteġġament distruttiv tiegħu qiegħed iservi biss biex juri d-differenzi kbar li hemm bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista fejn jidħol ir-rispett lejn il-

prinċipji fundamentali taddemokrazija. Fil-fatt, anke meta kien fl-Oppożizzjoni, il-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat kellu attitudni li jaħdem ma’ persuni b’affiljazzjoni Nazzjonalista bħal Joe Borg, Tonio Borg, Josef Bonnici u Louis Galea, innominati minn Gvern Nazzjonalista. Madankollu, il-PN mhux qiegħed iġib ruħu bl-istess mod issa li wasal iż-żmien tiegħu biex iservi lill-pajjiż mill-Oppożizzjoni. Minflok, huwa qiegħed jippretendi li l-istituzzjonijiet kollha talpajjiż jagħmlu kif irid hu biss, inkella jkunu fil-mira ta’ attakki sfrenati u bla bażi loġika. Għaldaqstant, wieħed jistaqsi: kif jista’ l-Partit Nazzjonalista, li lanqas biss huwa kapaċi jkopri r-responsabbiltajiet fundamentali tiegħu fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni, jippredendi li jingħata l-fiduċja mill-poplu biex imexxi lill-pajjiż fil-futur?


08 21|02|2016

kullħadd.com

LOKALI

MICHELLE MUSCAT TNIEDI N-NATIONAL ALLIANCE FOR RARE DISEASES SUPPORT Michelle Muscat, il-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat u ċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, sostniet li huwa ta’ unur kbir għaliha li nediet l-ewwel grupp ta’ appoġġ għall-mard rari bl-isem ta’ National Alliance for Rare Diseases Support Malta. Is-Sinjura Muscat spjegat li, permezz ta’ din it-tnedija, Alliance Malta ngħaqdet

ma’ nazzjonijiet oħrajn biex toffri appoġġ lil dawk in-nies li qed isofru minn mard rari. Hija qalet ukoll li n-National Alliance for Rare Diseases Support huwa xi ħaġa ġdida għall-Fondazzjoni Marigold, li ilha topera mill-2014. Hija żiedet tgħid li, apparti milli se tkun qed tipprovdi l-appoġġ u l-informazzjoni għal dawk li qed ibatu millmard rari u lill-membri

tal-familja tagħhom, din l-Alleanza se tkun tgħin biex tinħoloq aktar kuxjenza u se tħeġġeġ biex issir aktar riċerka f ’dan ir-rigward. 600 marda rari f ’Malta Bħalissa f ’pajjiżna huwa kkalkulat li hawn madwar 600 marda rari. Il-persuni li qed ibatu minn dan ilmard rari jiffaċċjaw ħafna diffikultajiet, fosthom iżżmien ta’ stennija li jkollhom jgħaddu minnu sakemm tkun magħrufa eżatt iddjanjożi sħiħa, ir-rarità talmarda nnifisha kif ukoll ilkonsegwenzi ta’ dan kollu, fosthom il-proċess twil biex tinstab xi tip ta’ kura, jekk eventwalment tinstab. Apparti dan kollu, ilmediċina biex dan il-mard rari jkun imtaffi tiswa ħafna flus u mhijiex affordabbli, u hemm ċerti każijiet fejn lanqas biss teżisti mediċina għall-kura. Is-Sinjura Muscat innutat ukoll li f ’Malta hawn diġà numru ta’ entitajiet individwali li qed jaħdmu ma’ dawn il-persuni. F’dan ir-rigward, din l-Alleanza se jkollha rwol ċentrali flgħajnuna li se tagħti lil dawn l-organizzazzjonijiet biex issaħħaħ il-kawża tagħhom u jipprovdu network għallpazjenti biex dawn ikollhom l-appoġġ neċessarju u jgħixu ħajja kemm jista’ jkun komda. “Kburija li nagħmel parti minn xi ħaġa tant speċjali” – Marcelle Abela B’reazzjoni għall-kummenti bla bażi li kien hemm filkonfront tal-Alliance Group for Rare Diseases li ħolqot is-Sinjura Muscat, Marcelle Abela, li binha jbati minn marda rari ħafna magħrufa aħjar bħala Leukodystrophy, sostniet li hija kburija li tagħmel parti minn xi ħaġa tant speċjali. “Din l-assoċjazzjoni nħolqot biex dawk li ġew milqutin b’xi marda jew kundizzjoni rari, se toħloq forom ta’ appoġġ li wieħed ifittex meta jsir jaf li ġie milqut b’xi ħaġa li tant hi rari li kultant lanqas kura ma jkun hemm għaliha,” fissret din l-omm. Marcelle żiedet tgħid li dak li qed iseħħ f ’din l-Alleanza huwa li qed tinħoloq bażi li l-bniedem isib lil xi ħadd li qed jgħaddi millistess affarijiet u allura jsib l-appoġġ. “Dejjem irridu nittamaw u nżommu ruħna aġġornati u b’hekk nistgħu nimxu ’l quddiem,” temmet tgħid Marcelle.


LOKALI

kullħadd.com

21|02|2016 09

FITCH TIKKONFERMA GĦAT-TIELET DARBA RATING POŻITTIV GĦAL MALTA L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu Fitch, għat-tielet darba kkonfermat rating pożittiv għallekonomija Maltija fil-livell A u stabbli. Fitch qalet li dan irrating ta’ Malta huwa msejjes fuq il-fatt li l-ekonomija Maltija mistennija tkompli tikber b’rata saħansitra aħjar minn taż-Żona Ewro. It-tkabbir ekonomiku din is-sena u s-sena d-dieħla se jkun ta’ 3.2%. L-ekonomisti ta’ Fitch qalu li jistennew li l-esportazzjoni Maltija terġa’ tiżdied

minħabba t-tisħiħ tas-swieq internazzjonali. Dan minħabba li jkun tlesta l-investiment filpower station il-ġdida u minħabba li jkun għadu kif beda ċiklu ġdid tal-investimenti bil-fondi Ewropej. L-aġenzija Fitch temmen li t-tkabbir ekonomiku f ’Malta se jkompli jkun tajjeb fis-settur tas-servizzi u jsemmi wkoll t-teknoloġija tal-informatika, is-servizz professjonali, l-iGaming, is-servizz tas-saħħa u t-turiżmu. Apparti minn

hekk, l-ekonomisti jkomplu jtennu li qed jistennew li l-bilanċ tal-pagament ta’ Malta jkompli jitjieb ukoll. Ir-rapport ikompli jikkummenta dwar l-Enemalta li jgħid wara l-privatizzazzjoni parzjali tagħha, din tejbet ilpożizzjoni finanzjarja tagħha u din is-sena mhux se tkompli tagħmel telf. Kompla jgħid li l-proġett tal-power station u l-interconnector se jgħinu wkoll biex jonqsu l-ispejjeż talimportazzjoni.

RIFORMA FID-DIPARTIMENT TAL-PROBATION U PAROLE

BIDLA FIL-KURA PSIKOLOĠIKA Il-benesseri fil-qasam psikoloġiku tal-persuna hija tema li ta’ spiss nisimgħu fuq l-importanza li għandha tibqa’ tingħata attenzjoni kontinwa. Il-bidla bdiet isseħħ fuq dan illivell fis-servizzi offruti midDipartiment tal-Probation u Parole lil dawk li qed isegwu programmi ta’ riabilitazzjoni f ’dan ir-rigward. Riforma ħolistika F’kummenti li ta lil din ilgazzetta, il-Ministru għallIntern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela spjega li l-Qrati Maltin irreferew lil dan id-Dipartiment aktar minn 1,000 każ ta’ sentenza filkomunità li kollha jirrikjedu pjani ta’ riabilitazzjoni skont il-ħtiġijiet personali talindividwu. Il-Ministru Abela saħaq dwar il-ħtieġa ta’ kura li tindirizza l-imġiba. Huwa qalilna wkoll li l-Ministeru tiegħu qiegħed jaħdem biex il-qasam tarriforma tal-imġiba jkun ħolistiku bl-għan li jsaħħaħ il-prevenzjoni tat-twettiq ta’ reati u tnaqqis fir-rata ta’ vittmi ġodda. Għaldaqstant, huwa spjega li l-livell psikoloġiku ngħata prijorità. “Għall-ewwel darba dan id-Dipartiment qed joffri one stop shop ta’ kura fuq livell psikoloġiku fil-qasam talimġiba li qed iwassal għal immaniġġjar aktar effettiv talklijenti,” tenna Abela. Illum, 108 persuna tibbenefika minn kura psikoloġika offruta minn żewġ psikoloġisti professjonali f ’dan il-qasam. Huma joffru sessjonijiet privati ma’ kull individwu li kull waħda tkun ta’ madwar siegħa fuq imġiba li, fost l-oħrajn, għandha x’taqsam mad-drogi, l-alkoħol, logħob tal-azzard, trawma u rabja. Proġett proattiv Huwa spjega kif fil-qasam tarrabja l-professjonisti fehmu li din trid tingħata aktar attenzjoni. Għaldaqstant,

huma kienu proattivi u flaħħar sena bdew proġett pilota fil-qasam ta’ anger management ibbażat fuq riċerka xjentifika li analizzat it-tnaqqas ta’ sinjali tar-rabja f ’24 klijent. Ilproġett kellu riżultati pożittivi u b’hekk issa qed jiġi offrut bħala wieħed mis-servizzi ġodda fejn bħalissa huma qed jaraw madwar 50 klijent li jbatu b’sintomi ta’ rabja. Mistoqsi x’kien jiġri qabel ma beda jiġi offrut dan is-servizz, Abela qalilna li fil-passat idDipartiment kien jirreferi l-klijenti lill-Isptar Materi Dei u l-Isptar Monte Carmeli. Din kienet twassal għal dewmien, anke minħabba l-listi ta’ stennija li kien ikun hemm. Kien hemm anke każijiet fejn uħud mill-offenders kienu jtemmu l-perjodu ta’ superviżjoni tagħhom mingħajr ma jieħdu dan ittrattament. Oħrajn kienu wkoll jagħżlu li jieħdu dan isservizz, li kienu jkunu jafu li għandhom bżonn, mill-privat. Però, għal ħafna din ma kinitx alternattiva vijabbli minħabba limitazzjonijiet finanzjarji personali. Huwa tkellem magħna wkoll fuq il-valur li jingħata lill-benessere tal-ħaddiema ta’ dan id-Dipartiment, li jgħaddu minn każijiet ta’ xogħol stressanti. Għaldaqstant, dawn isservizzi psikoloġici ġew ukoll estiżi għall-ħaddiema ta’ dan id-Dipartiment li jistgħu jirrikorru għalih f ’każ li wieħed iħoss li hu meħtieġ. Uffiċini akbar u aktar sikuri għall-ħaddiema Hawnhekk il-Ministru Abela tkellem fuq l-ambjent san li fih għandhom joperaw minnu l-ħaddiema biex jaqdu d-dmirijiet tagħhom. Huwa spjegalna li anke hawnhekk sar investiment infrastrutturali fejn, minn uffiċini żgħar li ma jirriflettux il-bżonnijiet ta’ xogħolhom, illum dan it-tim qed jopera f ’ambjent akbar u sikur għall-ħaddiema.

Irrimarka kif dan l-ambjent qed joffri wkoll livell ta’ servizz ogħla lill-klijent. Dan wara li minn kamra maqsuma kollha cubicles żgħar, fejn lanqas biss kienet toffri privatezza bażika, l-uffiċini issa huma mgħammra bi tmien counselling

rooms privati fejn l-uffiċjali jistgħu jitkellmu b’mod kunfidenzjali mal-klijent. B’hekk tkompli tissaħħaħ irrelazzjoni ta’ fiduċja bejnhom u l-klijent waqt il-proċess ta’ riabilitazzjoni. Ġew introdotti wkoll elementi ta’ sigurtà

permezz ta’ CCTV cameras u panic buttons. Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali temm jgħid li fiż-żmien li ġej ilGvern se jibqa’ jinvesti f ’dan id-Dipartiment sabiex ikompli jikseb riżultati ta’ suċċess.


10 21|02|2016

kullħadd.com

GVERN LABURISTA GVERN LI JAĦDEM

X’WETTAQ IL-GVERN… SENA ILU Informazzjoni miġbura minn EMANUEL CUSCHIERI 15 ta’ Frar

Fl-Isptar Mater Dei l-angiograms bdew isiru fl-istess ġimgħa li jintalbu. Il-lista ta’ stennija tal-angiograms ġiet eliminata

Emanuel Cuschieri

16 ta’ Frar

1.

Ġie inawgurat belveder ġdid f ’Ħaż-Żabbar.

Tħabbar li l-passiġġieri li qasmu bejn Malta u Għawdex fl-2014 żdiedu b’5.6%

2. F’Għawdex infetaħ l-ewwel ċentru ta’ matul il-jum għal persuni bid-dimenzja Għawdxin. 3. Matul l-2015 ġew Malta 1.8 miljun turist; żieda ta’ 5% fuq l-2014, u n-nefqa tat-turisti kienet ta’ €1.6 biljun – żieda ta’ 7.5%. 4. Daħlu regolamenti ġodda li jwaqqfu l-importazzjoni ta’ annimali perikolużi. 5. Fil-jiem li għaddew Gvern Laburista bagħat iċ-ċekkijiet tal-għotja għall-anzjani u l-bonus lil 38,857 anzjan u anzjana. 6. Gvern Laburista attira lejn Malta kumpanija Kanadiża li se tinvesti €91 miljun f ’pajjiżna. 7. Fil-jiem li għaddew il-Kummissjoni Ewropea qalet li din is-sena l-ekonomija ta’ Malta se tespandi u se tkun it-tielet ekonomija bl-akbar tkabbir fl-Unjoni Ewropea. 8. Sal-aħħar ta’ din il-leġiżlatura, Gvern Laburista se jkun elimina d-dejn li għamlu l-aħħar tliet gvernijiet tal-PN. 9. Aktar apparat ġdid u modern għall-Isptar Mater Dei. Din id-darba foetal ultrasound probe li permezz tiegħu t-tobba jistgħu jaraw aħjar jekk hemmx problema fil-qalb, qabel ma t-tarbija titwieled.

17 ta’ Frar

Sar magħruf li bl-għażla li saret fit-trasport pubbliku ġew iffrankati lill-pajjiż €16-il miljun f ’sussidji

18 ta’ Frar Sar magħruf li fl-2014 kienu 117 il-persuni li bbenefikaw mill-miżura li permezz tagħha beda jitħallas ilpassaġġ tal-ajru lit-tieni ġenitur biex jakkumpanjaw lil uliedhom għall-kura barra l-pajjiż

19 ta’ Frar

10. Ir-roħs fin-nollijiet tal-vapuri tal-Gozo Channel wassal biex f ’Jannar kien hemm kummerċ kbir f ’Għawdex. 11.

Se tinbena skola ġdida fir-Rabat, Għawdex.

12. Matul l-2015 dawk jirreġistraw għax-xogħol naqsu b’1,672 persuna. 13. F’Mejju li ġej mistennija tkun lesta l-power station il-ġdida li se tkun qed taħdem bil-gass, u allura mis-Sajf li ġej Malta se jkollha ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa mill-gass.

It-traffiku tal-passiġġieri tal-cruise liners lejn Malta żdied b’27%

20 ta’ Frar

16. Fl-ewwel sitt xhur tal-2015 l-investiment dirett barrani f ’Malta żdied bi €3 biljun.

Sar magħruf li bejn Ottubru 2013 u Diċembru 2014 saru 2,800 spezzjoni kontra t-tixrid taddroga fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

17. Grawnd ġdid tal-futbol f ’Birżebbuġa se jkun lest sasSajf li ġej wara 25 sena ta’ wegħdi fiergħa mill-PN.

21 ta’ Frar

14. Persuni b’diżabbiltà li għalqu s-sittin sena għadhom kemm ħadu żieda ta’ aktar minn €5 fil-ġimgħa fil-pensjoni tagħhom. 15.

L-assenteizmu fl-iskejjel naqas bi 15.9%.

18. Dalwaqt se jingħata bidu għall-proġett tal-Università Amerikana fin-naħa t’isfel ta’ Malta. 19. Fl-aħħar 30 xahar ta’ Gvern Laburista nħolqu 17,000 impjieg ġdid – 18-il impjieg ġdid kuljum. 20.

Infetaħ kintergarten centre ġdid f ’San Ġwann.

21.

Fl-2015 il-Maltin li siefru żdiedu b’ 9.6%.

OPINJONI

Tħallsu aktar minn €3 miljun bħala rifużjonijiet fuq il-karozzi – flus li nsterqu lin-nies minn gvernijiet tal-PN


OPINJONI

kullħadd.ċom

21|02|2016 11

INKOMPLU NĦARSU ’L QUDDIEM B’POŻITTIVITÀ Aktar progress prosperità

Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Qed ikollna żieda ta’ 18-il impjieg kuljum li jfisser tliet darbiet aktar tar-rata ta’ xogħol li kien jinħoloq kuljum taħt il-PN fil-Gvern

u

aktar

Iċ-ċertifikati li qed jingħata pajjiżna wieħed wara l-ieħor fl-andament ekonomiku tiegħu juru biċ-ċar kemm verament dan il-Gvern qed iwettaq ir-roadmap tiegħu. Għall-Oppożiżżjoni, dak li sejjer tajjeb f ’pajjiżna mhux minħabba ħidmet dan ilGvern imma għax ‘grazzi għalihom’, kontinwazzjoni ta’ dak li ħadmu għalih, jgħidulna. Ħallewlna ekonomija b’saħħitha, jgħidulna. Imma fil-fatt nafu x’ħallew: qgħad li kien qed jgħolli rasu, entitajiet u korporazzjonijiet f ’xifer il-falliment u theddida għassaħħa ekonomika u bankarja tal-pajjiż. U allura, kif nistgħu ngħidu li dawn ir-riżultati huma attribwiti għallGvern preċedenti jew li ġew b’kumbinazzjoni? Biżżejjed naraw li fil-qasam tax-xogħol, f ’Diċembru pajjiżna rreġistra rata ta’ qgħad ta’ 5.1%; ittieni l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-UE wara l-Ġermanja u r-Repubblika Ċeka, li kellhom l-inqas rata b’4.5%. Qed ikollna żieda ta’ 18-il impjieg kuljum li jfisser tliet darbiet aktar tar-rata ta’ xogħol li kien jinħoloq kuljum taħt il-PN fil-Gvern. F’ħames snin bil-PN fil-Gvern inħolqu ftit aktar minn 11,000 impjieg, meta f ’sentejn bil-PL fil-Gvern diġà nħolqu kważi 17,000 impjieg – kważi 6,000 impjieg aktar milli nħolqu bejn l-2008 u l-2013. Jekk inħarsu lejn it-turiżmu mil-latt l-ieħor, jiġifieri ta’ Maltin li jsiefru barra minn Malta, naraw li skont l-aħħar ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika aktar minn 428,000 residenti Maltin siefru fl-2015. Dan fisser żieda ta’ 9.6% fuq dak reġistrat fl2014. Il-Maltin li siefru s-sena l-oħra qattgħu mat-3.27 miljun lejl u, aktar minn hekk, nefqu €422.7 miljun. Dan ifisser żieda fin-nefqa turistika talMaltin barra minn Malta ta’ 9% aktar mill-2014.

Naturalment, pajjiż meqrud b’poplu mdejjaq u mejjet bilguħ mhux suppost jirreġistra żieda f ’persuni residenti li jsiefru u, aktar minn hekk, żieda fil-flus li jonfqu meta jsiefru. Din hija turija ċara li l-purchasing power fil-pajjiż kiber, li l-poplu għandu aktar flus filbut u għalhekk il-poplu qed jonfoq aktar. Qed jonfoq aktar, però, f ’oġġetti u servizzi ta’ divertiment u saħansitra safar u btajjel. Dan juri biċ-ċar li dan il-Gvern qed jirnexxilu jdaħħal aktar kunfidenza fil-poplu, aktar minn dak li ngħidulu l-feel good factor. Aktar minn hekk, dan il-Gvern qed jirnexxilu jtejjeb il-livell tal-għajxien talpoplu Malti u Għawdxi. PN – il-Partit tan-Nies Tassew joqogħdilhom dan l-islogan, u nasal li naqbel magħhom. Tassew il-PN huwa partit tan-nies, u kif. Mhux bilfors partit tan-nies jekk moħħu fin-nies, moħħu biex jilħaq salib l-individwu, u jistaqsu fuq persuni partikolari. Għax issa li m’għadhomx fil-Gvern xejn m’għadu sew, kollox jinten, kollox korrot, kollox mafjuż. L-ingaġġ ta’ persons of trust m’għadux eżerċizzju li jnissel fiduċja fil-poplu, qalulna. Donnu fi żmienhom kollox kien jimxi fuq ir-rubini; sew liġijiet, sew proċeduri kif isiru l-ħatriet u l-ingaġġi. Imma issa donnu xejn m’għadu sew. Il-Gvern Laburista m’għandux id-dritt li jaħtar u li jingaġġa. Għax m’għadhomx fil-poter irregolamenti jridu jinbidlu,

għax mhux sew li Gvern Laburista jkollu l-mandat li jaħtar, li jingaġġa persons of trust, u saħansitra lanqas għandu dritt jiggverna għax donnu dan hu dritt divin tal-PN. Il-PN biss kapaċi jagħżlu persons of trust superstars u kompetenti. Li jagħżel Gvern Laburista huma basal, moħħhom ta’ piżella u inkompetenti. Awguri lill-Ministru Konrad Mizzi Fl-artiklu preċedenti awgurajt u rringrazzjajt lil Dr Toni Abela li hu Deputat Mexxej denju u ta’ sapport u ħidma liema bħalha. Fil-kitba tiegħi tal-lum ma nistax ma nawgurax lill-Ministru Konrad Mizzi tannomina tiegħu għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet talPartit. Bħala membru flEżekuttiv tal-PL u bħala membru fit-tim tal-kordinaturi fl-Uffiċċju tal-Kordinament tal-Kumitati Lokali, inħares ’il quddiem sabiex, kif ħdimt b’ħerqa ma Dr Toni Abela u taħt il-gwida tiegħu, blistess ħeġġa u saħħa naħdmu flimkien ma’ Dr Mizzi sabiex nassiguraw li dan il-Partit ikompli jagħmel suċċess filGvern u jerġa’ jiġi kkonfermat b’qawwa kbira biex ikompli jmexxi lil dan il-pajjiz fil-ġid u fis-serħan tal-moħħ. Nemmen fil-kredenzjali tal-Ministru Konrad Mizzi li diġà wriena xi jsarraf, li kapaċi jittrażmetti fil-kollegi ta’ madwaru sens ta’ enerġija pożittiva u ħeġġa sabiex jintlaħqu għanijiet li forsi jidhru xi ftit iebsa imma b’ħidma kontinwa u kollettiva

dawn l-għanijiet jintlaħqu b’suċċess kbir. Għalhekk kburija li nagħmel parti minn dan il-Partit għax huwa partit li l-eżerċitar taddemokrazija hija tant naturali fih. Huwa partit li, minkejja li l-ubbidjenza għandha tkun element ewlieni fil-ħidma fi ħdan partit, madankollu jagħtik l-ispazju kollu li taħdem bil-libertà u tesprimi l-opinjoni tiegħek fid-diversi fora, taqsimiet u fergħat li jagħmlu parti minn dan il-Partit. IlPrim Ministru, fl-indirizz tiegħu lid-delegati tal-Partit waqt il-ftuħ tal-Konferenza Ġenerali Straordinarja li sar ftit jiem ilu, qal: “Dan il-Partit qatt mhu se jitlaq il-valuri tas-Socjaliżmu Demokratiku. Il-valuri jibqgħu l-istess. Ilmetodi biss jinbidlu.” U għalhekk, bħala delegata ta’ dan il-Partit, fil-25 ta’ Frar bla ebda dubju sejra nitfa’ l-vot ta’ fiduċja tiegħi għallMinistru Konrad Mizzi għax nemmen fl-għanijiet tiegħu li dan il-Partit kbir li qiegħed f ’nofs leġiżlatura jmexxi dan il-pajjiż b’mandat massiċċ mill-elettorat, għandu wkoll ikompli jissaħħaħ u jiġġedded, għandu jafferma l-kuntatt malgrassroots u l-kumitati lokali, għandu jwassal il-messaġġ u ħidmet il-Gvern għand l-elettorat b’mod effiċjenti u innovattiv. Dan għamilna l-għażla naturali mal-elettorat tliet snin ilu. Dan għandu jkompli jkun is-sors ewlieni biex nibqgħu nkunu l-għażla naturali ta’ firxa aktar wiesgħa u b’hekk niggarantixxu li l-Partit Laburista, mhux biss jerġa’ jingħata mandat ieħor sentejn oħra, imma l-mandat jerġa’ jiġi kkonfermat minn maġġoranza kbira tal-elettorat. Nagħlaq bi frażi oħra tant sinifikattiva li qal il-Prim Ministru fl-istess Konferenza Ġenerali Straordinarja: “Immaġina kemm imxejna ’l quddiem f ’dawn is-sentejn u nofs…din hi Malta ġdida…u, biex ikompli jkollna Malta ġdida, jeħtieġ li jkollna Partit Laburista fil-Gvern li jkompli jiġġedded.”


12 21|02|2016

kullħadd.com

OPINJONI

L-ISFIDI REALI TAL-UNJONI EWROPEA Miriam Dalli Membru Parlamentari Ewropew

Bħala kontinent Ewropew ma jistax ikun li l-Unjoni Ewropea titwaqqaf milli timxi ’l quddiem

Fis-summit tal-Prim Ministri Ewropej li sar fi Brussell flaħħar jiem, il-konsegwenzi ta’ dak li ġie diskuss kien ferm usa’ mis-suġġetti li kienu fuq l-aġenda tad-diskussjoni. Fost is-suġġetti ewlenin diskussa kien hemm il-famuża Brexit, jiġifieri t-talbiet li qiegħed jagħmel il-Prim Ministru Ingliż David Cameron biex imur quddiem il-poplu tal-Ingilterra ħalli jkun il-poplu li jiddeċiedi jekk iridx li r-Renju Unit jibqa’ fl-Unjoni Ewropea jew le abbażi ta’ dak li jkun innegozja Cameron. Id-deċiżjoni li jrid jieħu l-poplu Ingliż dwar jekk iridx li pajjiżu jibqa’ flUnjoni Ewropea jew le, jiġifieri l-famuża Brexit – ilkelma li qed tintuża biex issir referenza għal dan l-isfond kollu – bħalissa qiegħda kontinwament preżenti fiddiskussjoni politika Ingliża imma anke’ f ’diversi pajjiżi oħra. Fl-elezzjoni ġenerali tal2015, il-manifest elettorali talpartit Konservattiv Ingliż ta’ Cameron wiegħed negozjati mal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb li jkunu diskussa bidliet malUnjoni Ewropea li fuqhom imbagħad il-poplu jivvota. Cameron iffoka fuq erba’ punti. Sovranità sħiħa tarRenju Unit u ’l bogħod minn konverġenza Ewropea. Tisħiħ tal-kompetittvità tarRenju Unit permezz tas-suq

BIDLA

Georvin Bugeja Uffiċjal Informazzjoni FŻL

Wara tliet snin fil-Gvern, bl-isfidi kollha, il-Partit Laburista għadu qed iwassal messaġġ pożittiv

Matul is-snin li għaddew smajna ħafna l-kelma ‘bidla’. Fl-2013 il-poplu Malti kien imwiegħed bidla fit-tmexxija ta’ pajjiżna li kellha ssarraf f ’ħajja aħjar għallpoplu Malti u Għawdxi kollu, lil hinn mill-ilwien politiċi. Matul din l-ewwel nofs tal-leġiżlatura ta’ Gvern Laburista rajna diversi riformi jiddaħħlu fisseħħ; liema riformi rrifflettew bidliet fil-mentalità tal-Maltin. Fost l-oħrajn illum il-ġurnata l-poplu biddel il-ħsieb tiegħu ta’ kif iħares lejn persuni b’diżabbiltà u sar aktar inklussiv fil-konfront tan-nisa fid-dinja tax-xogħol. Apparti minn dan, il-Maltin biddlu fehemthom wkoll dwar il-persuni LGBTIQ; sar aktar inklussiv u b’mentalità aktar miftuħa li tagħmilna fuq quddiem fost il-pajjiżi Ewropej. Il-familji Maltin biddlu ħsibijiethom li l-kontijiet taddawl u tal-ilma fil-verità jistgħu jorħsu, għall-kuntrarju ta’ kif kien jgħid il-Partit Nazzjonalista li l-familji tagħna jridu jidraw kontijiet għoljin. Dan il-Gvern biddel u ta tama liż-żgħażagħ li ma jħossuhomx li huma kapaċi biżżejjed għall-akkademja u tahom possibbiltà sabiex ikunu fit-taħriġ jew fix-xogħol permezz tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

waħdieni komplut. Li jnaqqas il-ħaddiema minn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea billi ma jagħtihomx benefiċċji u housing soċjali, u li l-ewro ma tibqax titqies bħala l-munita waħdenija tal-Unjoni Ewropea. Għalkemm fil-bidu deher li kien hemm possibbilà ta’ diskussjoni ġġebbdet għal sigħat ferm itwal minn dak li kien maħsub. Din id-diskussjoni dwar ir-Renju Unit fir-realtà iżda mhijiex limitata biss għal jekk ikunux akkomodati ittalbiet tar-Renju Unit jew le, imma tiftaħ diksussjoni sħiħa dwar dawk il-pajjiżi flUnjoni Ewropea li jridu aktar konverġenza u allura aktar Ewropa, u dawk il-pajjiżi li jridu sovranità akbar, jew anqas Ewropa. Naqbel ma dawk li analizzaw is-summit ta’ dawn il-ġranet bħala wieħed li qiegħed juri li l-Ewropa ma tistax tibqa’ taħseb li meta jkun hemm problema se ssolviha billi sempliċiment titfa’ l-flus jew toqgħod tipposponi biex toħrog b’soluzzjoni. Sfortunatament, f ’ħafna summits u fuq ħafna kwistjonijiet, bħal pereżempju fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni, ħafna drabi d-deċiżjoni kienet li s-soluzzjoni tiġi posposta. Nemmen li bis-sitwazzjoni kif inhi bħalissa, anke bittheddida li teżisti fuq l-għeluq

tal-fruntieri ta’ ħafna pajjiżi, il-mexxejja tal-pajjiżi talUnjoni Ewropea ma jistgħux jibqgħu jipposponu milli jieħdu deċiżjoni imma jridu jiddeċiedu malajr. Issib soluzzjoni għassitwazzjoni kollha kif inhi mhux sempliċi. Nemmen li hemm żewġ kunċetti li l-Unjoni Ewropea tista’ taħdem fuqhom biex tbiddel l-affarijiet. L-Unjoni Ewropea hemm bżonn li tkun aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini tagħha u taħdem b’tali mod li n-nies jifhmu bl-eżatt x’inhu jiġri. Sfortunatament, il-mod kif taħdem l-Unjoni Ewropea huwa burokratiku ħafna u kkumplikat għal ħafna nies. Il-Parlament Ewropew huwa listituzzjoni Ewropea li għalih in-nies jivvutaw direttament, għalkemm tajjeb wieħed jenfasizza wkoll li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea magħmul mill-mexxejja tal-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea wkoll huwa rappreżentattiv tal-mod kif in-nies jivvutaw flelezzjonijiet ġenerali tal-pajjiżi tagħhom. Huwa meħtieg li l-kwistjonijiet Ewropej jaslu aktar fil-ħajja ta’ kuljum taċċittadini tagħna billi jkunu jafu x’qed jiġi diskuss u x’differenza jista’ jagħmel fil-ħajja tagħhom. F’dan ir-rigward, u allura hawnhekk huwa t-tieni punt, huwa meħtieġ li jkun

hemm konsultazzjoni akbar maċ-ċittadini Ewropej biex verament id-deċiżjonijiet li jittieħdu u l-policies li jiġu mfassla jkunu jirriflettu l-ħtiġijiet tal-poplu tagħna. Ma jagħmilx sens li l-policies, b’mod partikolari dawk l-aktar li jistgħu jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies, jiġu mgħaġġla b’detriment għall-kwalità talħajja tan-nies. Bħala kontinent Ewropew ma jistax ikun li l-Unjoni Ewropea titwaqqaf milli timxi ’l quddiem, partikolarment meta hemm kontinenti oħra li qed jgħaġġlu ferm aktar minna fl-iżvilupp u l-kompetittività tagħhom. Fiċ-ċirkustanzi li qegħdin fihom illum neħtiegu Unjoni Ewropea li mhux ixxekkel imma li tippromovi u tgħin lis-setturi ekonomiċi ewlenin ta’ kull pajjiż ħalli kull pajjiż ikollu l-opportunità jkabbar l-ekonomija tiegħu b’tali mod li l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi tkabbar l-ekonomija tagħha. Unjoni Ewropea fejn tibda tattwa aktar milli tibqa’ tipprietka s-solidarjetà, u mhux f ’affarijiet finanzjarji biss imma anke fuq il-kwistjoni tal-immigrazzjoni. Hemm bżonn ta’ bilanċ fejn l-interess taċ-ċittadini jkun l-ewwel prijorità għax, wara kollox, jekk in-nies ma jimxux ’il quddiem u jaqgħu lura, se tkun l-Ewropa kollha kemm hi li taqa’ lura.

b’hekk tkun qed tonqos irrata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ bir-riżultat li anqas żgħażagħ ikunu qed jiddependu fuq l-istat għall-għajxien tagħhom filwaqt li jiżdiedu ż-żgħażagħ li jesploraw l-abbiltajiet tagħhom u jikkontribwixxu għallekonomija Maltija. Iżda sabiex il-poplu Malti seta’ jħoss li l-bidla għal Malta kellha titwettaq mill-Partit Laburista għax fehem li l-Partit Laburista kellu pjan ċar ta’ fejn irid iwassal lil Malta fis-snin li ġejjin, ix-xogħol beda minn ħafna qabel. Mill-2008 il-Partit Laburista beda juri sens ta’ bidla b’mod intern. Biddel l-istrutturi tiegħu u ġedded l-istatut sabiex għamlu aktar rilevanti kif ukoll immodernizza l-policies tiegħu sabiex seta’ jibda jkun il-vuċi talpoplu kollu. Apparti minn dan il-Partit Laburista fetaħ il-bibien tiegħu u żviluppa f ’moviment. Din kienet ir-riċetta li kkonvinċiet lill-poplu Malti li l-għażla naturali tagħhom kellha tkun il-Partit Laburista. Wara tliet snin fil-Gvern, blisfidi kollha, il-Partit Laburista għadu qed iwassal messaġġ pożittiv. Qiegħed ikompli jbiddel fl-istrutturi interni tiegħu u qed jagħmel l-almu tiegħu

biex jibqa’ jkun l-għażla naturali tal-poplu Malti, partikolarment taż-żgħażagħ Maltin. Ma jfissirx li r-riċetta li ntużat fis-snin li għaddew trid tkun ir-riċetta għas-snin li ġejjin. Hemm bżonn ta’ impenn sħiħ fejn il-Partit Laburista jifhem fiex kien qed jonqos matul dawn is-snin li kien fdat bit-tmexxija tal-pajjiż, sabiex ikun jista’ jirranġahom. Għaldaqstant, nemmen li l-idea li d-Deputat Mexxej il-ġdid għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, mil-Laqgħa Ġenerali Straordinarja ta’ Frar 2016, jista’ jkun ukoll deputat parlamentari. In-nomina ta’ Konrad Mizzi tfisser li se toffri opportunità ġdida biex il-Partit Laburista; bħala istituzzjoni politika, ikun jista’ jerġa’ jirranka fil-ħidma tiegħu u jsaħħaħ ilmessaġġ politiku tiegħu, filwaqt li jagħmel ukoll pressjoni fuq ilGvern li jwettaq dak li wiegħed fl-elezzjoni ġenerali tal-2013. Nemmen li Konrad Mizzi, bħalma għamel fil-portafoll ministerjali tiegħu, se jkun qed jagħmel l-istess fil-Partit Laburista: jintroduċi enerġija ġdida u determinazzjoni sabiex il-Partit Laburista jerġa’ jkun millġdid l-għażla naturali tal-Maltin u l-Għawdxin; dan f ’sinerġija

mat-tmexxija ta’ Joseph Muscat li wera biċ-ċar li hu politiku li jżomm kelmtu filwaqt li ma jiddejjaqx jieħu deċiżjonijiet u stands li mhux dejjem ikunu jdoqqu lill-maġġoranza. Il-Forum Żgħażagħ Laburisti wkoll se jkompli l-proċess ta’ tiġdid li beda lejn l-aħħar tal-2014 fil-Laqgħa Ġenerali Annwali bit-tema ‘Inkomplu Niġġeddu’. Se nkomplu naħdmu biex nibqgħu nkunu l-vuċi taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, filwaqt li nibqgħu nwasslu l-messaġġ li d-dar naturali għalina ż-żgħażagħ hija l-Partit Laburista. Għallkuntrarju ta’ dak li ġara fil-passat meta l-fergħa taż-żgħażagħ fi ħdan il-Partit li jkun fil-Gvern tieqaf u terġa’ tibda topera ftit xhur qabel elezzjoni ġenerali oħra, aħna bqajna għaddejjin bil-ħidma tagħna minn wara l-elezzjoni ġenerali tal-2013 u se nibqgħu nwasslu l-messaġġ pożittiv. Il-membri tal-FŻL ma jqisu lil ħadd ‘sempliċi’ jew ‘kaboċċa’, anzi naraw il-potenzjal f ’kull żagħżugħ u żagħżugħa ta’ rieda tajba, li lesti li jaħdmu u lesti biex ikunu jistgħu jkomplu jbiddlu lil dan il-pajjiż bħalma għamilna matul dawn it-tliet snin li għaddew.


EDITORJAL

kullħadd.com

21|02|2016 13

www.kullħadd.com agħmel kuntatt magħna

INDIRIZZ POSTALI

ĠURNALISTI

KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717

Ritianne Agius ritianne@kullhadd.com Liam Gauci liam@kullhadd.com Glen Falzon glen@kullhadd.com

SALES U DISTRIBUZZJONI 2090 1410 2090 1413

Alan Saliba

sales@kullhadd.com

2090 1520

Leanne Grech

editorial@kullhadd.com

2090 1411

IMPAĠNAR U DISINN

IL-KNISJA TIFTAĦ IS-SIPARJU TAL-PREĠUDIZZJU Il-Knisja f ’Malta jidher li finalment fetħet is-siparju fuq il-politika tagħha rigward il-persuni

LGBTIQ. Matul dawn l-aħħar snin il-Knisja dejjem bagħtet messaġġi konfliġġenti fil-konfront ta’ orjentazzjonijiet sesswali differenti. Filwaqt li tgħid li tilqagħhom u li dawn għandhom post fi ħdanha, baqgħet issostni li dawn xorta ma setgħux jingħaqdu f ’relazzjoni ma’ persuna oħra. Dan ifisser li, fl-essenza, il-Knisja taċċetta l-persuni LGBTIQ sakemm dawn jiċċaħdu minnhom infushom u mill-imħabba ta’ persuna oħra. Aċċettazzjoni li m’hi aċċettazzjoni xejn. Dan il-preġudizzju ħareġ iktar fid-deher ilbieraħ, meta l-Knisja ppubblikat dokument mimli attakki fil-konfront tal-liġi li mistennija tabolixxi t-terapija tal-konverżjoni. Din it-terapija, li m’għandha l-ebda bażi xjentifika pruvata, għamlet ħsara psikoloġika lil ħafna persuni li ppruvaw jibdlu l-orjentazzjoni tagħhom permezz ta’ din il-proċedura, u timplika li min mhuwiex eterosesswali huwa b’xi mod “marid” u jista’ “jfiq”. Persuna li tkun qed tbati biex taċċetta lilha nnifisha minħabba l-preġudizzju tas-soċjetà u tirrikorri għal din il-konverżjoni, mhux biss ma tingħata l-għajnuna biex tissupera l-mibegħda lejha nnifisha, iżda saħansitra ssib min issaħħilha l-fehma li “mhix normali.” Id-dokument tal-Knisja tkellem dwar il-fatt li din il-liġi se ċċaħħad lill-individwi minn għażla libera li jaċċessaw din il-konverżjoni jekk ikunu jixtiequ. Bl-istess argument il-Knisja għandha tikkampanja favur il-legalizzazzjoni tad-drogi kollha, anki dawk l-iktar li jagħmlu l-ħsara, ħalli b’hekk l-individwi jkollhom aċċess liberu għalihom, anki jekk jinsabu f ’qagħda vulnerabbli. Bl-istess argument ukoll, il-Knisja għandha tikkampanja favur l-ewtanasja, ħalli kull individwu jkollu għażla libera li jtemm ħajtu b’dinjità u jevita li jgħaddi minn tbatija żejda meta jkollu marda terminali.

Forsi jkun hawn min jgħidilna li qed inħalltu l-ħass mal-gass. Jekk qed nagħmlu dan huwa biss għaliex qed nużaw l-istess parametri użati fid-dokument tal-Knisja, li fost oħrajn ħallat l-omosesswalità mal-pedofelija. Id-dokument qal li b’din il-liġi l-professjonisti mhux se jkunu jistgħu jaħdmu mal-pedofeli. Hawnhekk il-Knisja qed tpoġġi l-pedofelija fuq l-istess binarji tal-orjentazzjoni sesswali, meta ż-żewġ affarijiet huma kompletament distinti. Orjentazzjoni sesswali tirreferi biss għal attrazzjoni lejn ġeneru partiko-

lari, u mhux lejn l-età. Id-dokument tal-Knisja qal ukoll li din il-liġi se tiddiskrimina mal-persuni eterosesswali, għax filwaqt li se jkun illegali li tintuża terapija ta’ konverżjoni fuq l-omosesswali, mhu se jkun hemm l-eba liġi simili għall-persuni eterosesswali li jfittxu li jibdlu l-orjentazzjoni tagħhom. Din hija wkoll kompletament skorretta, għax il-liġi ma tagħmel l-ebda distinzjoni bejn l-omosesswalità u l-eterosesswalità, u din it-terapija hu propost li tiġi abolita għal kulħadd.

Intant fi stqarrija tard ilbieraħ il-Gvern qal li d-dokument tal-Knisja kien ibbażat fuq premessi żbaljati li jxekklu l-ugwaljanza u l-libertajiet tal-individwi. Sostna li dan l-abbozz hu mibni fuq il-prinċipji universali tad-drittijiet tal-bniedem u mhu qed jintroduċi ebda kontradizzjoni ma’ liġijiet oħra ta’ Malta. L-MGRM laqtu l-musmar fuq rasu meta ddikkjaraw li dawk li se jintlaqtu ħażin minn din illiġi huma biss dawk li għadhom immexxija mill-preġudizzju u l-injoranza.


14 21|02|2016

kullħadd.com

ITTRI

SEMMA’ LEĦNEK Ibagħtilna ittra biex nippubblikawha fil-gazzetta KullĦadd. Preferibbilment l-ittri jkunu miktuba bil-kompjuter. INDIRIZZ POSTALI KullĦadd Ittri, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. INDIRIZZ ELETTRONIKU editorial@kullhadd. com. Annotaw l-email billi fis-suġġett tiktbu li hija ittra.

ĠRIEDEN FUQ KEMMUNA

MAKTUR TA’ MITT SENA ILU?

Sur Editur, Awtur famuż Taljan li għex daqs mitejn sena ilu kellu frażi li jħobb jgħid: il-politika hija biss palk filwaqt li l-politikanti jirreċtaw. Milli jidher dan ilpersunaġġ ma tantx kien iħobb lill-politikanti u kieku ltaqa’ ma’ Simon Busuttil kien ikollu stmerrija doppja għall-gideb sfrenat li ħareġ minn fommu ġoż-Żejtun dan l-aħħar. Dan bla mistħija ta’ xejn ippreżenta maktur, ovvjament Sur Editur, tan-Nazzjonalisti. Issa jew belagħha sa snienu din talLe, dan mhux xi titlu ta’ xi rumanz li se nikteb, iżda fatt li jaf bih maktur jew inkella kien jaf li se minn xi darba mar jippassiġġa hemm. jqarraq bin-nies u baqa’ għaddej, F’suppliment ta’ ġurnal Kattoliku Ingliż, ġurnalista marret mawra sponsorjata fit-tarf tad-dinja biex wara tikteb fuq l-esperjenza tagħha fi gżira b’riserva naturali fil-Falklands, Georgia tan-Nofsinhar. Irrakkuntat li għal xi żmien kien hemm għasfur endemiku li kien fil-periklu tal-estinsjoni, mhux millkaċċaturi jew nassaba iżda mill-invażjoni ta’ ġrieden li kien hemm li kienu jieklu l-bajd u ż-żgħar fil-bejtiet. Għaldaqstant, madwar erba’ snin ilu ttieħdet l-inizjattiva li jinqerdu l-ġrieden u dan ta nifs biex l-għasfur jerġa’ joktor finnumru. Tgħid hemm xi possibbiltà li ssir kampanja simili għall-qerda tal-ġrieden li invażaw Kemmuna biex f ’din il-gżira jerġgħu jieħdu r-ruħ il-ħlejjaq żgħar li jpassu u jkunu jridu jbejtu hemm.

ferħan ferħan bil-maktur f ’idejh qisu Ġaħan. Il-Partit Laburista, bin-nies intelliġenti li għandu fi ħdanu, malajr induna li l-maktur kien falz għax l-emblema ma setatx tkun magħmula mitt sena ilu. B’hekk ried jixtri l-poplu? B’biċċa maktur? Mela ma jafx dan li il-poplu Malti mhuwiex beċċun lest li jemmnu kollox? Simon Busuttil kompla jgħid li kien se jpoġġih fl-uffiċċju tiegħu biex jiftakar kemm kien hemm Nazzjonalisti warajh. X’se joffri lin-Nazzjonalisti u lill-poplu Malti qatt ma qalilna jew m’għandux pjani. Eh, verament l-ispiżjar milli jkollu

jagħtik, bil-maktur ta’ mitt sena l-poplu Malti la se jiekol u lanqas se joħroġ. Simon Busuttil għandu jħallih mill-imkatar u jara meta jitla’ fil-Gvern x’mezzi għandu biex itejjeb lil Malta avolja nemmen li, f ’dawn is-sentejn u nofs li fadal għal elezzjoni oħra, Joseph Muscat ikun diġà rranġaha lil Malta għax huwa ddeterminat li jġib lil pajjiżna ’il quddiem. Joseph Muscat ma għandu l-ebda maktur, imma naf li f ’qalbu hemm miktub ‘Partit Laburista, partit ma’ qalbi’. VALERIE BORG, IL-BELT VALLETTA

L-GĦAŻLA LI L-ANZJANI JIBQGĦU JGĦIXU F’DARHOM

J. BONNET BALZAN IL-BALLUTA

Sur Editur, Sibt interessanti d-diskors filParlament tat-Tabib Michael Farrugia, il-Ministru għallFamilja, dwar id-differenza fin-nefqa fuq l-anzjani f ’istituzzjonijiet residenzjali differenti. Dawk l-anzjani li huma ospitati fis-swali li kienu ġew riservati għalihom fil-bini ta’ Monte Carmeli, biex tittaffa l-problema ta’ nuqqas ta’ sodod f ’San Vinċenz, l-ispiża għal kull wieħed minnhom

tammonta għal medja ta’ €100, għax hemm persentaġġ tajjeb ta’ infermiera u ħaddiema tas-saħħa għal kull anzjan. Min-naħa l-oħra, dawk l-anzjani li huma ospitati f ’residenzi privati li għandhom kuntratt malGvern jiġu jiswew lillIstat €50 kuljum għax ilpersentaġġ ta’ infermiera u ħaddiema huma inqas. Dan naħseb jafuh dawk kollha li jżuru anzjani f ’dawn ir-residenzi privati għax

ġieli matul il-lejl ikun hemm infermier wieħed (li ġieli jkun barrani u li ma jafx jitkellem bil-Malti) u li jkun inkarigat minn mijiet ta’ anzjani. Għalhekk hija tajba l-aħħar skema li daħħal il-Gvern li qed tħeġġeġ lill-anzjani jew lill- qraba tagħhom biex jibqgħu fil-kumdità ta’ darhom filwaqt li l-Gvern iħallsilhom il-paga ta’ persuna biex tgħinhom. SEREN, IL-MOSTA


TA’ BARRA

kullħadd.com

21|02|2016 15

REFERENDUM FIT-23 TA’ ĠUNJU LIAM GAUCI liam@kullhadd.com Ilbieraħ, il-Prim Ministru Brittaniku David Cameron ħabbar li r-referendum dwar jekk pajjiżu hux se jibqa’ fl-Unjoni Ewropea jew le se jsir fit-23 ta’ Ġunju li ġej. F’dan ir-referendum, il-votanti se jintalbu biex jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar il-konċessjonijiet relatati ma’ numru ta’ setturi li Cameron kiseb wara diversi xhur ta’ negozjati mal-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni. Negozjati intensivi Bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa li għaddew il-kapijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kienu involuti f ’negozjati intensivi hekk kif ressqu l-kontroproposti tagħhom għar-riformi mitlubin millPrim Ministru Brittaniku f ’erba’ setturi prinċipali, jiġifieri l-governanza ekonomika, il-kompetittività, is-sovranità u l-aċċess għall-benefiċċji minn ċittadini ta’ pajjiżi membri oħra li jaħdmu fir-Renju Unit. Oriġinarjament kien previst li l-aħħar fażi ta’ dawn in-negozjati jispiċċaw fid-19 ta’ Frar. Madankollu, matul din il-ġurnata deher ċar li kien hemm punti ċentrali li ma setax jintlaħaq qbil dwarhom. Ewlieni fosthom kien dak tar-restrizzjoni fl-għoti tal-benefiċċji fejn numru ta’

pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa rreżistew l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmi li setgħu jostakolaw l-aċċess għal in-work u out-of-work benefits għal ċittadini ġejjin minn Stati Membri oħra. Din l-oppożizzjoni ma waslitx bħala sorpriża hekk kif bosta mill-barranin, li ta’ kull sena japplikaw għal dawn il-benefiċċji, ġeneralment joriġinaw minn dan ir-reġjun. X’kien miftiehem? Kif semmejna aktar ’il fuq fost is-setturi li ntlaħaq qbil dwarhom kien dak tal-governanza ekonomika. Hawnhekk, l-Istati Membri ftiehmu li ma

jkunx hemm impożizzjonijiet fuq pajjiżi li ma jużawx l-ewro biex jintegraw ruħhom fiż-Żona Ewro, ħlief f ’każ fejn ikun sar ftehim speċifiku f ’dan ir-rigward. Barra minn hekk, ir-Renju Unit kien assigurat li mhuwiex se jkun obbligat jipparteċipa f ’inizjattivi relatati mal-Unjoni Bankarja u bailouts għal membri taż-Żona Ewro. Fejn tidħol il-kompetittività, l-Istati Membri tal-Unjoni qablu mar-Renju Unit li hemm bżonn li tonqos il-burokrazija, u l-ispejjeż li ġġib magħha, biex intrapriżi żgħar u medji jkunu jistgħu joperaw mingħajr xkiel żejjed. Għaldaqstant, huma qablu li jippruvaw in-

aqqsu l-liġijiet żejda u obsoleti. Dan, però, mhux se jsir b’dannu għad-drittijiet tal-konsumaturi, il-ħaddiema, jew il-protezzjoni tas-saħħa u l-ambjent. Punt ieħor ewlieni li kien indirizzat fin-negozjati kien dak tas-sovranità tal-Istati Membri. F’dan ir-rigward kien hemm qbil li mhux se jkun hemm impożizzjonijiet fuq ir-Renju Unit biex jintegra ruħu politikalment fl-Unjoni Ewropea. Referenza speċjali saret ukoll dwar il-fatt li s-sigurtà nazzjonali għadha responsabbiltà tal-istati individwali. Minkejja li dan ma jagħtix iddritt li lill-Istati Membri li ma jimxux fuq il-liġijiet Ewropej, l-istituzzjoni tal-Unjoni huma obbligati li jirrispettaw is-supremazija tal-Istati Membri f ’din l-isfera. L-aħħar u mhux l-inqas, kwistjoni li ntlaħaq kompromess dwarha kienet dik dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema u fuq liema kriterji dawn jikkwalifikaw għall-benefiċċji. Hawnhekk, minkejja li kienu rrikonoxxuti d-drittijiet taċ-ċittadini f ’dan ir-rigward, il-Kunsill Ewropew innota l-fatt li f ’xi każijiet mhumiex biss il-pagi, imma anke l-benefiċċji li jistgħu jkunu sors ta’ attrazzjoni għat-tfittxija ta’ impjieg f ’pajjiż ieħor. Barra minn hekk, kien imfakkar li Artiklu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minkejja li jabolixxi kull forma ta’ diskriminazzjoni fis-settur tax-xogħol,

huwa suġġett għal limitazzjoni marbutin ma’ politika pubblika, kif ukoll ta’ sigurtà u saħħa pubblika. Għaldaqstant, kien iċċarat li l-Istati Membri għandhom id-dritt jieħdu passi biex irażżnu l-benefiċċji għal ċittadini Ewropej li jkunu f ’pajjiż membru ieħor sempliċement biex jisfruttaw is-sistema ta’ benefiċċji tiegħu. Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda wkoll li s-sistema ta’ benefiċċji trid tagħmel sens fir-realtajiet tal-kuntest tas-suq tax-xogħol speċifiku. Pajjiż mifrud Cameron ħabbar li, b’riżultat ta’ dan il-ftehim, huwa jħossu komdu li jħeġġeġ liċ-ċittadini Brittaniċi biex jivvutaw favur it-tkomplija tas-sħubija ta’ pajjiżhom fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, xi wħud mill-figuri ewlenin tal-Partit Konservattiv diġà ħabbru li se jikkampanjaw għall-ħruġ mill-Unjoni, pożizzjoni li kienet bħal dik ta’ madwar 49% tal-pajjiż skont stħarriġ pubbliku li sar ix-xahar li għadda. Dan l-istudju, però, sar qabel il-kompromess li ntlaħaq fi Brussell. Għaldaqstant, irridu nistennew il-jiem li ġejjin biex inkunu nafu eżattament x’impatt kellhom dawn in-negozjati fuq l-opinjoni pubblika. Li huwa ċar f ’dan l-istadju hu l-fatt li d-deċiżjoni li se jieħu r-Renju Unit f ’Ġunju se jkollha riperkussjonijiet fuq l-Unjoni kollha.

L-IMMIGRANTI FIT-TURKIJA…XI DRITTIJIET? RITIANNE AGIUS ritianne@kullhadd.com L-Awstrija huwa l-ewwel pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea li għamel limitu fuq l-ammont ta’ applikazzjonijiet għall-ażil li jiġu aċċettati f ’ġurnata waħda. L-Awstrija mhux se tkun qed taċċetta iktar minn 80 applikazzjoni kuljum; proċedura li bdiet titħaddem minn din ilġimgħa. Id-deċiżjoni tal-Awstrija poġġiet lill-Kummissjoni Ewropea f ’pożizzjoni imbarazzanti, wara li f ’Novembru li għadda din tal-aħħar ippubblikat rapport ta’ kritika fil-konfront tat-Turkija b’rabta mad-drittijiet umani. Dan ir-rapport kien sar bħala parti mill-proċedura biex dan ilpajjiż ikun jista’ jiġi kkunsidrat għall-aċċessjoni fl-Unjoni Ewropea. Rapporti li bdew jiċċirkolaw fil-midja ftit taż-żmien ilu wkoll tefgħu dawl ikrah fuq it-Turkija, meta beda jiġi allegat li dan il-pajjiż kien qed jibgħat lura xi immigranti lejn is-Sirja, u jesponi għal mal-

trattament lill-immigranti li qed jinżammu f ’detenzjoni. It-Turkija kellha tmur fuq id-difiża, u ċaħdet li bagħtet xi immigranti lejn is-Sirja kontra l-volontà tagħhom, u li min intbagħat lura b’dan il-mod kellu rekord kriminali. Issa, wara li t-Turkija kellha tiffaċċja kritika b’rabta ma’

dittijiet umani u t-trattament tal-immigranti, il-Kummissjoni qed tidher li lanqas biss għandha kontroll fuq il-pajjiżi membri tagħha stess fejn jidħlu l-applikazzjonijiet għall-ażil. Minbarra limitu ta’ 80 applikazzjoni kuljum, l-Awstrija imponiet ukoll limitu ta’ 3,200 immigrant li jistgħu jidħlu

fil-pajjiż kuljum. Ħafna minn dawn ikunu jridu biss jaqsmu lejn il-Ġermanja. Il-President Jean Claude Juncker qal li ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-Awstrija, u li kien se jqajjem dan issuġġett mal-Kanċillier Awstrijak. Il-Kummissarju Ewropew għall-Migrazzjoni Dimitris Avramopoulos ukoll qal li din id-deċiżjoni mhijiex kompatibbli mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea li jittrattaw il-migrazzjoni. Madankollu, il-Kanċillier Werner Faymann ma tax indikazzjoni li lest jibdel id-deċiżjoni, u mhuwiex ċar x’għodda legali għandha l-Kummissjoni biex timponi ruħha f ’każ bħal dan. Ironikament din id-deċiżjoni ġiet implimentata nhar il-Ġimgħa, meta l-mexxejja Ewropej iltaqgħu biex jiddiskutu, fost oħrajn, il-ftehim mat-Turkija b’rabta mal-migrazzjoni. Il-laqgħa mal-mexxej Tork Tayip Erdogan, li kienet skedata għal qabel is-summit tal-Ġimgħa, kellha tiġi posposta minħabba splużjoni f ’Ankara. It-Turkija qed tiġi mwiegħda

biljuni ta’ ewro f ’fondi, inqas restrizzjonijiet fuq il-viża, u proċess ta’ aċċessjoni fl-Unjoni iktar mgħaġġel. Min-naħa tagħha t-Turkija qed tintalab tissikka l-fruntieri biex jitnaqqas l-influss ta’ migranti lejn l-Ewropa. Minkejja r-rapport ta’ kundanna fil-konfront tad-drittijiet umani fit-Turkija, il-mexxejja Ewropej qed jagħmlu ħilithom biex iżommu relazzjoni tajba mat-Turkija ħalli din iżżomm għandha kemm tiflaħ immigranti. Fil-fatt qed jingħad li l-pubblikazzjoni tar-rapport kienet posposta biex ma timminax in-negozjati li kienu għaddejjin mat-Turkija. Kemm il-mexxejja Ewropej f ’dan l-istadju jinteressahom mill-kundizzjoni tal-immigranti Sirjani fit-Turkija huwa dibattibbli. Jekk it-Turkija, skont dak li qalet il-Kummissjoni Ewropea stess, mhix kapaċi tirrispetta d-drittijiet umani taċ-ċittadini tagħha, wieħed jista’ jobsor kemm din se tkun f ’pożizzjoni li tirrispetta d-drittijiet umani ta’ eluf kbar ta’ immigranti li qed jidħlu f ’dan il-pajjiż kuljum.


16 21|02|2016

1

kullħadd.com

MINN MADWA

JOĦROĠ IDDIŻAPPUNTAT

Il-mexxejja tal-Istati Membri tal-Association of Southeast Asian Nations (ASEAN) iltaqgħu din il-ġimgħa fl-Istati Uniti għal summit speċjali li fih ipparteċipa l-President Amerikan Barack Obama. L-għan prinċipali ta’ dan is-summit kien it-tisħiħ tal-koperazzjoni kummerċjali u umanitarja bejn il-membri nfushom kif ukoll mal-Istati Uniti. Din tal-aħħar kienet qiegħda wkoll tittama li l-membri tal-ASEAN jagħmlu referenza partikolari għaċ-Ċina speċjalment fir-rigward tal-battibekki territorjali li qamu matul dawn l-aħħar snin fejn iċ-Ċiniżi għamlu tagħhom diversi gżejjer u żoni marittimi kkontestati. Madankollu, ix-xewqa tal-Amerikani waqgħet fuq widnejn torox hekk kif il-membri tal-ASEAN illimitaw ruħhom biss għal dikjarazzjoni vaga dwar koperazzjoni akbar għall-priservazzjoni tal-integrità territorjali.

2

TA’ BARRA

2

1

3

IĦABBTUHA MAL-AWTORITAJIET

3 Il-kumpanija Apple Inc. ħabbtitha mal-awtoritajiet Amerikani hekk kif il-maġistrat federali ordna lill-kumpanija biex tgħin lill-FBI jiħħekkjaw l-iPhone ta’ terrorista li f ’Diċembru li għadda wettaq attakk terroristiku f ’San Bernardino, Kalifornja. Tim Cook, il-Kap Eżekuttiv tal-Apple ma laqax din id-deċiżjoni għax, minkejja li huwa kkundanna l-attakk terroristiku, ma ħassx li għandu jpoġġi l-privatezza tal-konsumaturi f ’riskju bil-ħolqien ta’ programmi li jistgħu jegħlbu s-sistema ta’ siġurtà tal-iPhones. Cook saħaq li l-inġiniera tal-Apple bnew sistema b’saħħitha biex tipproteġi l-prodotti b’sigurtà massima u qal li b’din id-deċiżjoni l-kumpanija ma tkunx tista’ tiggarantixxi li l-programmi l-ġodda ma jintużawx biex isir aċċess tal-prodotti mingħajr l-awtorizzazzjoni tas-sidien tal-iPhones.

BATTALJA IEBSA Il-mewt tal-Imħallef Antonin Scalia, membru tal-Qorti Suprema Amerikana, tat bidu għal battalja politika iebsa fl-Istati Uniti. Il-President Obama qiegħed jara opportunità biex jinnomina mħallef liberali biex ixaqleb lil din l-istituzzjoni aktar lejn ix-xellug politika b’kuntrast ma’ dawn l-aħħar snin fejn il-maġġoranza tal-membri, inkluż Scalia, kienu konservattivi. Kif wieħed jistenna, però, Obama qiegħed isib reżistenza kbira min-naħa tal-Partit Repubblikan li jixtieq li l-Qorti Suprema tibqa’ b’maġġoranza konservattiva hekk kif din l-istituzzjoni għandha s-saħħa li timblokka l-liġijiet liberali li kkaratterizzaw il-presidenza Demokratika attwali. Ir-Repubblikani għandhom ċans tajjeb li jostakolaw ix-xewqa ta’ Obama għax il-President għandu bżonn l-appoġġ tas-Senat Repubblikan biex in-nomina tkun ikkonfermata.


TA’ BARRA

kullħadd.com

AR ID-DINJA 6

4

6

NUQQAS TA’ QBIL

Din il-ġimgħa l-ministri tal-pajjiżi membri fl-Organization of the Petroleum Exporting Countries (OPEC) iltaqgħu biex jiddibattu l-possibbiltà tal-iffriżar tal-produzzjoni taż-żejt biex jgħollu l-prezz taż-żejt. Iżda l-Ministru għaż-Żejt Iranjan Bijan Zanganeh, esprima l-fehma li l-iffriżar tal-produzzjoni mhix biżżejjed biex jintlaħaq dan l-għan hekk kif sostna li hemm bżonn li l-ewwel jintuża ż-żejt li diġà ġie ppumpjat qabel ma jsir il-ftehim dwar il-kontroll tal-produzzjoni. Min-naħa tagħhom, rappreżentanti tal-Qatar, l-Iraq u l-Veneżwela ltaqgħu mal-Iran biex jikkonvinċuha tipparteċipa f ’dan il-pjan li jinkludi fih anke l-Arabja Sawdija u r-Russja. Dan huwa l-ewwel patt li ġie maqbul bejn membru tal-OPEC u pajjiż li mhux membru fl-OPEC fl-aħħar 15-il sena.

5

5

4

21|02|2016 17

VJOLENZA FL-UGANDA

ATTAKK SUWIĊIDA Nhar l-Erbgħa li għadda, fil-belt kapitali tat-Turkija, Ankara, seħħ attakk terroristiku li ħalla 28 persuna mejta, li 26 minnhom kienu suldati tal-armata Torka, u 61 persuna oħra midruba. L-attakk ta’ din il-ġimgħa kien it-tieni wieħed għal din is-sena fit-Turkija wara li f ’Jannar li għadda minn tal-inqas 10 persuni nqatlu f ’attakk suwiċida f ’Istanbul. Il-Prim Ministru Tork, Ahmet Davutoglu, tefa’ l-ħtija tal-attakk fuq il-Kurdi Sirjani li għandom rabta mal-grupp militanti YPG, minkejja li dawn ċaħdu l-involviment tagħhom fl-attakk. Disa’ persuni relatati mal-każ ġew arrestati. Davutoglu wissa lill-Istati Uniti flimkien ma’ alleati oħra tat-Turkija sabiex iwaqqfu l-koperazzjoni tagħhom mal-YPG fis-Sirja u jiddikjarawhom bħala grupp terroristiku.

L-elezzjoni ġenerali tal-Uganda li saret nhar il-Ħamis li għadda kienet imtappna bi vjolenza kbira bejn sostenituri tal-Gvern u dawk tal-Oppożizzjoni hekk kif dawn tal-aħħar akkużaw lill-awtoritajiet bi tbagħbis fil-votazzjoni biex jagħti vantaġġ lill-President attwali Yoweri Museveni. Min-naħa tiegħu, Museveni, illi ħa l-kontroll tal-pajjiż fl1986 permezz ta’ kolp ta’ stat, ċaħad dawn l-allegazzjonijiet. Madankollu, diversi miżuri rippressivi, fosthom ordni biex tiġi mblukkata l-midja soċjali matul il-votazzjoni, ħolqu dubji kbar dwar il-wegħda tiegħu li jħalli l-elezzjoni ssir fuq binarji demokratiċi. Fl-aħħar elezzjoni presidenzjali, dik tal-2011, Museveni kien ingħata l-appoġġ ta’ madwar 68% tal-votanti fi proċess elettorali li kien ikkritikat mill-komunità internazzjonali.


18 21|02|2016

kullħadd.com

MILL-ISTORJA

‘IL-PRINĊEP’ LI WASAL Kitba ta’ JOSEPH SCICLUNA

Il-Vapur Lise Nielsen Fil-Bidu

Nisthajjilkom tgħidu: mela dan il-prinċep ma kienx mistieden li jiġi f ’pajjiżna? Jew allura ma kinux jafu bih, li kellu jinżel f ’Malta ? Li ġara hu li dan kien telaq mill-belt ta’ Londra u bla ma ried kellu jieqaf fil-gżira tagħna. Ma ridtx inħallikom bilkurżità sal-aħħar. Irrid għalhekk nibda l-istorja tallum u ngħidlkom min kien dan ‘Il-Prinċep’ u kif spiċċa jidħol fil-Port il-Kbir. Kien il-jum tas-17 u sbieħ it-18 ta’ Frar tassena 1974 meta l-awtoritajiet ġew mgħarrfa li vapur li kien qiegħed ibaħħar viċin Malta kellu ħsara fil-magna u kien tilef il-kontroll tat-tmun. Kien qiegħed jitħabbat mal-mewġ, u l-kaptan talab l-għajnuna. Kulma jmur il-bastiment kien qiegħed joqrob lejn il-port. Jitħabat mal-ħalel tal-baħar, u bla kontroll, il-vapur spiċċa jitkaxkar mal-blat baxx u nkalja. Il-vapur jiddaħħal fil-port

Fl-1974 Jiddaħħal F’ras Ħanżir

Naturalment ġew imsejħa l-Forzi Armati u minnufih inbeda pjan biex jaraw kif se jniżżlu l-ekwipaġġ u jippruvaw jaqilgħu il-vapur minn malblat. Il-vapur kien inkalja ma’ sikka ftit ’il barra mill-Port il-Kbir u nqaleb fuq il-ġenb tiegħu. B’hekk ittieħdet iddeċiżjoni li jinaqala’, jiddaħħal fil-port u jinġibed ’il ġewwa għall-post magħruf bħala Ras Ħanżir. Il-bastiment bl-isem Lise Nielsen ġie varat f ’Settembru tas-sena 1969 minn Gebrudder Van Diepen, u rreġistrat taħt il-bandiera tad-Danimarka. Kien vapur tat-tagħbija, b’magna li taħdem bid-diżil. Kien jiżen madwar 1400 tunellata, b’tul ta’ 263 pied u wisa’ ta’ 39 pied. Snin wara, f ’Jannar tas-sena 1974, il-bastiment ġie mikri lillkumpanija Prince li bidlitlu l-isem għal Tudor Prince. Il-linja tal-vapuri Prince Il-linja tal-vapuri Prince taf isimha lil James Knott, li twieled fil-31 ta’ Jannar 1855, fl-Ingilterra. Missieru, Matthew, kien ibigħ il-ħaxix u aktar tard kabbar in-negozju u beda jbigħ il-birra u l-ispirti. Fletà ta’ 14-il sena t-tfajjel James daħal jaħdem ma’ kumpanija tal-vapuri. Fis-sena 1875, meta kellu biss 20 sena, rama għal rasu bħala aġent marittimu fil-kiri u assigurazzjoni talbastimenti. L-ewwel vapur ta’ James Knott

Tudor Prince fit-Tarzna

Fis-sena 1878 huwa xtara

l-ewwel vapur li kien iġorr ilfaħam, għall-prezz ta’ £186. James kien bniedem li ma jaqtax qalbu u beda jħares ’il quddiem biex ikabbar l-intrapriża. F’Lulju tas-sena 1884 waqqaf il-Prince Steam Shipping Company u xtara aktar vapuri. In-negożju beda sejjer tajjeb meta daħal sħab ma kumpanija oħra tal-vapuri, Short Brothers, fil-belt ta’ Sunderland. Kien hawnhekk li James Knott beda jingħata kuntratti kbar u b’hekk il-kumpanija saret rinomata u mfittxija għallkwalità tal-bini tal-vapuri. Wara li biegħ il-bastimenti li kien fadal joperaw filkumpanija, huwa xtara tanker taż-żejt u, flimkien ma’ azjendi oħra, beda jopera servizz tat-trasport tażżejt lejn l-Amerika, u bejn l-Ingilterra u l-Ewropa. Fi ftit żmien estenda s-servizz fil-Mediterran u lejn il-pajjiżi tal- West Indies u dawk talGolf. It-triq tas-suċċess u l-kumpanija Prince Line

Sas-sena 1893, in-negozju kien kiber sew u Knott kien il-proprjetarju ta’ kumpanija bi flotta ta’ sebgħa u erbgħin vapur. Imbagħad, fit-28 ta’ Frar 1895 huwa waqqaf il-kumpanija Prince Line (1895) Ltd, li għadha sal lum tperper il-bandiera li ġġib tliet rixiet bojod fuq sfond aħmar. B’14-il vapur inħareg kapital ta’ £500,000, li dak iż-żmien kienet somma sostanzjali. L-amministrazzjoni marret tmexxi n-negozju fi Triq Dean fi Newcastle, fejn kienu jinsabu l-aqwa ditti kummerċjali flIngilterra. James Knott kien anke avukat u membru parlamentari, u kien meqjus bħala wieħed mill-iġganti ta’ kumpaniji merkantili. Fl-1916 huwa rtira minnegozju wara li tilef liż-żewġ uliedu fil-gwerra, u biegħ ilkumpanija lid-ditta Furness Withy. It-tagħbija tal-vapur tibda tinħatt Ħassejt li kelli nagħti xi tagħrif dwar il-vapur u l-kumpanija Prince Line qabel inkompli nikteb x’ġara wara li l-vapur iddaħħal fil-Port il-Kbir imbagħad meħud Ras Ħanżir. Kienu għaddew ftit aktar minn għaxar xhur meta, fl-4 ta’ Diċembru tal-istess sena, bdiet ħidma biex tinħatt ilmerkanzija, li parti minnha kienet tinsab taħt l-ilma. Tagħbija ġmielha ta’ twapet, kwantità ta’ xorb u spirti, u oġġetti oħra bħal għodod u


MILL-ISTORJA

kullħadd.com

21|02|2016 19

MALTA BLA MISTENNI anke vetturi li kienu ġarrbu ħsara kbira. L-għaddasa tal- Forzi Armati ta’ Malta, suldati, u membri fil-Korp tal-Pijunieri kellhom bicca xogħol biex ċaqalqu u rabtu oġġetti li kienu fil-ħama, biex jittellgħu permezz ta’ krejn mill-istiva tal-vapur. Dawn tpoġġew fuq barkun u ttieħdu fi mħażen fil-post ta’ Mifsud Veranda biex wara jiġu rkantati. Il-bastiment jissemma filParlament Ingliż Sa sitt xhur wara li nkalja l-vapur kien għadu f ’Ras Ħanżir imxaqleb fuq ilġenb tiegħu li kien taħt l-ilma. Il-każ kien saħansitra ssemma f ’waħda mis-seduti tal-Parlament Ingliż. IlMembru Parlamentari talPartit Konservattiv, Marcus Kimball, staqsa lill-Ministru tal-Kummerċ, Clinton Davis, meta t-Tudor Prince kien se jittella’ mill-baħar. Il-Ministru wieġbu li diġà kien hemm min ipprova jsalva l-bastiment, imma dan ma rnexxiex u l-proprjetarji tal-kumpanija ddeċidew li l-vapur jibqa’ fejn kien għax, jekk iċaqilquh seta’ jinżel aktar fl-ilma. Minbarra hekk, l-ispiża kienet se tkun ogħla min kemm jiswew flimkien il-vapur u l-merkanzija. Il-vapuri Tudor Prince li kellha l-kumpanija matul iż-żmien Matul is-snin, il-linja Prince kienet topera b’numru kbir ta’ vapuri. Ħamsa minn dawn kienu jġibu l-isem Tudor Prince. L-ewwel bastiment b’dan l-isem inbena fissena 1884 mid-ditta J. L. Thompson f ’Sunderland, l-Ingilterra. Il-kumpanija bigħetu fis-sena 1902 biex snin wara nxtara minn kumpanija Żvediża li bidlitlu l-isem għal Rostagen. Bejn l-1915 u l-1935 reġgħu nbidlu l-proprjetarji sakemm spiċċa għand G. Roosvee tal- Finlandja li tawh l-isem Tonu. Sal-1944 kien għadu jbaħħar imma, aktarx dik issena stess, skrappjawh. Fis-sena 1903 ħareġ ittieni vapur mit-Tarzna ta’ Sunderland. Bastiment ta’ 4,200 tunellata li beda jbaħħar f ’Jannar talistess sena. Dam għand ilkumpanija Prince sal-1923 meta nbiegħ lil kumpanija ta’ vapuri Griega li tawh l-isem Theodoros Buragris. Ma kellux idum jopera għax, xhur wara, fl-aħħar jum tas-sena, waqt vjaġġ lejn Hamburg il Germanja u jġorr tagħbija ta’ qamħ, beda jmil fuq il-ġenb tiegħu sakemm inqaleb u għereq.

Ftit wara li bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija, il-kumpanija ordnat żewġ vapuri mingħand Smith’s Dockyard Company ta’ Middlesborough. Ilbastimenti Tudor Prince u Norman Prince ġew mibnija fuq l-istess skala. Fit-22 ta’ Lulju 1946, it-Tudor Prince kien għadu kemm salpa meta l-magna ġratilha l-ħsara, kellu jsejjaħ l-għajnuna u ġie rmunkat għal kważi sebgħin mil għall-port ta’ Liverpool. Bħal ta’ qablu, il-bastiment għadda għand ditta Taljana u ssemma Croce Italo. Reġa’ nbiegħ fis-sena 1961 u bl-isem Omello sakemm, f ’Mejju tas-sena 1964, tkisser għall-iskrapp fit-Tarzna f ’La Spezia. Ir-raba’ vapur bl-istess isem Tudor Prince kien varat fl-20 ta’ Diċembru tas-sena 1960. Dan kien jiżen ftit aktar minn 12-il tunnellata u dam ibaħħar mal-kumpanija għal 11-il sena. B’tul ta’ 560 pied u magna li ttella’ 14il knot, ħaditu d-ditta Stolt Nielsen u bidlitlu ismu għal Stolt Tudor. Fis-sena 1975 xtratu l-kumpanija Monitron Shipping Corp li tatu l-isem Stolta. Sentejn wara reġa’ nbiegħ lid-ditta Sicula Partenopea ta’ Palermo fejn reġa’ ingħata l-isem ġdid Stolta Azurra. Il-bastiment għamel żmien jopera mal-kumpanija Taljana Petronavi sakemm fis-17 ta’ Diċembru tas-sena 1987 ġie mkisser fit-Tarzna f ’Gadani Beach fil-Pakistan . X’ġara mill-vapur?

Wara li l-merkanzija tneħħiet minn fuqu, il-bastiment ġie miġbud u ddaħħal fitTarzna. Beda x-xogħol fuqu, sarulu tibdiliet u parti minnu ġiet modifikata. Wara xhur il-vapur tlesta u l-Gvern tah lill- kumpanija Sea Malta fejn ma damx ma beda jagħti servizz bl-isem Bormla. Fl1984 il-vapur għadda għand il-kumpanija Norwegian Trans Shipping fejn ingħata l-isem Cariwood Lilian. Sentejn wara nbidlu s-sidien u, fl-1988, meta beda jopera servizz mal-kumpanija Stadion Marine Co li kienet irreġistrata f ’Malta, issemma Serena. Fl-1989 xtratu idditta Olivine Shipping Co ta’ Cipru u l-bastiment beda jġib l-isem Sandra G. Għaddew biss sentejn meta fis-17 ta’ Lulju 1991, waqt vjaġġ innaħa ta’ Spanja, il-magna ħadet in-nar. Sakemm waslet l-għajnuna l-bastiment sar ħuġġieġa waħda u kellu jinġibed għall-port ta’ Cadiz. Tant ġarrab ħsara li kulma kien baqa’ kien biss ħadid mgħawweġ. Issa ‘Il-Prinċep’ kien miet għalkollox.

Jibda jopera bl-isem Bormla


KALEJDOSKOPJU

20 21|02|2016

kullħadd.com

Fatti miġbura minn

CHARLES B.

SPITERI

ĠRAW BĦAL-LUM

1804: 1852: 1858: 1902: 1919: 1922: 1931: 1943: 1958: 1960: 1972: 1973: 1974: 1975: 1981: 1983: 1987: 1988: 1989: 1991: 1995: 1995: 2001: 2007: 2011: 2012: 2013: 2014: 2014:

L-ewwel ferrovija ta’ Richard Trevithick, tagħmel l-ewwel vjaġġ tagħha f ’Wales. Geoge Bancroft isir l-ewwel President tas-Soċjetà Ġeografika Amerikana. Edwin T. Holmes jinstalla l-ewwel allarm elettriku għal kontra s-serq f ’Boston. Dr Harvey Cushing, l-ewwel speċjalista tal-moħħ, iwettaq l-ewwel operazzjoni tiegħu. Strajk rivoluzzjonarju f ’Barċellona. Il-Gran Brittanja tagħti l-indipendenza lill-Eġittu. Introdotta l-Alka Seltzer. L-Isqfijiet Kattoliċi Olandiżi jipprotestaw kontra l-persekuzzjoni tal-Lhud. L-Eġittu u s-Sirja bħala Repubblika Għarbija Magħquda jaħtru lil Nasser bi President (99.9% tal-voti). Hekk kif Fidel Castro, li jemmen fil-komuniżmu, jitla’ fil-poter, Havana tordna li l-industrija kollha Kubana taqa’ taħt il-kontroll dirett tal-Gvern. Richard Nixon isir l-ewwel President Amerikan li jżur iċ-Ċina. Ajruplani tal-ġlied Iżraeljani jwaqqgħu ajruplan Libjan fuq id-Deżert Sinaj u joqtlu 108 persuni. Il-forzi Iżraeljani jitilqu mill-Punent tas-Swejz. John Mitchell, H. R. Haldeman u John D. Ehrilchman, intriċċati fil-każ Watergate jintbagħtu bejn sentejn u nofs sa tmien snin ħabs fuq akkużi li kkonġuraw u ostakolaw il-ġustizzja. Jinqabad Peter Sutcliffe, magħruf bħala l-Yorkshire Ripper, li qatel 13-il mara. Donald Davis jiġri mil b’lura, f ’sitt minuti u seba’ punt wieħed sekondi. L-armata Sirjana tidħol f ’Bejrut. L-evanġelist televiżiv Jimmy Swaggart jirriżenja millministeru tiegħu wara li jkun żvelat li qed jitlajja ma’ prostituta. Dan hu t-tielet skandlu fost l-evanġelisti, li jinkludu lil Martin Gorman u Rev. Jim Bakker. L-Amerika tkisser ċirku Ċiniż u taqbad rekord ta’ 820 libbra eroina b’valur ta’ $1 biljun L-Unjoni Sovjetika tħabbar li l-Iraq jaqbel mal- proposta biex tintemm il-Gwerra tal-Golf Persjan. L-Istati Uniti tisħaq li l-pjan mhux aċċettabbli. Joe Salter hi l-ewwel pilota mara li ttajjar ajruplan tattip Tornado mal-RAF. Steve Fossett isir l-ewwel persuna li ttir weħidha u taqsam l-Oċean Paċifiku f ’ballun tal-arja. Jitlaq mill- Korea t’Isfel u jillandja f ’Leader, il-Kanada. Ifaqqa’ l-mard tal-ilsien u d-dwiefer fil-qżieqeż Ingliżi. Il-Gvern iwaqqaf l-esportazzjoni tal-laħam, ħalib u annimali mill-pajjiż. Il-Prim Ministru Taljan Romano Prodi jirriżenja. Din ir-riżenja ma tintlaqax mill-President tal-Italja, Giorgio Napolitano. L-Eġittu jerġa’ jiftaħ uħud mill-mużewijiet li ngħalqu waqt il-protesti ċivili, li jwasslu għar-riżenja tal-eks- President Mubarak. Il-pajjiż jittama li jerġa’ jibda jdaħħal il-flus li ntilfu mit-turiżmu hekk kif it- turisti jerġgħu jibdew iżuruh. Il-votanti fil-Jemen imorru jivvutaw fl-elezzjoni presidenzjali, fejn l-uniku kandidat fuq il-karta tal-vot hu l-Viċi President Abd Rabbuh Mansur al-Hadi. 83 persuna jinqatlu u 250 feruti f ’serje ta’ attakki bil- bombi f ’Damasku, is-Sirja. Il-President Amerikan Barack Obama jiltaqa’ mad- Dalai Lama. Fi Kiev, il-pulizija tiftaħ in-nar fuq protestanti. jinqatlu 27 persuna u madwar 570 jisfaw feruti.

KURŻITAJIET

DAWL FUQ STATWETTA RJALI LI MIR-RUSSJA SPIĊĊAT FL-INGILTERRA Figura ta’ ljunfant li kienet ilha għall-wiri 80 sena fil-Palazz ta’ Buckingham, issa nxteħet dawl ġdid fuqha. L-istatwetta nħadmet mid-ditta Fabergé. Caroline de Guitaut, kuratriċi tal-Palazz fittxet għall-oriġini talornament magħmul mill-ivorju u wara battikata sabet li sar midDar Fabergé, li hi magħrufa sew għall-bajd b’ġojjelli estravaganti. Hi ssuspettat li l-istatwetta kienet tixbah lil iljunfant li kien imniżżel fl-inventarju tal-kollezzjoni tal-familja rjali Russa, li kienet inħatfet millBolxevisti wara r-rivoluzzjoni tal-1917. Caroline stqarret: “Kont qed inħares lejn dan l-iljunfant u ħsibt li hu qrib sew taddeskrizzjoni magħmula flinventarju li qrajt b’rabta malkollezzjoni ta’ Fabergé tal-1892, li kellha l-Kzarina. F’qalbi għedt li seta’ kien ukoll l-istess wieħed. Għalhekk indagajt. “Il-bażi tat-torri kien jinqala’ u fuq ġewwa miżbugħ b’lewn aħmar bellusi. Tħassibt x’seta’ jfisser dan kollu. Għalhekk eżaminajt fuq nett tat-torri, fejn hemm għatu u ftaħtu b’attenzjoni kbira. “Fuq in-naħa ta’ ġewwa kien hemm l-arma ta’ Fabergé. Bqajt skantata għax permezz tagħha kkonfermajt dak li ssuspettajt mill-qari,” kompliet tgħid. U l-istorja wara dan l-istatwetta, li bħala qies fiha sitt ċentimetri b’5.5 bi 3.4, għandha storja imprezzabbli bħall-valur tagħha. L-ornament kien

ikkummissjonat mill-Kzar Alessandru III b’sorpriża għal martu, l-Imperatriċi Maria Feodorovna. Inħadem u tqiegħed f ’bajda tad-djamanti – waħda minn 50 bajda li Fabergé ħolqu għall-familja rjali Russa bejn l-1885 u l-1916. Meta l-Kzar Alessandru miet fl-1894, il-kollezzjoni rjali mmensa ntirtet minn ibnu Nikola II, li nqatel firrivoluzzjoni mdemmija ta’ Ottubru 1917 meta l-Bolxevisti ta’ Lenin warrbu lill-familja rjali Russa u ħatfu l-poter.

Għalkemm xejn ma juri kif dan l-iljunfant spiċċa l-Ingilterra, hu maħsub li n-nannu tar-Reġina, ir-Re Ġorġ IV, kisbu fl-1935 mingħand Wartski, neguzjant tal-antikità li kien jispeċjalizza fl-arti ta’ Fabergé u li kellu klijentela rjali. Kieran McCarthy, espert, qal li impossibbli jingħata valur għalliljunfant; l-ewwel nett għax l-oġġett mhux komplut peress li ma għandux il-bajda li tagħlqu fiha ,u t-tieni għax il-fatt li jinsab fil-Kollezzjoni Rjali jagħmlu diffiċli li jinbiegħ.

IMUT L-ITWAL RAĠEL FID-DINJA

Ir-raġel li kien meqjus bħala l-itwal wieħed fid-dinja miet dan l-aħħar wara marda assoċjata mat-tkabbir mgħaġġel tiegħu. Pornchai Saosri, li kien twil 8 piedi u 8 pulzieri miet fl-età ta’ 26 sena fid-dar tal-familja tiegħu, fil-villaġġ ta’ Prasat fit-Tajlandja. Minkejjea li kien meqjus bħala l-itwal bniedem fid-dinja, qatt ma ngħata t-titlu uffiċjali għax, minħabba l-problemi ta’ saħħa li kellu, ma setax iqum dritt bilwieqfa u għalhekk il-qies tiegħu itteħidlu bilqiegħda. Bħalissa t-titlu tal-Guinness World Record jinsab għand Sultan Kosen mit-Turkija, li hu twil 8 piedi u 3 pulzieri. Pornchai, li kien qed ibati ferm minħabba t-tul esaġerat u rari tiegħu, kien qed jiġi ndukrat minn ommu Woen Saosri ta’ 56 sena, missieru Saran ta’ 60 sena u l-proneputija tagħhom ta’ 15-il sena. Ftit jiem qabel miet, Pornchai xtaq li jkollu sodda bħal tal-isptarijiet, li togħla bl-għafsa tal-buttuni u li jkollu biżżejjed flus biex ommu tkun tista’ tħallas id-dejn li kellha.


KUN AF

kullħadd.com

21|02|2016 21

KUN AF

ENERĠIJA BL-ILMA: GĦALIEX QIEGĦDA TIBQA’ MISTURA? Kurżitajiet minn hawn u minn hemm Kitba ta’

SAVIOUR

MAMO

Meta ftit taż-żmien ilu ktibt fuq ġurnal ieħor rigward dan is-suġġett, ġejt ibbumbardjat bl-e-mails u telefonati biex nispjega f ’aktar dettall. Ġejt mitlub minn fejn wieħed jista’ jikseb iktar informazzjoni, jew jistax l-apparat isir hawn Malta. Jekk wieħed imur fuq is-sit tal-internet u jikteb ‘Hho gas generator’jew ‘water4gas’, isib kulma jrid. Vantaġġ għall-ambjent Fis-sena 2006, is-CNN ħareġ bi storja u daħħal lil kulħadd f ’kurżità kbira. Ċertu Denny Klein ivvinta jew ħoloq ċertu gass forma ta’ idroġinu magħruf bħala Aquygin jew HHO Gas. Dan it-tip ta’ gass kien jintuża b’mod sigriet fi żmien l-aħħar gwerra mit-tankijiet u l-ajruplani. Il-vantaġġ li għandu dan il-gass hu li tiffranka bejn 40% u 50% mill-konsum tal-fjuwil, faċli biex tapplikah u ma fihx spejjeż. Fiżżmien li qed ngħixu llum tajjeb wieħed isib kif jista’ jiffranka mill-konsum tal-fjuwil peress li, iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed jogħla l-fjuwil għall-konsumatur. Vantaġġ importanti ieħor li għandu dan il-gass hu li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u li l-vettura ma ddaħħanx, u l-magna taħdem b’aktar effiċjenza, b’inqas ħoss u b’aktar ġibda. Jekk din l-iskoperta tirnexxi, għandha taqleb id-dinja ta’ taħt fuq. Tajjeb li wieħed jinsisti biex dan it-tagħmir jiġi intordott fis-suq forsi nnaqqsu ftit mittniġgis ta’ madwarna.

Kif Taħdem Din it-teknolġija ma tagħmel l-ebda ħsara lill-vettura u lanqas fis-sistema elettronika tal-istess vettura. Bażikament jitpoġġa kontenitur żgħir tal-ħġieġ jew plastik ħdejn il-magna mimli b’litru ilma u ftit baking soda. Hekk kif din it-taħlita tkun imqabbda mal-kurrent tal-batterija (fil-każ tagħna 12 volts)issir azzjoni u jinħoloq gass. Dan il-gass HHO, li jikkonsisti minn żewġ partijiet idroġenu u parti ossiġnu, jiġi mħallat mal-fjuwil eżistenti li jkun hemm fil-karboratur (fl-air intake) B’hekk il-ħarqa fiċ-ċilindru tal-magna tinħaraq mija fil-mija mingħajr l-ebda telf ta’ fjuwil. Konsegwenza ta’ hekk il-magna żżid fis-saħħa u tiffranka l-konsum. Kulma jmur, din is-sistema qiegħda tiġi applikata fuq ħafna vetturi u qiegħda tkun ta’ suċċess. Fl-Amerika jużaw ħafna vetturi ta’ ċilindrata kbira u għalhekk il-biċċa l-kbira qegħdin japplikaw din is-sistema. Hemm ħafna garaxxijiet u ħwienet li jbigħu dan l-apparat komplut bi ftit dollari. Kif tiffranka mill-konsum 1. Dejjem imla t-tank tal-fjuwil f ’ħin li jkun il-frisk: jew filgħodu kmieni jew tard billejl. Il-fjuwil jespandi u jonqos skont it-temperatura. 2. Ħu ħsieb li tnaddaf spiss l-aircleaner, il-filter tal-fju-

wil, l-ispark plugs u l-injectors u ibdel iż-żejt kull 3,000 mil. 3. Ara li t-tajers ikunu minfuħin sew għax, jekk ikunu ftit imniżżlin, il-magna tkun trid iktar saħħa biex tiġbed. 4. Tantx tgħabbi l-vettu-

ra. L-ideali tħalli l-boot u s-seat ta’ wara vojta. 5. Jekk jista’ jkun toqgħodx tirrejżja l-magna għalxejn. Ħalli l-magna taħdem paxxuta. 6. Suq bit-twieqi mtell-

għin (meta jkun possibbli) u neħħi kull ostaklu li jtellef birriħ. Minn juża l-vettura spiss u jsegwi dan it-tagħrif isib li jkun iffranka ammont sostanzjali ta’ fjuwil.


22 21|02|2016

kullħadd.com

MADWARNA

MANUTENZJONI TAD-DJAR QODMA Matul ix-xahar ta’ April il-Kunsill Konsultattiv għallIndustrija tal-Bini (BICC) se jkun qiegħed jorganizza kors ta’ taħriġ dwar il-manutenzjoni tad-djar qodma. Matul dan il-kors l-istudenti jkunu jistgħu jitgħallmu dwar ilħsarat li jiltaqgħu magħhom, il-mod kif dawn id-djar ġew mibnija, ix-xorok u t-travi, kif tagħmel użu aħjar millenerġija, x’tip ta’ pjanti tista tħawwel u s-saħħa u s-sigurtà fid-dar tiegħek. Dan il-kors ta’ taħriġ se jsir għat-tielet darba f ’perjodu ta’ sentejn peress li l-BICC kellhom domanda qawwija għalih. Il-kors se jkun imqassam fuq tmien sezzjonijiet ta’ sagħtejn kull waħda, darbtejn fil-ġimgħa, li jibdew fil-5 ta’ April. Dawn se jsiru fis-sala tal-BICC f ’36, Triq iż-Żekka, il-Belt Valletta. Il-prezz li jkopri l-kors kollu, in-noti u ċertifikat ta’ attendenza hu ta’ €80. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 2247 9300/9 jew ibgħat email lil info.bicc@gov.mt. Il-kors se jsir bil-Malti.

UFFIĊJALI EŻEKUTTIVI TAL-BOV JILQGĦU DELEGAZZJONI MINN SAXO BANK RISPONS POŻITTIV GĦALL-ETRADER+ OFFRUT MINN SAXO BANK JIĠI RREĠISTRAT FL-EWWEL FTIT ĠIMGĦAT

Wara t-tnedija riċenti tal-pjattaforma tan-negozju online ġdida tiegħu, eTrader+ offruta minn Saxo Bank, is-Sur Kenneth Farrugia, Chief Business Development Officer fil-Bank of Valletta, u s-Sur Mark Scicluna, Kap Eżekuttiv għas-Swieq Kapitali, laqgħu lis-Sur Antoine Fontana u lis-Sur Gilles Monat, li huma responsabbli minn Negozju Istituzzjonali fil-Punent tal-Ewropa għal Saxo Bank. Matul il-laqgħat li saru fuq jumejn, iż-żewġ partijiet iddiskutew l-iżvilupp tal-pjattaforma eTrader+ offrut minn Saxo Bank fis-suq lokali. Il-pjattaforma e-Trader+ offruta minn Saxo Bank tnediet fis-suq f ’nofs Diċembru 2015. Ilpjattaforma hija mmirata lejn negozjanti attivi, u hija pjattaforma ferm adattiva li toffri benefiċċji importanti inkluż l-aċċess 24 siegħa kuljum għallprezzijiet tas-suq għal iżjed minn 30,000 titolu, kif ukoll il-possibbiltà li jingħataw ordnijiet f ’ħin reali fuq is-swieq internazzjonali ewlenin kollha. Meta tkellem dwar il-kollaborazzjoni, is-Sur Kenneth Farrugia qal: “Fil-Bank of Valletta aħna impenjati biex nipprovdu lill-klijenti tagħna, kemm

il-konsumatur retail kif ukoll dak istituzzjonali, servizz finanzjarju sħiħ li jinkludi l-ispettru kollu tas-servizzi, minn finanzjament sal-investiment. Ninsabu kuntenti li sseħibna ma’ Saxo Bank li huwa rikonoxxut internazzjonalment li huwa minn ta’ quddiem fl-iżvilupp ta’ teknoloġija tan-negozju. Saxo Bank mhux biss qed iqiegħed il-pjattaforma tiegħu għad-dispożizzjoni tal-klijenti tal-Bank of Valletta, imma wkoll qed iġib miegħu minjiera ta’ għarfien u ħila esperta.” Is-Sur Farrugia qal li l-Bank jinsab kuntent ferm bil-livell ta’ interess li kien irreġistrat s’issa millpjattaforma tal-eTrader+ offruta minn Saxo Bank minn meta ġiet imnedija. Huwa spjega li din l-għodda tagħti iżjed valur lill-pożizzjoni tal-Bank bħala mexxej tal-innovazzjoni fl-industrija tasservizzi finanzjarji. “Aħna impenjati li nkomplu nużaw l-innovazzjoni fit-teknoloġija biex nipprovdu lill-klijenti tagħna bl-iżjed soluzzjonijiet faċli u effettivi għall-ħtiġijiet finanzjarji tagħhom, mhux biss fl-oqsma konvenzjonali tal-finanzjament imma wkoll fl-investimenti. B’dan l-iżvilupp, il-Bank of

Valletta qed jibni fuq il-ħila esperta tal-impjegati tiegħu u ta’ Saxo Bank bħala l-kollaboratur tagħna biex jiżgura l-aqwa servizz possibbli u professjonali għall-klijenti tiegħu.” Gilles Monat ikkonferma l-kummenti tas-Sur Farrugia u qal: “Saxo Bank jinsab ħerqan li jaħdem mal-Bank of Valletta biex niżguraw li s-suq lokali jifhem il-benefiċċji li toffri din il-pjattaforma linnegozjanti attivi. Aħna ninsabu kuntenti ħafna birrelazzjoni ta’ xogħol mat-tim tal-BOV fit-taqsima tas-Swieq Kapitali li magħhom naħdmu mill-qrib ħafna biex niżguraw servizz ta’ kwalità għolja għall-klijenti tal-Bank of Valletta. Sadanittant, qed nippjanaw ukoll li noħolqu iżjed opportunitajiet matul ix-xhur li ġejjin li permezz tagħhom inkunu nistgħu nispjegaw il-benefiċċji li toffri l-pjattaforma lill-klijenti potenzjali.” Għal aktar informazzjoni dwar din il-pjattaforma żur is-siti elettroniċi: stockbroking.com.mt u bov.com. Barra minn hekk, wieħed għandu l-opportunità li jikkuntattja lill-BOV Capital Markets & Institutions fuq 2275 1732.


MADWARNA

kullħadd.com

21|02|2016 23

CD TA’ MARĊI FUNEBRI MILL-BANDA SAN ĠUŻEPP TA’ ĦAL GĦAXAQ Fost ir-repertorju ta’ mużika li għandha l-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq insibu numru sabiħ ta’ marċi funebri li fost l-oħrajn jindaqqu waqt il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li ssir f ’Ħal Għaxaq li bħalissa qiegħda tikber sew fl-organizzazzjoni tagħha. Din is-sena, wara deċiżjoni tal-kumitat u bil-ħidma tal-Kummissjoni Banda fi ħdan din l-Għaqda ġie deċiż li jsir recording ta’ CD ta’ marċi funebri li ngħatat l-isem Salvator Mundi. Dan ir-recording kien ilu ftit mistenni mid-dilettanti ta’ dawn il-marċi fi ħdan l-Għaqda Mużikali San Ġużepp u, għal darb’oħra qegħdin nerġgħu inżommu l-appuntament tagħna biex niżguraw li l-Banda San Ġużepp tibqa’ tiffjorixxi u żżomm il-pass ma’ baned attivi oħra Maltin. F’dan irrecording il-banda tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast direttur tagħha l-Mro. Raymond Fenech. Fl-arkivju mużikali talGħaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq insibu ħafna marċi funebri ta’ kompożituri barranin ta’ fama kbira kif ukoll ta’ dawk lokali li żgur ma jagħmlux għajb lil dawk barranin. Dan ir-recording ta’ marċi funebri huwa l-ħames wieħed tax-xorti tiegħu li qed isir mill-Banda San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq. Din is-CD, li fiha 10 marċi funebri, tiftaħ bil marċ Il Mio Caro Papa, kompożizzjoni tas-surmast direttur ta’ din il-banda, il-Mro. Raymond, flimkien ma’ Hosanna in Excelsis aktar ’il-quddiem li hija wkoll kompożizzjoni tal-istess kompozitur. It-tieni marċ huwa millpinna tal-assistent surmast ta’ din il-banda, il-Mro. Reno Busuttil, In Memoria di Dun Karm Borg, u aktar lura marċ funebri ieħor bl-isem In Memoria Dei Miei Genitori Dawn huma erba’ marċi ġodda u qed jinstemgħu l-ewwel darba f ’din is-CD. F’dan ir-recording, minbarra marċi funebri ġodda, insibu wkoll marċi funebri magħrufin ma’ dawk li jħobbu din l-mużika, fosthom il-marċi funebri Dolore tal- Mro. Giovanni Giumarra, u Mia Madre tasSurmast G. M. Dalli. Insibu marċi oħrajn li s-sbuħija tagħhom tirrifletti dan iż-żmien tar-Randan: La Sollevazione di Cristo ta’ Antonio Oddo, Pianto Eterno tal-Mro. Pasquale Quatrano, u l-marċ funebri popolarissimu Remembranze

ta’ Carlo Garafalo. F’din is-CD nisimgħu wkoll marċ funebri ieħor bl-isem Ah! Si, Versate Lagrime li huwa kompożizzjoni tal-Mro. Salvatore Bonaffini fejn il-ġirien tagħna l-Isqallin ikantaw miegħu waqt ilpurċissjoni tagħhom. Kif qed taraw, din is-CD fiha taħlita ta’ marċi kemm ġodda minn kompożituri Maltin li għandom sehem attiv fil-Banda San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq, kif ukoll marċi ta’ kompożituri barranin imma li huma ferm popolari magħna l-Maltin speċjalment ma’

dawk il-kollezzjonisti u d-dilettanti tal-marċi funebri. It-tnedija tas-CD se ssir nhar is-Sibt 27 ta’ Frar 2016 fis-sede tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq fis-7.00pm, fejn wara jindaqqu marċi minn din is-CD millBanda San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq. Wieħed ikun jista’ jakkwista kopja għallprezz ta’ €12. Kulħadd huwa mistieden jattendi din l-okkażjoni. Jippreżentaw it-tnedija ta’ din is-CD il-preżentaturi Joe Chetcuti, Aaron Zahra u Daniel Vella.

Ritratt: COCKER PHOTOGRAPHY


24 21|02|2016

kullħadd.com

MADWARNA

L-UNIVERSITÀ TA’ MALTA

TIŻVELA L-EWWEL MISSJONI SPAZJALI TAN-NAZZJON

Kważi 50 sena wara li l-Ambaxxatur Malti għan-Nazzjonijiet Uniti Arvid Pardo stabbilixxa l-prinċipju talliġi internazzjonali li tiggverna l-ġuriżdizzjonijiet sopranazzjonali, Malta finalment lesta li tieħu inizjattiva lil hinn mill-fruntiera aħħarija tal-‘wirt komuni tal-bniedem’ – l-Ispazju. B’konformità mal-missjoni tagħha li tressaq lin-nazzjon ’il quddiem nett fid-dinja teknoloġika, l-Università ta’ Malta, b’kollaborazzjoni malUniversità ta’ Birmingham fir-Renju Unit; il-Malta Amateur Radio League (MARL); u l-kumpanija Taljana talAstrodinamika, GAUSS Srl f ’Ruma, qed tippjana l-ewwel missjoni spazjali ta’ Malta. Apparat minjatura 5x5x5 ċm, 250 gramm, magħruf bħala PocketQube pico-satellite, se jiġi varat xi żmien fl-2018 fl-orbita terrestri baxxa sinkronizzata max-xemx (sun-synchronous low earth orbit – LEO) u se jkun użat biex jagħti prova tal-validità ta’ apparat li jittella’ abbord (magħruf l-aktar bħala l-payload). Dan se jistudja l-proprjetajiet ta’ reġjun ijonizzat fl-atmosfera ta’ fuq tad-Dinja (magħruf bħala l-jonosfera). It-tnaqqis tal-qies u l-piż tas-satelliti li qed iseħħ dan l-aħħar għandu l-għan li tiġi minimizzata l-ispiża tal-oġġetti varati fl-ispazju li, minbarra spejjeż fissi, tista’ tilħaq ’il fuq minn €10,000 kull kilogramm f ’xi sitwazzjonijiet. Żvilupp riċenti Il-kollaborazzjoni ġabet flimkien żewġ studenti Maltin postgradwati fl-inġinerija – Darren Cachia f ’Malta

u Jonathan Camilleri, student għallPh.D. fl-Università ta’ Birmingham – li għaqqdu l-isforzi tagħhom u qegħdin jiżviluppaw il-pjattaforma satellitari u l-payload xjentifika rispettivament. Is-Sur Cachia, li l-proġett tiegħu ngħata l-Borża ta’ Studju Endeavour u li huwa parzjalment iffinanzjat milllFond Soċjali Ewropew (ESF) talUnjoni Ewropea, qal: “L-isfida hija li jkun iddisinjat apparat affidabbli li huwa tajjeb biżżejjed biex jittella’ fl-ispazju bl-użu ta’ komponenti li għandhom prezz baxx, disponibbli kummerċjalment, bħal dawk li jinsabu fi smartphones moderni. Tekniki speċjali ta’ software u hardware qed jiġu żviluppati biex jaraw il-punti ta’ saħħa u ta’ dgħufija ta’ komponenti individwali, u jtejbu l-affidabbiltà tal-komputazzjoni, fl-ambjent tal-ispazju, li hu aħrax u mimli radjazzjoni. Permezz ta’ dan l-iżvilupp relattivament riċenti, it-teknoloġija tal-ispazju ssir aktar aċċessibbli għall-istudenti universitarji, u ssir possibbli r-riċerka dwar l-ispazju minn persuni ċivili.” Dan l-ewwel varar se jwitti t-triq għal għadd ikbar ta’ tmien satelliti bħal dawn, li se jkunu mifruxa fuq qasam ġeografiku kbir, u hekk ikopru aħjar il-kundizzjonijiet jonosferiċi varjabbli, li jaffettwaw il-komunikazzjonijiet bir-radju. Il-missjoni mistennija ddum madwar 18-il xahar u tibgħat informazzjoni lura lejn id-Dinja li tkun aċċessibbli għal kull min għandu sett tar-radju amatorjali (ham radio). Biż-żmien, l-informazzjoni se tkun disponibbli biex tippermetti li skejjel u individwi interessati biex ikunu jistgħu

jipparteċipaw bl-użu ta’ apparat mhux għali. Vantaġġi L-inizjattiva tar-riċerka pico-satellite mifruxa fuq numru ta’ snin u mmexxija mill-Inġ. Dr Marc Anthony Azzopardi u l-Inġ. Dr Andrew Sammut, hija l-proġett ewlieni tal-grupp ta’ riċerka fl-Astrijonika (Astrionics Research group – Astrea) mid-Dipartiment talInġinerija tas-Sistemi Elettroniċi (ESE) tal-Università ta’ Malta li se jutilizza investiment Ewropew ERDF ta’ €1 miljun għal tagħmir avvanzat għallbini ta’ prototipi sabiex tiġi żviluppata, manifatturata u ttestjata l-pjattaforma satellitari. L-iżvilupp tal-payload huwa mmexxi mill-Prof. Mathew Angling li jmexxi l-grupp Space Environment and Radio Engineering (Serene) flUniversità ta’ Birmingham. Il-varar x’aktarx se jkun provdut minn Gauss Team Srl. fl-Italja, li ġeneralment ivaraw mill-Baikonur Cosmodrome fil-Kazakhstan. Dr Azzopardi jispjega li “itteknoloġija ta’ satelliti minjatura għandha ġġib diversi vantaġġi uniċi għal Malta billi tittratta problema li ilna niffaċċjaw fejn jidħlu satelliti konvenzjonali li josservaw id-dinja”. Hu żied jgħid: “Sal-lum kellna nagħżlu bejn xbihat mhux frekwenti ta’ kwalità għolja tal-pjaneta, u vidjows f ’ħin attwali b’riżoluzzjoni ferm iżjed baxxa. Kostellazzjonijiet ta’ dawn is-satelliti żgħar ġodda jagħmluha kummerċjalment possibbli li tagħmel it-tnejn, b’mod partikulari fuq

territorju żgħir bħal Malta. Din itteknoloġija għandha applikazzjonijiet importanti fl-immaniġġar tat-traffiku, sorveljanza tal-fruntieri, monitoraġġ ambjentali, għajnuna f ’diżastri u applikazzjonijiet ġodda li qegħdin jitfaċċaw kuljum.” Għerf li jħalli r-riżultati Id-Dekan tal-Fakultà tal-Inġinerija Dr Sammut ikkonkluda: “Hemm ħafna x’wieħed jista’ jikseb minn proġetti ta’ riċerka avvanzata bħal dawn. Minbarra l-benefiċċju dirett li nżommu l-aħjar imħuħ f ’Malta, ħafna mit-teknoloġija li qed tiġi żviluppata tista’ tiġi mill-ewwel applikata biex ittejjeb l-affidabbiltà ta’ sistemi kritiċi għall-ħajja, bħal l-elettronika bijomedika jew dik awtomativa – dan huwa partikolarment rilevanti meta ż-żewġ setturi qed jikbru sew f ’Malta. Dan l-għerf iħalli riżultati li jtejbu u jespandu l-bażi industrijali tagħna.” Matul is-sena li għaddiet, il-Fakultà tal-Inġinerija, permezz tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, stabbiliet ukoll kuntatt mal-European Space Agency biex toffri lill-istudenti tagħha firxa aktar wiesgħa ta’ taħriġ, riċerka u għażliet ta’ karrieri floqsma l-aktar avvanzati tal-Inġinerija. Minbarra hekk, bdew diskussjonijiet mal-Istitut tax-Xjenzi Spazjali u l-Astronomija (ISSA) tal-Università ta’ Malta li eventwalment se tara lillUniversità tiżviluppa l-missjonijiet spazjali xjentifiċi tagħha stess. Għal aktar informazzjoni ibagħtu email lil marc.azzopardi@um.edu.mt


MADWARNA

kullħadd.com

21|02|2016 25

MATER DOLOROSA: TRATTAMENTI TA’ KONSERVAZZJONI PLACIDO ABELA ADOTTAT MINN GASANMAMO WIRJA UNIKA TA’ AFFRESKI FL-ARKIVJU NOTARILI: IN-NUTAR

Sa mit-twaqqif tagħha fl-Imqabba, is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju stabbilixxiet ruħha bħala pilastru tal-volontarjat firraħal. Biss, ftit tas-snin ilu, l-għaqda msemmija bdiet proġett ta’ rikostruzzjoni tas-sede tagħha, li tinsab fil-pjazza ewlenija talImqabba, u l-istat preżenti ta’ żvilupp tas-swali tagħha ispirat lill-Kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdanha sabiex joħloq esibizzjoni oriġinali tal-Ġimgħa l-Kbira: Mater Dolorosa – wirja ta’ xejra unika ta’ affreski kontemporanji, pittura murali miġjuba għall-pubbliku minn talent lokali. L-esibizzjoni ambizzjuża, li b’mod kreattiv se tfakkar id-Duluri ta’ Ommna Marija fil-mixja tal-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu, se tkun miftuħa għall-pubbliku fil-perjodu tal-Ġimgħa Mqaddsa, mis-16 sas-26 ta’ Marzu 2016. Immexxi mis-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju u b’fondi mill-iskema Small Initiatives Support, il-proġett se jinkludi wkoll xogħol minn membri tal-Junior Club b’sapport millKummissjoni Nisa, flimkien ma’ xogħol awdjoviżiv b’sapport mill-Kummissjoni Radju, u fuq kollox għajnuna minn diversi membri żgħażagħ partitarji. L-inawgurazzjoni ta’ din il-wirja se ssir nhar l-Erbgħa 16 ta’ Marzu 2016 b’kunċert ta’ mużika sagra mill-Banda Madonna tal-Ġilju taħt id-direzzjoni tas-surmast tagħha il-Mro Andrew Calleja fil-Kappella San Bażilju, binja medjevali fil-qalba tarraħal, fis-7.00pm. Is-serata se tkun taħt il-patroċinju tal-E.T. Monsinjur Pawl Cremona, Arċisqof Emeritu. Ħinjiet ta’ ftuħ: mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mill-4.00pm sat-8.00pm; is-Sibt u l-Ħadd, mill-10.00am sa 12.00pm u mill-4.00pm sat8.00pm.

Is-sena l-oħra GasanMamo Insurance bdiet kollaborazzjoni mall-Kunsill tar-Riżorsi talArkivju Notarili permezz taliskema Adopt a Notary sabiex issir il-konservazzjoni tal-atti tan-nutar tas-seklu sittax, Placido Abela. Id-donazzjoni ta’ GasanMamo Insurance tammonta għal €16,942 (VAT inkluż) maqsumin fuq tliet snin u hija kruċjali għall-priservazzjoni tal-wirt storiku Malti. L-għażla ta’ dan in-nutar hija sinifikanti, speċjalment fil-kuntest tar-rwol tal-Belt Valletta bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2018 minħabba li l-kuntratti tiegħu jirrelataw mal-pjanijiet għall-bini tal-Belt Valletta. Placido Abela huwa wieħed mill-ewwel u l-aktar nutara importanti fl-Arkivju Notarili. L atti ta’ dan in-nutar imorru lura għas-sena 1557 u sas- sena 1595. Madankollu, erba’ volumi biss irnexxielhom isalvaw. Ilklijentela tan-Nutar Placido Abela kienet tinkludi bosta kavallieri, fosthom il-Gran Mastru de la Valette, kif ukoll il-famuż kursar Romegas, u membri għoljin fil-Knisja bħallIsqof Cubelles. Apparti minn dawn il--kuntratti ta’ bejgħ ta’ skjavi, testmenti, kuntratti ta’ self u xogħol, l-atti tan-Nutar Placido Abela jinkludu kuntratti importanti dwar l-allokazzjoni tal-art fuq l-Għolja Sciberras, li kellha ssir il-Belt Valletta. Latti li huma mill-1596 sal-1578 fihom informazzjoni prezzjuża fuq l-ewwel binjiet, residenti, u ismijiet tat-toroq tal-Belt Valletta u jinkludu wkoll ismijiet importanti bħal Francesco Laparelli u Girolamo Cassar.

Għalhekk, dawn id-dokumenti fihom materjal imprezzabbli speċjalment għall-istudju taliżvilupp urban. Il-manuskritt li kien għall-wiri huwa Volum Numru Tnejn tanNutar Placido Abela. Id- dati ta’ dan huma mill-1569 sal-1576. Dan il-volum fih kuntratti li jappartienu lill-allokazzjoni ta’ proprjetà fil-Belt Valletta. Ilkonservazzjoni fuq dan il-volum hija lesta. Dan it-trattament ta’ konservazzjoni jinkludi diversi intervenzjonijiet. Waħda millproblemi komuni hija l-linka aċiduża li, flimkien mal-umdità, tagħmel ħafna ħsara lill-karta – bħal jifforma s-sadid. Barra minn hekk, xi wħud minn dawn il-volumi qed jingħataw qoxra tal-parċmina ġdida minflok ilqoxra li kienet saret fil-bidu tas seklu għoxrin meta ġew rilegati ħafna manuskritti b’kartun aċiduż li kien qed jagħmel ħsara lill-volumi. L-istandards għoljin

tal-iskema Adopt a Notary huma xhud tas-serjetà tal-Kunsill tarRiżorsi tal-Arkivju Notarili u tal-għan tiegħu li jibdel l-Arkivju Notarili f ’ċentru ta’ eċċellenza ta’ dixxiplini differenti. Julian Mamo, id-Direttur ta’ GasanMamo Insurance, qal: “Permezz tal-inizjattiva Addotta Nutar, li qed tindirizza l-priservazzjoni ta’ dokumenti li jmorru lura għas-seklu sittax, qed nagħtu lura xi ħaġa lill-komunità li naħdmu fiha. Bħala kumpanija dejjem ħadna b’serjetà kbira r-responsabbiltà soċjali u dejjem rajna kif, filwaqt li naħdmu u noffru l-aqwa servizzi lill-klijenti tagħna, ngħinu fil-priservazzjoni tal-istorja tant rikka Maltija. Bħala GasanMamo ninsabu sodisfatti ħafna li l-inizjattiva tagħna ġiet milqugħa tant tajjeb. Aħna kommessi li fis-snin li ġejjin inkomplu nfittxu aktar inizjattivi li jistgħu jkunu ta’ ġid għall-komunitajiet tagħna.”

Kull darba li nirċievi mingħandha tagħmilli ‘!’. Issa dan il-punt esklamattiv jaf ikun wieħed, tnejn, tlieta, u ġieli erbgħa wkoll! Hemm ara, anke jien għamilt ‘!’. Qed ngħixu f ’dinja mimlija kontradizzjonijiet. Fuq naħa waħda tgħidlek biex tkun mingħajr emozzjonijiet, ħa tkun eżatt u eżatta, ħalli ħadd ma jgħid xejn fuqek u ma tiġi qatt interpretat ħażin jew ħażina. Ġieli l-attitudni li dħalna fiha, anke f ’pajjiżna, fejn il-litikar sar il-ħobżna ta’ kuljum, qed tagħmel ħajjitna miżerja. Toqol! Toqol! U toqol! Imbagħad, minnaħa l-oħra, din l-istess dinja tħalli babilonji kbar isiru. U ġieli, fil-liġijiet tagħha, id-dinja dawn iġġibhom b’idejha stess. Taħt l-iskuża li kulħadd għandu d-drittijiet tiegħu! Insomma! Ħawwadni ħa nifhmek! Mela f ’din il-babilonja kollha x’taqbad tagħmel? Turi l-emozzjonijiet tiegħek jew

taħbihom? Minn dejjem kelli ammirazzjoni kbira għal dawk li huma sempliċi, mingħajr ħafna tidwir u logħob ta’ kliem u mossi. Għal dawk li l-Vanġelu jgħid: “Ħenjin dawk li huma safja f ’qalbhom, għax huma jaraw ’l Alla” (Mt 5:8). U ħa ngħidlek, magħhom lil Alla tarah! Kuntrarju għal dawk li, għax jafu jqiegħdu d-diskors imma imbroljuni mill-kbar nett, l-infern magħhom tarah ukoll! Jekk ma jitħajrux jitfgħuk fih ukoll! Is-sempliċi, is-sinċiera, dawk ta’ qalbhom ħanina, avolja dgħajfin, huma l-ippreferuti ta’ Alla. Min jgħid li l-Mulej m’għandux preferenzi ngħidlu li ma jafx x’inhu jgħid! Iftaħ il-Kelma ta’ Alla u ara ta’ xiex ifaħħar Ġesù lill-Missier: “Infaħħrek Missier, sid is-sema u l-art, għax inti dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin” (Mt 11:25). Iċ-ċkejknin ħbieb! Dawk li magħhom tkun taf fejn int. Dawk li jgħidulek x’qed iħossu. Dmugħhom ikun tassew ta’ ferħ jew niket. U mhux talkukkudrilli. Jew ta’ xi Brutu! Dawn in-nies iferrħuni. Għax

meta jibagħtuli xi messaġġ arahom jagħmluli ‘!’. L-‘!’ turi l-emozzjonijiet tagħhom, li ma jibqgħux aktar emozzjonijiet tal-mument ui jgħaddu u jintesew. Bħalma jgħaddu u jintesew is-sħab li jgħaddi bilgzuz minn fuq l-għażiża artna Maltija, imma li jinżlu fir-realtà tal-qalb ħanina, qalb li tagħder, u li ġejja minn realtà fejn fiha m’hemmx liġi. L-imħabba tas-sema. Dik l-imħabba li lillkriminal tbiddlu f ’ħaruf għax jindem minn ħtijietu; u lil min ma jaħfirx, anke jekk skont il-liġi ta’ din id-dinja għandu raġun, tbiddlu f ’ħati quddiem it-tron ġust tal-Missier Ħanin tas-Sema. Meta nirċievi xi messaġġ bil-‘!’ u nkun naf il-persuna, tiskanta kemm it-teknoloġija ma tibqax sempliċiment xi ħaġa mejta, bla ħajja. Drajna nirċievu messaġġi li jagħsruna u jkissruna. Messaġġi ta’ tgħajjir, theddid u inġurji. Messaġġi mimlijin nases tal-infern. Imma dawn il-messaġġi fejn se jwasslu jekk mhux għall-qerda ta’ min jibgħathom? Madankollu, messaġġi mimlijin ħniena u kompassjoni, messaġġi mimlijin sabar u fehma fit-tiġrib, kemm

iġibu fejqan fostna! Mhux l-ewwel darba li persuna tgħidli u tgħidlek: “B’li bgħattli ssolevajtni!” Jaħasra dan jista’ jsir minn kulħadd! Ma rridux għerf. Kulma rridu hu li nitolbu u ninfetħu għall-qalb ħanina ta’ Alla tagħna u rieda soda u umli li twettaq dan il-ġest sabiħ. Kull darba li nsib ma’ wiċċi messaġġi li jikkomunikawli l-imħabba talqalb, hemmhekk nista’ ngħid li l-Mulej żarni tassew! Ħa nużawhom il-‘!!’ filmessaġġi tagħna. Ħa nagħtu ħajja lil dak li niktbu. Hawn wisq biża’ li qed joqtol l-imħabba vera li l-Mulej irid bejnietna. Din il-biża’ mhijiex ġejja millMulej li jixtieq li nkunu wliedu tassew. Le! Ġejja mix-xitan li jrid jifridna, ikeskisna, iġellidna kontra xulxin. Huwa x-xitan li jilgħab bil-liġi biex ikisser linnies, għax makakk u qarrieq! Imma s-sempliċi, l-onest, dak jew dik ta’ qalb tajba, ma jibżgħux juru xi jħossu! Taf x’hemm tajjeb? Li ‘!’ ta’ ferħ, bħalma turini din il-persuna meta tibgħatli xi messaġġ, ġej mill-ġenna! Għax fil-ġenna sieħbi minn dak hemm! Ferħ! Ferħ! Ferħ! Mela!!! …

!!!

Fr Mario Attard OFM Cap

Is-sempliċi, is-sinċiera, dawk ta’ qalbhom ħanina, avolja dgħajfin, huma l-ippreferuti ta’ Alla


26 21|02|2016

kullħadd.com

PERSONALITÀ

KOMPLIET FEJN ĦALLA MISSIERHA RAMONA

PORTELLI TINTERVISTA LIL

NOELLA

AGIUS

Sit elettroniku: www.ramonaportelli.com

Email: ramonaportelli@hotmail.com

Il-personalità li tkellimt magħha llum tista’ tgħid li ħadet post missierha għax iċ-ċirkostanzi li sabet ruħha fihom ressquha għal dan il-pass. Fil-fatt, minħabba l-inċident li kellu missierha, Noella Agius ħadet xogħlu bħala fotografu. Noella għandha sitta u għoxrin sena, proprjament hija minn Tas-Sliema, però, daqskemm ilha taħdem Ħal Qormi, lin-nies tgħidilhom li minn Ħal Qormi għax tħossha parti minnhom aktar milli tħossha Slimiża. Taħdem bħala fotografu u editur. Bażikament xogħolha huwa iżjed fuq tiġijiet, imma tagħmel ukoll ħafna editjar ta’ magażins barranin bħal Look Magazine. Ma tantx għandha ħin għal passatempi imma bħalissa, kif issib ftit ħin, tipprova tgawdi lit-tifla tagħha kemm jista’ ikun. Fi kliemha l-fotografija hija l-unika ħaġa li tista’ twaqqaf ilħin għal mument uniku. “Il-ħajja saret wisq mgħaġġla u fiha wisq ġenn. Meta tħares lejn ritratt iġiblek ħafna memorji sbieħ jew forsi wkoll ta’ niket…u l-ħajja kollha memorji,” bdiet tgħidli Noella. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna rilassata u li tħobb tiltaqa’ man-nies u tagħmilha ma’ kullħadd u ma’ kull tip. Tgħid li hija mferfxa u mhix organizzata bħala persuna, imma fejn jidħol ix-xogħol tagħha tieħdu bis-serjetà. Millbqija, kull ħaġa oħra tiffaċċjaha bi tbissima fuq fommha. Missierha tilef ħajtu waqt sessjoni fotografika Ta’ min jgħid li missier Noella kien fotografu rinomat hawn Malta – Mario Agius. Iżda kif ħafna jafu kellu jitlaq din iddinja wara inċident sfortunat b’konnessjoni mal-fotografija stess. Ħallejt f ’idejha biex tirrakkuntali dak li ġara f ’din il-ġurnata xejn sabiħa għallfamilja tagħha. “Missieri Mario, ħames snin wara jibqa’ jissemma daqslikieku l-każ seħħ ilbieraħ. Il-papà tiegħi kien uniku, mhux għax il-papà tiegħi imma għax sirt nafu iktar wara l-mewt tiegħu. Ma kontx naf kemm kien maħbub man-nies, speċjalment mal-Qriema, u ma kontx naf x’effett ħalla fuq ċertu nies, l-aktar fuqi. Il-papà

tiegħi kien iffissat fuq xogħlu u ried li kollox ikun perfett, bħalma kien il-papà tiegħu ukoll. Kien il-Ħamis filgħaxija, it-22 ta’ Lulju, meta rċivejt telefonata mingħand ħija biex nitla’ l-isptar malajr. Ma kontx naf x’ġara, imma qalbi ħebritni li ġara xi ħaġa lill-papà tiegħi, allura bkejt u bkejt fil-karrozza biex inkun nista’ naċċetta qabel ma niffaċċja lill-familja tiegħi. Kif wasalt l-isptar ħadt l-ikbar xokk ta’ ħajti meta t-tobba bdew jispjegaw eżatt x’ġara. Ilpapà kien tela’ Wied iż-Żurrieq biex jieħu erba’ ritratti ta’ prewedding, imma ma laħaq għamel xejn għax sakemm wasal fuq ilpost żelaq u waqa’ għal isfel filbaħar. L-għarus li kien hemm miegħu qabeż warajh biex ikun jista’ jżommu sakemm waslet l-għajnuna, imma l-papà xorta miet ftit sigħat wara. Ma kienx ħaqqu jmut hekk; ovvjament, ħadd ma ħaqqu jmut fi traġedja. Kien ħaqqu l-esponiment kollu li tagħtu l-midja, kien ħaqqu jkun fl-għajn u kien ħaqqu li jkun hemm ir-ritratt tiegħu fuq l-ewwel paġna tal-gazzetta għax, bid-dmugħ f ’għajnejja, ngħid li ċerta li kulħadd tilef ħabib mat-telfa ta’ Mario,” bdiet tgħidli emozzjonata Noella. Fil-fatt, wara l-mewt għal għarrieda ta’ missierha, Noella kellha tkompli bix-xogħol li kien

ħalla warajh, u ma kellhiex ċans taħsibha darbtejn jekk riditx din il-karriera jew le. Ħallejt f ’idejha biex telabora aktar dwar dan il-fatt. “Jiena diġà kont naħdem bħala fotografu, imma ma kontx neħodha bis-serjetà; kelli wieħed u għoxrin sena u moħħ ta’ tifla għax kont moħħ irriħ, u qatt ma kont nieħu xejn bis-serjetà. Kont naħdem ħafna fuq fashion photography; kont inħobb ħafna l-moda, allura kont inħallat ftit minn kollox, imma qatt ma kelli f ’moħħi biex nagħmel ittiġijiet għax jieħdu ħafna ħin u bażikament ma tantx ikollok ħajja meta tiffoka fuqhom biss. Jiena u nikber ma tantx rajtu l-papa tiegħi għax dejjem ikun xogħol, allura ma ridtx nagħmel hekk. Peress li miet il-Ħamis filgħaxija, kien eżatt qabel it-tiġijiet ta’ tmiem il-ġimgħa, u l-Ġimgħa u s-Sibt kellna t-tiġijiet. Nirringrazzja lill-fotografi li kienu jaħdmu mal-papà tiegħi għax baqgħu jaħdmu normali, imma jien kelli nidħol għaliha bla ma ridt għax wara l-weekend kelli niġbed postwedding (ta’ wara t-tieġ) u, fejn qatt ma ħadt ritratti ta’ tiġijiet, kelli nitgħallem waħdi u kelli nagħmilha f ’daqqa u malajr. Illum il-ġurnata nirringrazzja l-Bambin li ħadt dak il-pass, għalkemm ma tantx kelli għażla għax, kieku ma dħaltx għaliha, ma nafx x’kien jiġri birriservazzjonijiet li kellna ta’ dik is-sena u ta’ wara,” kompliet tgħid Noella. Kif qaltli hi stess kulħadd jitlef lil xi ħadd speċjali f ’ħajtu, u kull mewta u storja għandha tagħha. “Jista’ jkun li, ħdejn nies oħra, jien m’għandi xejn, u forsi l-uġigħ li tħoss ommi ma nħossux jiena. Kulħadd iħabbat wiċċu ma’ sitwazzjonijiet differenti, imma jien għandi ħafna fidi li l-Bambin ma jagħtikx salib li ma tistax terfa’. Il-papà tiegħi ħareġ għaxxogħol u ma reġax daħal, u l-aħħar kliem li qalli kienu

“Qum minn hemm u ibda għamel l-editing.” Jiġifieri kont naf x’tip ta’ persuna hu u bqajt nobdih wara l-mewt tiegħu. Kont naf li jekk se nintefa’ nibki ma kienx jaċċettaha. Il-kuraġġ jiġi waħdu u, meta fil-ħajja tħabbat wiċċek ma’ sitwazzjoni bħal din tiskanta kemm tkun kapaċi tegħlibha”, kompliet tgħidli. Ma tħobbx iżżomm rikordji ta’ ritratti waqt vaganzi Meta ssiefer Noella ma tħobbx tieħu ritratti; fil-fatt lanqas biss tieħu kamera tar-ritratti magħha. Ħallejt f ’idejha biex tispjegali din ilkontradizzjoni kbira f ’ħajjitha. “Illum il-ġurnata t-teknoloġija hija inkredibbli. Kull ritratt li niġbed huwa bil-mowbajl, peress li x-xogħol inkun dejjem bil-kamera m’għonqi, u trid tqis ukoll li naħdem mit-Tnejn sal-Ħadd mingħajr ġurnata frank, allura meta nsiefer lanqas biss nikkunsidra li neħodha miegħi. Jgħidu li skarpan biżżarbun imqatta’ jibqa’. Fissitwazzjoni tiegħi l-istess, għax jiena fotografu mingħajr ritratti personali,” qaltli bi tbissima. Staqsejt lil Noella kif taħsibha dwar kif ħafna min-nies iżommu rikordji ta’ kull pass li jagħmlu, bħal ngħidu aħna l-vaganzi, filwaqt li hi ma tiħux ritratti jew rikordji tagħha u għaliha nfisha imma minflok tkun qed tgħin lil dawn innies iżommu rikordju tajjeb permezz tal-fotografija tagħha. “Ikolli ħafna klijenti ħdejn ilħanut li, ladarba jilbsu pulit għal xi okkażjoni, jiġu jieħdu erba’ ritratti fl-istudio, u jiena nhewden kif jiena ma niħux ritratti la tiegħi u lanqas talfamiljari marwarha. Anzi, minn mindu kelli t-tifla qed għamilt xi ħaġa għax,

wara għaxar xhur, għamiltilha album birritratti li ħadt bil-mowbajl – pass żgħir imma tajjeb,” tbissmet Noella. Ma jogħġobhiex l-istessu! Matul l-intervista ħadt ukoll l-idea u l-opinjoni tagħha dwar l-istessi (selfies). Hija kkonfermatli li ma tantx jogħġbuha. “Kull meta nieħu ritratt tiegħi personali rrid jew nagħmel xi wiċċ taċ-ċajt jew inqarras wiċċi, ma nafx għaliex. Kont għamilt kors ta’ Psychology in Photography u wieħed mis-suġġetti kien isselfies, li huma marbutin mal-ego li wieħed ikollu, u l-ego tiegħi ma tantx hu għoli, jiġifieri aħjar nevitahom!” kompliet tgħidli Noella bi tbissima. Noella kkonfermatli li s’issa għadha m’għamlitx photoshoot tat-tifla tagħha: “Nistħi ngħid li għadni ma ħadtilha xejn ritratti serji, bħala photoshoot, jew forsi xi ħaġa fl-istudio. Skuża m’għandix, imma meta jgħaddi s-sajf, kif tagħlaq sena, biħsiebi npatti ta’ kemm ma ħadtilhiex.” Stasejtha xi jdejjaqha filħajja b’mod ġenerali, u dlonk weġbitni: “Idejquni ħafna affarijiet, imma l-unika ħaġa li taffettwani ħafna hija li l-ħajja saret wisq materjali u ħadd ma japprezza eżatt x’inhu jiġri madwarna. Jiena nidħol id-dar ta’ ommi u nsibha waħedha; m’hemmx il-papà magħha. Dak huwa ħin ta’ niket, imbagħad noħroġ u jkolli xi klijenta qed tibki għax, pereżempju, ilgwarniċ tar-ritratt ma qabilx mal-madum, allura ngħid: Hawn tant affarijiet ta’ niket f ’din id-dinja, imbagħad nibku fuq xi ċuċata!” “Il-ħajja tilgħabna, allura aħna rridu nidħkulha,”temmet tgħid Noella.


SKEDA

kullħadd.com

103 06.50 Flimkien ma’ Nancy (R) 07.45 Eżerċizzi ma’ Fr Colin Apap 07.50 Sejjaħtli Helpline (R) 08.30 Paperscan 10.00 Aroma Kitchen (R) 11.05 Karriera (R) 11.30 Cibus 12.30 Aħbarijiet 12.35 Kyrios 12.45 Telebejgħ 13.00 In D House (R) 14.00 Arani Issa (R) 16.45 Attività Politika – PL 17.30 Aħbarijiet 17.35 Telebejgħ 17.50 L-Argument 19.30 Aħbarijiet 20.10 Ieqaf 20 Minuta 20.35 Andrew & Sue (Episodju 19) 21.35 On D Road 22.15 Il-Patt (Episodju 7) (R) 23.20 Eżerċizzi ma’ Fr Colin Apap

151 06.00 Lena 06.30 Cultura Memex 06.55 Heartland 07.35 Il compleanno di Jack 08.20 Viaggi da record 08.45 Il nostro amico Charly 09.30 I nostri amici animali 10.15 Cronache animali 11.00 Mezzogiorno In Famiglia 13.00 TG2 GIORNO 13.30 TG 2 Motori 13.40 Meteo 2 13.45 Quelli che aspettano 15.30 Quelli che il calcio 17.05 TG2 L.I.S. 17.10 90° Minuto 19.35 Squadra Speciale Cobra 11 20.30 TG2 20.30 21.00 N.C.I.S. Problema Doppio 21.45 Limitless – Il Braccio e la Mente 22.40 La Domenica Sportiva

162 06.00 Media Shopping 06.57 Anica Flash 07.00 Find My Family 07.53 Media Shopping 08.10 Downton Abbey 10.05 X-Style ’16 10.40 Non Ditelo Alla Sposa 12.00 In Cucina Niente Regole 14.00 The Originals 15.40 Gossip Girl 17.20 Inga Lindstrom 19.20 Dr House 21.10 Downton Abbey 23.35 Amici, Amanti E…

372 06.00 Chopped 07.00 Amazing Wedding Cakes 08.00 The Pioneer Woman 09.00 Siba’s Table 10.00 Chopped 11.00 Guy’s Big Bite 12.00 Diners Drive-Ins and Dives 15.00 Chopped 16.00 Siba’s Table 17.00 Dinner at Tiffani’s 18.00 Rev Run’s Sunday Suppers 19.00 All-Star Academy 20.00 Ching’s Amazing Asia 21.00 The Freshman Class 22.00 Diners Drive-Ins and Dives 23.00 Rev Run’s Sunday Suppers

405 06.00 Swamp Brothers 06.25 Treetop Cat Rescue 07.15 Wild Capture School 08.10 Rugged Justice 09.05 Dr. Dee. Alaska Vet 10.00 Big Fish Man 10.55 Austin Stevens.:Most Dangerous 11.50 Wild Capture School 12.45 Wildest Latin America 13.40 North America 14.35 Wildest Middle East 15.30 Wildest Islands 16.25 Uakari. Secrets of the English Monkey 17.20 Wild Capture School 18.15 Rugged Justice 19.10 Dr. Dee. Alaska Vet 20.05 Treetop Cat Rescue 21.00 Wild Capture School 21.55 Austin Stevens. Most Dangerous 22.50 Gator Boys

21|02|2016 27

102 07.00 Aħbarijiet 08.00 The Client (R) 08.45 Telebejgħ 10.15 Għalkulħadd 11.15 Quddiesa mis-Santwarju ta’ Pinu 12.00 Distinti (R) 12.45 Telebejgħ 13.00 Intriċċi (R) 14.00 Aħbarijiet 14.05 Telebejgħ 15.20 Iswed Fuq l-Abjad (R) 16.25 Mill-Familja Rjali 16.40 Wheelspin (R) 17.30 Flusek (R) 18.00 Aħbarijiet 18.05 What’s for Dinner 18.45 Newsfeed 19.30 Aħbarijiet 19.50 Newsfeed 20.30 Becky 21.30 Aħbarijiet 21.35 Replay

152 07.15 Una Trappola Per Zorro 07.40 Il Furto Della Corona 08.05 Film Accadde Al Commissariato 09.40 Non Ne Parliamo 10.00 La Quarta Età 10.30 Speciale Community Le Storie 11.10 Tgr 12.25 Il Posto Giusto 13.20 Harry Truman 14.00 Tg Regione 14.15 Tg3 14.30 In 1/2 Ora 15.00 Tg3 LIS 15.05 Kilimangiaro 15.45 Camila Raznovich Conduce Kilimangiaro 19.00 Tg3 19.30 Tg Regione 20.00 Blob 20.10 Che Tempo Che Fa 21.45 Presa Diretta La Fabbrica Del Vino

300 06.00 Green Balloon Club 06.25 Mr Bloom’s Nursery 06.45 Show Me Show Me 07.05 Green Balloon Club 07.30 Mr Bloom’s Nursery 07.45 Doctors 09.45 EastEnders 11.40 The Weakest Link 12.25 Doctor Who 13.15 Last of the Summer Wine 14.15 The Weakest Link 15.00 Doctor Who 15.45 The Fat Fighters 16.35 Tough Guy Or Chicken? 17.25 Upstairs Downstairs 20.05 Call the Midwife 21.00 By Any Means 21.50 DCI Banks 22.35 Spooks

400 06.00 How Do They Do It? 06.25 Misfit Garage 07.15 Fast N’ Loud 08.10 MythBuster 09.05 Engine Addict With Jimmy de Ville 09.55 Rise of the Machines 10.50 Troy 11.40 Storage Hunters 12.35 Property Wars 13.30 Auction Kings 14.25 Dallas Car Sharks 15.20 Extreme Car Hoarders 16.15 Cuban Chrome 17.10 Wheeler Dealers 18.05 Fast N’ Loud 19.00 Ed Stafford 20.00 Pacific Warriors 21.00 Diamond River Hunters 22.00 Argo 23.00 Catching Monsters

452 07.05 Blaze and the Monster Machines 07.30 PAW Patrol 07.55 Winx Club 08.50 The Fairly OddParents 09.40 Sanjay & Craig 10.25 Kung Fu Panda: Legends of Awesomeness 11.20 Jinxed 12.30 Victorious 12.55 Big Time Rush 13.20 Marvin Marvin 13.45 SpongeBob SquarePants 14.35 The Penguins of Madagascar 15.15 The Fairly OddParents 15.55 iCarly 16.20 Big Time Rush 16.45 Victorious 17.10 iCarly 17.35 SpongeBob SquarePants 18.00 Teenage Mutant Ninja Turtles 18.25 The Penguins of Madagascar 18.50 Henry Danger

101 06.00 Aħbarijiet 07.30 Qalb in-Nies 08.00 Paq Paq on Test 08.15 Madwarna 08.45 Ħadt l-Aħbar 10.00 New Rooms 10.30 Malta u lil Hinn Minnha 12.00 Aħbarijiet 12.10 Ħadd Għalik 15.00 Ħbieb u Għedewwa 18.15 Għawdex Illum 18.45 L-Irkant 19.15 Pellikola 20.00 Aħbarijiet 20.50 L-Assedju 21.40 Paq Paq on Test 21.50 Aħbarijiet 21.55 ZOS Zone of Separation 23.00 Aħbarijiet 23.15 Smack Down WWE

104 07.00 Aħbarijiet 08.30 Paq Paq on Test 08.40 Kelma għall-Ħajja 09.00 Quddiesa tal-Ħadd 09.45 Vatican Magazine 10.15 Qalb in-Nies 10.45 Dot EU 11.00 MEA 11.30 Awtokura 12.00 New Rooms 12.30 Venere 13.00 Paq Paq Lifestyles 13.30 Gadgets 14.00 Sport Malta Awards 16.00 BOV Premier League Valletta vs St Andrews 18.00 Animal Diaries 19.00 Għawdex Illum 19.30 Dwarna 20.30 Aħbarijiet għall-persuni b’nuqqas ta’ smiegħ 20.40 Paq Paq on Test

153

154

07.35 Tg4 Night News 07.55 Media Shopping 08.25 Nonno Felice 08.57 Terra! 10.00 Santa Messa 10.50 Le Storie Di Viaggio A… 11.30 Tg4 Telegiornale 12.00 Julie Lescaut 14.00 Donnavventura 14.50 Il Temerario 17.30 L’Oro Della California 18.51 Anteprima Tg4 18.55 Tg4 Telegiornale 19.30 Dentro La Notizia 19.50 Tempesta d’Amore 21.15 US Marshal

06.00 Prima Pagina 07.55 Traffico 07.59 Tg5 09.10 Le Frontiere Dello Spirito 09.50 Il Pranzo Della Domenica 11.00 Le Storie Di Melaverde 12.00 Melaverde 13.00 Tg5 13.40 L’Arca Di Noè 14.00 Domenica Live 18.45 Caduta Libera 20.00 Tg5 20.40 Paperissima Sprint 21.10 A.D. La Bibbia Continua

306 06.00 Brooke Burke-Charvet 07.00 I Am Cait. 08.00 Rich Kids of Beverly Hills 11.00 Christina Milian Turned Up 14.00 Just Jillian. 17.00 Keeping Up With the Kardashians 20.00 Just Jillian 21.00 Hollywood Medium With Tyler Henry 22.00 Keeping Up With the Kardashians 23.00 Just Jillian

403 06.00 Toddlers & Tiaras 07.40 Cake Boss 09.30 Little People Big World 12.15 Our Little Family 13.10 Little People Big World 14.05 Best Of Buddy’s 15.00 Say Yes to the Dress: Princess Brides 15.55 Say Yes to the Dress: The Big Day 16.50 Curvy Brides 17.20 We Should Have Eloped! 18.15 My Crazy Italian Wedding 20.05 90 Days to Wed 21.00 Say Yes to the Dress 21.55 Botched Up Bodies 22.50 An Hour to Save Your Life 23.45 Sex Hospital

600 07.00 Tour of Oman Cycling 07.30 Tour of Andaluca Road Cycling 08.00 Hong Kong Masters, Equestrian 10.00 FEI Nations Cup Equestrian 11.00 FIS World Cup Cross-Country Skiing 12.45 FIS World Cup Nordic Combined Skiing 14.30 FIS World Cup Ski Jumping 16.45 Pole Vault Stars Athletics 18.30 Wintersports Today 19.30 FIS World Cup Ski Jumping 19.55 Eurosport2 News 20.00 Welsh Open Snooker 23.00 Eurosport2 News 23.05 Tour of Andaluca Road Cycling

307 06.50 Restoration SOS Charleston 07.15 Hawaii Life 07.40 Giada at Home 08.30 Beachfront Bargain Hunt 09.25 Caribbean Life 09.50 Hawaii Life 10.15 Rehab Addict 11.10 Curb Appeal 12.00 Junk Gypsies 12.50 Cousins on Call 13.15 Killer Kitchen Makeover 13.45 Giada’s Weekend Getaways 14.35 Tiny House Big Living 15.25 Fixer Upper 16.15 Rehab Addict 17.05 Extreme Homes 18.55 House Hunters 19.45 Hawaii Life 20.10 Restoration SOS Charleston 20.35 Rehab Addict 21.00 Rachel Hunter’s Tour of Beauty 21.55 Tiny House

412 06.00 Teleshopping 09.00 Pawn Stars 19.00 Ax Men 20.00 The Curse of Oak Island 21.00 Ancient Aliens. Aliens B.C. 22.00 Storage Wars 23.00 Texas Rising

150 06.00 Parlamento Punto Europa 06.30 Unomattina In Famiglia 10.00 Easy Driver 10.30 A Sua Immagine 10.55 Santa Messa 11.50 A Sua Immagine 12.00 Recita Angelus 12.10 A Sua Immagine 12.20 Linea Verde Umbria 13.30 Telegiornale 14.00 L’Arena 16.35 Domenica In 18.45 L’Eredità 20.00 Telegiornale 20.35 Flavio Insinna Conduce Affari Tuoi 21.30 Tutto Può Succedere 23.35 Speciale Tg1

155 06.50 Hannah Montana 07.10 Il Cucciolo Di Scooby 07.30 Titti E Silvestro 07.45 I Flinstones 08.32 Lupin 10.30 Tandem 12.25 Studio Aperto 13.00 Sport Mediaset XXL 13.55 Vertical Limit 16.25 Big Fat Liar 18.15 Camera Cafè 18.28 Studio Aperto 19.00 Camera Cafè 19.15 17 Again 21.25 Le Iene Show

410 06.00 House Hunters International 08.00 Salvage Dawgs 09.00 The Vanilla Ice Project 10.00 Baggage Battles 11.00 Shed & Buried 12.00 Building Alaska 13.00 Man Caves 14.00 The Vanilla Ice Project 15.00 Shed & Buried 16.00 Salvage Dawgs 17.00 Building Alaska 18.00 House Hunters International 19.00 Expedition Unknown 20.00 Mysteries at the Monument 21.00 Mysteries at the Museum 22.00 Building Alaska 23.00 Man Caves

312 06.15 Seven Years in Tibet 08.30 Futureworld 10.15 Hercules 11.55 The Indian Fighter 13.25 Guns of the Magnificent Seven 15.10 Dirty Rotten Scoundrels 17.00 The Beautiful Country 19.00 The Great Escape 21.50 Higher Learning


28 21|02|2016

kullħadd.com MIĊ-

ĊINEMA

RAPPORT TA’

ĊINEMA

CARMEL BONNICI TOPIKU

CONCUSSION

IT-TABIB LI ĦADHA MA’ ORGANIZZAZZJONI QAWWIJA Atturi Ewlenin: Will Smith, Alec Baldwin, Gugu MbathaRaw, Arliss Howard, Luke Wilson Direttur: Peter Landesman Distributur: Columbia/Sony Maħruġ minn KRS Releasing L-istorja Bibblika ta’ David kontra l-iġgant Gulija sseħħ ukoll, simbolikament, fil-ħajja moderna. Films dwar persuni komuni li ħaduha kontra istituzzjonijiet kbar u potenti kellna mhux ħażin, fosthom Erin Brockovic u The Insider, fost ħafna. Storja oħra vera u inkredibbli hija dik tat-tabib immigrant minNiġerja, Dr Bennet Omalu (Smith), li kellu jkun hu biss mill-Amerikani nattivi kollha li skopra każijiet medikċi importanti. Il-film Concussion jikkonċentra fuq din is-sejba tiegħu li poġġietu f ’dawl ikrah ma’ waħda mill-aqwa organizzazzjonijiet tal-pajjiż. L-isem ta’ dan ix-xogħol jindika xi ħabta qawwija firras jew fil-moħħ li tista’ ġġib ħafna diffikultajiet u anke mewt. Dr Omalu, kirurgu brillanti, sinċier u bieżel, induna xi

Ħin: 122 min. Ċert. 15

ħsara kbira qed issir lil dawk li jilagħbu l-logħba goffa talfutbol Amerikan, speċjalment meta jaħbtu bis-salt ras ma’ ras, jew rashom ma’ xi oġġett iebes, bħall-art. Dan ilbniedem eżemplari ma kellu ebda konnessjoni ma’ din illogħba, imma ma riedx iħalli informazzjoni siewja li tista’ ssalva diversi ħajjiet, tibqa’ għaddejja mar-riħ, kif dejjem sar qabel. Minn hawn ’il quddiem se jsib ruħu f ’ħafna diffikultajiet u sofferenzi minn nies b’saħħithom li jqisu din illogħba mhux bħala sport imma bħala negozju gwapp u profittabbli. Will Smith, f ’parti ġentili u sottomessa, jitkellem b’aċċent Afrikan kif ukoll hu l-qofol ta’ din il-produzzjoni. Dr Omahu, waqt operazzjoni, meta mitlub jerġa’ jħit pazjent li ma kellux flus biex iħallas, isptar minn butu. wara diversi argumenti joffri Concussion hu xogħol li jikxef li jħallas lill-awtoritajiet tal- affarijiet jaħarqu u kellu traġitt

iebes biex seta’ nħadem. Dan hu bbażat minn artiklu miktub minn Jeanne Marie Laskas. SPINT

DIRTY GRANDPA

ROBERT DENIRO JAGĦTIHA GĦALL-ĦELA Atturi Ewlenin: Zac Efron, Robert DeNiro, Aubrey Plaza, Zoey Deutch, Julianne Hougħ, Dermot Mulroney Direttur: Dan Mazer Distributur: Lionsgate UK Maħruġ minn KRS Releasing

Robert DeNiro, fl-età ta’ 73 sena qed jaċċetta kull parti li joffrulu. Mill-isem tal-film, Dirty Grandpa, malajr wieħed jobsor li issa Grandpa Dick (DeNiro), wara l-mewt ta’ martu u waħdu għall-ewwel darba wara 40 sena żwieg, irid jagħmel affarijiet ta’ natura skabruża. Billi kellu l-liċenzja sospiża, jitlob lin-neputi, Jason Kelly (Efron), avukat pulit u konservattiv, biex jieħdu Florida ħalli jkun jista’ jagħmel luttu għal martu hemm. Waqt dan il-vjaġġ, ix-xewqat żienja tiegħu, tant ikkontrollati u miżmuma għal ħafna snin sħaħ, issa se jisplodu b’manija tal-ġenn. B’sigarru twil u oħxon f ’ħalqu u spiss ilegleg xorb alkoħoliku, Jason mill-ewwel jinduna li nannuh mhux dak il-bniedem li suppost jaf.

Ħin: 102 min. Ċert. 18

Issa, għajnejn dan l-anzjan li sikwit jitkellem baxx, oxxen u b’doppju sens, qed jiċċassaw fuq it-tfajliet lebsin mill-inqas, waqt xalar ħdejn l-ilma. Dawn ix-xenati tan-nannu jġibu lil Jason f ’sensih u jindikaw kif aktarx tiżviluppa ħajtu fil-futur. Mill-metodu kif Grandpa Dick jaġixxi mat-tfajliet, ħafna minnhom bil-wisq iżgħar minn neputih, Jason se jitgħallem li l-ħajja riġida tiegħu mal-maħbuba Meredith (Hough) mhix dik ideali kemm kien ħaseb. Dirty Grandpa hija kummiedja sfrenata, spinta u bla brejkijiet, forsi wkoll xi ftit esaġerata b’Robert DeNiro f ’waħda mill-agħar interpretazzjonijiet tiegħu, però xorta jidher li qisu qiegħed f ’xalata tal-prima klassi


ĊINEMA

kullħadd.com

21|02|2016 29

DO RE MI FA

DRAMMATIKU

FILM MALTI INTELLIĠENTI B’TEMI ADULTI

lemi finanzjarji u maritali, kif Atturi Ewlenin: Paul Flanagan, Irene Christ, Sean O’Neil, ukoll tifel mutu u trux. Dawn Marc Cabourdin, Moira Muscat, Sharon Bezzina, Frida il-problemi kollha qed jherruh Cauchi minn ġewwa u se jwassluh f ’xi katastrofi. Direttur: Chris Zarb Ħin: 141 min. F’tul ta’ sagħtejn u għoxrin Produzzjoni: Dragonfly Film Ltd minuta, bi żvilupp eżileranti u Maħruġ minn Eden Cinemas Ċert. 18 kurjuż, Do Re Mi Fa jmexxina f ’rikba mqallba ta’ tensjoni osDo Re Mi Fa hu l-aktar film ju li jirrappreżenta l-kuxjen- kura u preferenzi eċċentrici. Malti b’atmosfera qawwija u za tiegħu u li jġibu f ’kun- Dan hu film serju u attwali li drammatika li qatt rajna s’is- flitt miegħu nniffsu. Claudia jirrikjedi attendenza matura u sa. L-isem ma jindikax li dan (Christ), li darba kienet attriċi ta’ moħħ miftuħ. Chris Zarb, id-direttur, kithu xogħol intelliġenti, b’temi popolari, issa qed tħossha adulti jaħarqu li, temminx jew mhix żgura minnha nnifisha u tieb u editur, nista’ ngħid le, jinsabu fostna. tbati b’attakki tan-nervi meta ukoll il-fotza kreattiva ta’ dan Din il-produzzjoni intensa tkun fuq il-palk. Biex tpat- ix-xogħol, ħaqqu tassew prostikkonċentra fuq erba’ individ- ti għal dan taqbad relazzjoni it li żamm kontroll assolut wi, separatament, bi problemi sesswali ma’ wieħed mhux ta’ fuq dan il-proġett. Do Re Mi Fa fl-IndieFest tal-Istati Uniti psikoloġiċi li fi żmien jumejn kondotta tajba. ħajjithom se tmur fl-estrem. D. J. Trim (O’Neil), li għandu meritament rebaħ l-Award Of L-istorja hi bbażata f ’Malta, il- programm popolari tar-rad- Merit. Matul dan ix-xogħol infilm mitkellem bl-Ingliż u l-an- ju b’enfasi fuq il-problemi nutajt similaritajiet ma’ films dament sikwit jaqleb fuq dawn tar-razziżmu, se jsib ruħu bħal Talk Radio (1988), Hapl-erba’ msieken fi stejjer li qatt mminaċċjat u mbeżża’ minn piness (1998), One Hour Photo ma jintegraw. xi ħadd anonimu. Fl-aħħar (2002) u xi mumenti minn xi Bozo (Flanagan) hu buffu nett, Kyle (Cabourdin) jins- films ta’ Stanley Kubrick. Wara Simshar, issa għadna li jferraħ lit-tfal, iżolat f ’ħajtu ab taħt pressjoni qawwija u b’tendenzi sesswali għal- fil-ħajja familjari u privata film Malti ieħor ta’ livell għoli wieħed minnhom. F’moħħu tiegħu. Ommu qed issofri li jista’ jħabbatha ma’ xogħlijijoħloq karattru immaġinar- mid-dimenzja, għandu prob- et tajbin barranin. DEADPOOL

FURJUŻ

ANTIEROJ TAL-KOTBA KOMIKS

normali tiegħu. Dan il-karattru Atturi Ewlenin: Ryan Reyolds, Morena Baccarin, Ed hu bniedem li jredden ilSkrein, T. J. Miller, Gina Carano ħin kollu, ilissen ħafna ċajt u kliem baxx, però fl-azzjoni hu Direttur: Tim Miller. Ħin: 118 min. implakabbli u sikwit ma jaħfirx. Distributur: 20th Century Fox L-andament tal-film jiżvolġi Maħruġ minn KRS Releasing Ċert. 15 fuq żewġ perjodi ta’ żmien; meta Wilson kien raġel Din id-darba minn Marvel aġenti u issa sar merċenarju. komuni bħall-umani l-oħra, u Studios jasal film mhux dwar Wara esperiment li mar żmerċ fil-preżent fir-rwol tiegħu ta’ supereroj, imma antieroj, iħallih sfigurat imma b’poteri wieħed preokkupat b’vendetta Deadpool. Dan il-karattru mhux li jista’ jfejjaq lilu nniffsu spjetata fuqu. Fil-passat Wade konvenzjonali kellu l-oriġini malajr, hu jadotta l-persuna sar iħobb lil Vanessa Carlysle tiegħu minn ktieb komik. ta’ Deadpool. B’abbilità kbira (Baccarin), l-aktar minħabba Wade Wilson (Reynolds) kien u b’sens ta’ umoriżmu oskur li huma t-tnejn għamlu ħafna parti minn skwadra speċjali ta’ ifittex lil dak li sfrattalu l-ħajja żbalji fil-ħajja.

Hi kellha tfulija diffiċli, beda jiddispjaċiha ta’ dan u saret prostituta. Minn meta Wade qabad magħha, flimkien se jippruvaw jgħixu aħjar. Fuq kollox qatt ma taqta’ qalbha u taf kif taġixxi f ’mumenti ta’ periklu. Ajax (Skrein), ilħati tat-trasformazzjoni ta’ Deadpool, ukoll bniedem ta’ forza qawwija bħalu, però kattiv, għandu wiċċu mimli qxur. Ajax jistrieh fuq Angel Dust (Carano), mara ta’ saħħa tremenda li l-gost tagħha

hu waqt kumbattimenti bla ħniena. Deadpool hu mimli azzjoni tal-ġenn, b’set-pieces enormi u umoriżmu kultant vojt. Żewġ sekwenzi tal-film fakkruni f ’films tal-passat bħal Support Your Local Sheriff (1969), meta Deadpool iwaqqaf sparatura furjuża għal ftit sekondi biex jgħaddi xi rimarki lill-avversarji tiegħu, u The Crimson Pirate (1952) meta b’balla waħda joqtol tlieta li jkunu ringiela wara xulxin.

L-AQWA ĦAMES FILMS Bejn l-10.02.2016 u l-14.02.2016

1. 2. 3. 4. 5.

Alvin & The Chipmunks: The Road Chip Deadpoint 13 Hours The Revenant 20,000 Reasons

KOMPETIZZJONI EMPIRE CINEMA

Mistoqsija għal din il-ġimgħa: Liema hu l-karattru tal-komiks? Ibgħat it-tweġiba tiegħek lil: Kompetizzjoni Films, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: P. CALIGARI – il-Mosta


30 21|02|2016

kullħadd.com

AVVIŻI KLASSIFIKATI ­­­­PR­OPRJETÀ

beginners u kompetizzjonijiet minn Imperial Qualified Dance TANAYA’S Dev. Ltd: Għażla Teacher (ISTD) Ibgħat SMS kbira ta’ appartamenti f ’kull fuq 7925 3015 jew ċempel 2138 żona ta’ Malta. Jinbiegħu 6818 sa 12.00pm. mingħajr depożitu u nħallsulek il-kuntratt. Offerta speċjali. Care and Cure Group Ltd: Għal aktar dettalji ċempel 9992 infermiera mħarrġa, caring 4999. Mingħajr aġenti jekk assistants, nannies, nies imħarrġin jogħġbok. biex iżommu kumpanija, għajnuna fid-djar u night sitters. Servizz ta’ 24 siegħa, Għandna SERVIZZI wkoll għall-kiri: wheelchairs, hoists, commodes, walking frames u hospital Korsijiet akkademiċi u rikreazz- beds. Għal aktar informazzjoni jonali fir-Rabat, tas-suġġetti ċempel fuq dawn in-numri: kollha minn Year 4 sa O Levels. 2137 6946/9947 0178. Reading classes għal tfal bejn l-4 u 6 snin kif ukoll għal dawk ta’ bejn is-7 u 11-il sena. Ċempel AFFARIJIET 9943 2994. GĦALL-BEJGĦ Investigazzjoni Privata: Żwiġijiet, għerusija u relazzjonijiet oħra, DNA forensic tests, tfal maħtufin minn Malta, każijiet ċivili, każijiet oħra filqorti, problemi f ’kumpaniji jew negozju. Nagħmlu xhieda fil-Qorti. Naħdmu f ’Malta u anke barra. Għal appuntament ċemplu 7959 0000. email: info@ privateinvestigationmalta.com Korsijiet f ’Livell Ordinarju f ’diversi suġġetti bħallMatematika,  Ingliż, Malti, Franċiż, Fiżika u oħrajn. Noffru wkoll korsijiet talECDL. Prezz €35 kull module. Noffru wkoll korsijiet bażiċi filkompjuter, €50. Ċempel 2166 2241 jew 7766 2241 jew żur is-sit elettroniku www. tudorinstitute.com Tewmi Group għal lezzjonijiet tal-karozzi kemm manual u kif ukoll automatic. Cab service u karozzi għall-kiri bi prezzijiet raġonevoli. Żur is-sit www. tewmi.com jew ċempel 9942 2422.

ramel u siment, graffiato, żebgħa, xogħol fuq l-antik, xogħol fuq il-pond, madum, membrane, dawl u ilma. Ċempel fuq 7928 5444. Tiswija u installazzjoni ta’ estensjonijiet tat-telefowns għal kull tip ta’ linji fissi. Ċempel fuq 7993 0419.

Varjetà ta’ ħwat, ħoroż, kanali tal-ilma, ċangatura qadima jew ġdida, kantun qadim, lavur ta’ kull tip. Ċempel lil Jason fuq in-numru 2143 2352 jew 9947 7167.

Jason Gatt għal kull xogħol ta’ tibjid u tikħil, kisi normali, fuq il-fil, fuq xogħol antik u bil-pont, kisi bil-ġibs u graffiato. Kiri ta’ cherry picker (tower ladder). Għandna varjetà kbira ta’ Ċempel fuq 9945 4235 jew arloġġi bħal Tissot, Citizen, 2180 5811. Casio, Michael Kors, Fossil, Esprit, Festina u Q&Q. WP Ltd ta’ Triq ix-Xitwa, Ħal Issibilna wkoll arloġġi ta’ mal- Qormi, jispeċjalizzaw f ’xogħol ħajt, żveljarini u selezzjoni ta’ ta’ waterproof membrane, damp cuckoo clocks mill-Black Forest. proofing u rubberised paint. 25 sena Noffru servizzi rigward tiswija esperjenza. Stimi b’xejn u prezz ta’ kull tip ta’ arloġġ kif ukoll moderat. Ċempel 2148 8972, nibdlu batteriji, ċineg, naqtgħu 2143 8326, 9944 5527 jew kull forma ta’ ħġieġa, eċċ. Għal 7981 2784 jew żur is-sit www. dawk l-arloġġi tajbin għall-ilma, wpmalta.com noffru s-servizz ta’ water pressure test waqt li tistennew għalih. Għal kull tip ta’ xogħol Nispeċjalizzaw ukoll fuq tiswija fuq faċċata, bjut, appoġġi, ta’ grandfather clocks u kull tip ta’ gallarijiet, eċċ. Membrane jew clock. It-tiswija hija bil-garanzija. liquid membrane. Mela pproteġi Għal aktar informazzjoni żur is- l-proprjetà tiegħek mill-ilma sit: www.expresswatchrepairs. tax-xita u ċempel issa għal com jew irrikorru 110, Triq stima b’xejn bin-numru 7905 il-Kungress Ewkaristiku, il- 8883 jew idħol fuq is-sit www. Mosta. Ċempel 2141 7235. darrendoitall.com XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI

Installazzjoni u tiswija ta’ aerials tat-televiżjoni. Offerti vantaġġjużi fuq sistemi tassatellita u fuq l-android TV Lezzjonijiet taż-żfin fuq stil boxes. Għal aktar infromazzjoni ballroom jew Latin-Amerikan. ċempel 2148 6211. Lezzjonijiet taż-żfin għall- Għal kull tip ta’ kisi bil-ġibs,

AVVIŻI OĦRA

Kiri ta’ Bar: Santa Venera Boċċi Club, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera. Nixtiequ nħabbru li l-klabb qed jilqa’ offerti għall-kiri talbar. Applikazzjonijiet u kundizzjonijiet jinġabru mingħand il-kaxxier tal-club. Ħinijiet tal-ġbir wara l-4.00pm. Data tal-għeluq: 21/3/2016. S. Spagnol Const. Ltd teħtieġ nies b’esperjenza biex jaħdmu fil-kostruzzjoni. Pagi u kundizzjonijiet tajbin. Ċemplu 9947 6522 jew 2167 8134. Jinħtieġu bennejja bil-fattura jew bil-paga u manwala bl-esperenzja għax-xogħol tal-kostruzzjoni. Ċemplu lil Stivala Construction, il-Gżira, fuq 7998 9881. Paul & Waters – The Perfumery. Għall-aqwa ditti ta’ fwejjaħ, oriġinali u bl-orħos prezzijiet f ’Malta, żur il-ħwienet ta’ Paul & Waters – The Perfumery. Il-ħwienet tagħna tal-Fgura, il-Mosta, Ħal Qormi u Raħal Ġdid ikunu miftuħin kuljum mid-9.00 san-12.30 u mill16.00 sas-19.00. Paul & Waters Free Delivery Service. Ċempel 2766 3361. MUSIC LINK Issibilna kull tip ta’ strumenti mużikali, fosthom drums kemm akustiċi u elettriċi, cymbals, percussion, pjanijiet diġitali, baby grand pianos, sound mixers u sound cards. Apparat ta’ DJ sound systems, kitarri klassiċi u akustiċi, bass guitars, strumenti tar-ram, wood winds, vjolini, spare parts u aċċessorji oħra. Issib ukoll kotba tal-mużika tat-tagħlim. Mur Music Link, 262, Triq Fleur-de-Lys, B’Kara. Ċempel 2148 2796.

Il-bejt tiegħek jagħmel l-ilma? Għandek problema ta’ moffa? Kenda Ltd issolvilek ilproblema. Nispeċjalizzaw fuq xogħol ta’ waterproofing u membrane b’10 snin garanzija. Xogħol professjonali blaqwa materjal ISO pool. Għal stima bla obbligu ċemplu AGR AUTO JAPANESE 7972 9967 jew żur is-sit www. Parts għall-karozzi: Inbigħu kendawaterproofing.com kull tip ta’ parts ta’ karozzi

KUPUN AVVIŻI KLASSIFIKATI IKTEB L-AVVIŻ F’DAN L-ISPAZJU

ISEM, KUNJOM, NRU TAT-TELEFOWN/MOWBAJL U INDIRIZZ

AVVIŻI

Ġappuniżi u Koreani, fosthom Kia, Toyota, Isuzu, Daewoo, Mitsubishi, Honda, Subaru. Huma wkoll importaturi ta’ żjut u air filters, shock absorbers, brake pads, clutches, eċċ. Parts ġenwini. Għal aktar informazzjoni ċempel 2144 6839 jew 9947 4504. Fax: 2147 0295. Email: alex@ agrautoparts.com Nigret Night Club and Restaurant, Labour Ave, irRabat, Malta. Naċċettaw riservazzjonijiet għal coffee mornings, lunches u dinner dances u kull okkażjoni oħra. Miftuħin fil-weekends, lejla Maltija b’differenza kull nhar ta’ Ġimgħa. Nhar ta’ Sibt mużika għal kulħadd ma’ Franz Grech. Inservu wkoll take-away fil-weekends. Naċċettaw riservazzjonijiet għal kull okkażjoni. Għal aktar informazzjoni ċempel 2145 4858/2145 4908/7945 4908. Tistgħu żżuru s-sit elettroniku www.nigretnightclub.com jew www.nigretnc.com TALBA LILL-ISPIRTU S-SANTU: Int li ssolvi l-problemi kollha, dawwal it-toroq kollha tiegħi biex nikseb dak li neħtieġ. Inti li tajtni d-don divin biex naħfer u ninsa d-deni kollu li jsir kontra tiegħi, li f ’kull mument ta’ ħajti tkun maġenbi. F’din it-talba qasira nixtieq nirringrazzjak ta’ dan kollu, waqt li nikkonferma mill-ġdid li qatt ma ninfired minnek, anke quddiem l-illużjonijiet materjali. Nixtieq li nkun miegħek fil-glorja ta’ dejjem. Grazzi għall-ħniena tiegħek lejja u lejn dawk li jiġu minni. Din it-talba għandha tingħad tlett ijiem wara xulxin. Wara tlett ijiem it-talba tkun maqlugħa, anke jekk għall-bidu tidher diffiċli. It-talba għandha tkun ippubblikata mill-ewwel wara li tinqala’ l-grazzja, bla ma tissemma’ x’kienet.

Offerta 1: Ġimagħtejn Offerta 2: 5 ġimgħat Offerta 3: 2 avviżi għal 5 ġimgħat Offerta 4: 13-il ġimgħa Offerta 5: 26 ġimgħa Offerta 6: 52 ġimgħa

€5 €10 €15 €30 €56 €93

ĦLAS B’CASH JEW CHEQUE LIL: Sound Vision Print Ltd, KullĦadd, Avviżi Klassifikati, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun ĦMR 1717.


AVVIŻI

kullħadd.com

AVVIŻI PARTIT LABURISTA Laqgħat ġenerali annwali tas-sezzjonijiet 2016 Il-laqgħat ġenerali annwali tas-sezzjonijiet tal-Għaqda Veterani Laburisti se jsiru hekk: Il-Ħamrun: fl-24 ta’ Frar 2016, fid-9.30am Raħal Ġdid: fid-19 ta’ Frar 2016, fl-10.00am Ir-Rabat: fid-9 ta’ Frar 2016, fis-6.00pm San Ġiljan: fil-11 ta’ Frar 2016, fis-6.00pm Inħeġġu lill-membri rispettivi jattendu għal dawn il-laqgħat. Ħarġa kulturali L-Għaqda Veterani Laburisti tixtieq tavża li l-ħarġa kulturali li jmiss ser tkun attività biż-żfin u se ssir nhar il-Ħamis 25 ta’ Frar 2015, fil-Qawra Palace, il-Qawra. Membri u ħbieb huma mistiedna jiġu magħna. Tluq mill-postijiet tas-soltu fit-8.30am. Biljetti jinkisbu mingħand il-helpers tas-soltu. Għal aktar dettalji tista’ ċċempel lil Veronica Cuschieri – 9948 6416; Connie Green – 7920 1576; u Arthur Vassallo – 98120926. Mistieden speċjali huwa l-Ministru Konrad Mizzi. Fenkata Nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Frar, iċ-Ċentru Laburista tal-Mosta se jorganizza fenkata. Kull minn hu interessat li jattendi għal din l-attività jista’ jikseb il-biljetti mill-bar taċ-ċentru. Id-dħul minn din l-attività se jmur għar-rinnovazzjoni taċċentru.

AVVIŻI ĠENERALI Kamillu Jitlef Rasu – mis-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna talĠilju, l-Imqabba Kamillu Jitlef Rasu hija attività teatrali li se ttella’ li s-Sezzjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju talImqabba, fuq kitba ta’ Emmanuel Francalanza u produzzjoni u direzzjoni tal-istess Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ. Din ir-reċta toħodna f ’għorfa kwieta u sempliċi li sservi bħala d-dar fejn Kamillu u oħtu Karmena jqattgħu il-biċċa l-kbira tal-ġurnata flimkien. Fl-ewwel parti tas-serata ser tittella’ r-reċta bl-isem Pepprina fuq kitba ta’ Trevor Żahra, bis-sehem tat-tfal tal-Junior Club. Din l-attività se tittella’ nhar is-Sibt 27 ta’ Frar 2016, fis-Sala tal-Iskola Primarja tal-Imqabba, Triq Valletta, fis-7.30pm. Riservazzjonijiet isiru fuq in-numru 7740 6720, u aktar informazzjoni tinkiseb missit elettroniku uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com Niltaqgħu mal-Awtur L-Għaqda Filantropika Talent Mosti tistieden lill-pubbliku għal-54 edizzjoni fis-sensiela Niltaqgħu mal-Awtur: George Cini. Is-Sur Cini se jagħti taħdita dwar l-aħħar pubblikazzjoni tiegħu Strada Stretta. Aktar dawl fuq it-triq li darba xegħlet il-Belt, fir-Razzett talMarkiż Mallia Tabone, Ċentru ta’ Kultura Nazzjonali, Triq Wied il-Għasel, il-Mosta, nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Frar 2016 fis-7.00pm. Kulħadd hu mistieden jattendi, u d-dħul hu bla ħlas. Għal aktar tagħrif żur is-sit elettroniku www.talentmosti.com jew il-paġna ta’ Facebook razzett tal-markiż The Return of Play, Learn and Fun ma’ Tal-Gilju Junior Club, l-Imqabba Fuq talba ġenerali l-Junior Club fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba se jorganizza edizzjoni oħra ta’ sensiela ta’ laqgħat għat-tfal kollha tal-Imqabba u l-ħbieb tagħhom intitolati ‘Play, Learn & Fun’. L-għan ta’ dawn il-laqgħat se jkun li t-tfal jilagħbu u jiddevertu flimkien, filwaqt li jitgħallmu xi haġa wkoll. Il-persuni nkarigati ħejjew programm imżewwaq u varjat sew fejn it-tfal se jkollhom diversi attivitajiet f ’ambjent san fosthom krafts, tisjir, kif ukoll ħarġiet. Dawn il-laqgħat se jsiru kull nhar ta’ Sibt u jibdew nhar is-Sibt 5 ta’ Marzu 2016, bejn it-3.00pm u l-4.30pm. Dawk kollha interessati jistgħu jiksbu aktar informazzjoni mis-sit elettroniku tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju u jirriservaw post bin-numru 7946 0156.

21|02|2016 31


32 21|02|2016

kullħadd.com

TEMP GĦAL-LUM

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

19°C

19°C

18°C

13°C

13°C

12°C

04

04

04

Il-Ħamis

Il-Ġimgħa

Is-Sibt

18°C

17°C

17°C

12°C

12°C

12°C

04

04

05

ALMANAKK

RITRATT MILL-ANTIK

L-OGĦLA TEMPERATURA: 18°C L-INQAS TEMPERATURA: 10°C INDIĊI UV: 5 SITWAZZJONI ĠENERALI: Pressjoni għolja testendi min-Nofsinhar ta’ Franza saċ-ċentru tal-Mediterran u l-Libja UV

TEMP: Xemxi VIŻIBBILTÀ: Tajba

BAĦAR: Moderat għal qawwi, lokalment qawwi għall-ewwel, isir moderat mal-lejl IMBATT: Baxx mill-Majjistral TEMPERATURA TAL-BAĦAR: 16°C

UV

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, il-Belt Valletta Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun St Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara Regal Pharmcay, 39B, Triq Antonio Bosio, l-Imsida Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovani Curmi, l-Iklin Medicine Chest Pharamcy, Triq Demitriju Farrugia, Ħal Għargħur Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, il-Mellieħa St Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Gdid Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla San Tumas Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Wied il-Għajn Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa St Andrew’s Pharmacy, 51, Triq San Ġorġ, Ħal Luqa The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzoppardi, is-Siġġiewi Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, ir-Rabat Għawdex

Ritratt: Bay Retro

RIĦ: Moderat għal ftit qawwi millMajjistral, idur mill-Punent Majjistru u jsir qawwi għal xi ħin wara nofsinhar

Triq il-Karmnu, iż-Żurrieq, lura għas-snin sittin

DIN IL-ĠIMGĦA MILL-ISTORJA

23.02.1999 Il-mexxej tar-ribelli Kurdi Abdullah Öcalan ġie akkużat bi tradiment f ’Ankara, it-Turkija

Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, ir-Rabat Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Abela, l-Għarb Servizz ta’ tobba fiċ-ċentri tas-saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta, Raħal Ġdid, u l-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-ċentru tas-saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm, ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-ċentru tassaħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta ta’ identità ma jiġux moqdija.

NUMRI REBBIEĦA LOTTU

19 32 30 35 63 03 17 06

SUPER 5

36 06 43 21 26

GRAND LOTTERY

06 04 04 07 06 08 09

24.02.1920 Ġie mwaqqaf il-Partit Nażist


KOMPETIZZJONI KTIEB

kullħadd.com

21|02|2016 33

KOMPETIZZJONI KTIEB ASPETTI TAT-TRADUZZJONI MALTIJA Introduzzjoni mill-awtur L-istudju tat-traduzzjoni huwa dixxiplina akkademika li normalment wieħed jirreferi għalih fil-plural bħala “l-istudji tat-traduzzjoni” minħabba li bħala dixxiplina akkademika jiġbor fi ħdanu studji differenti relatati ma’ oqsma diversi bħal, ngħidu aħna, it-traduzzjoni letterarja u t-traduzzjoni nonletterarja, il-forom varji tal-interpretar, u t-traduzzjoni awdjoviżiva. Barra minn hekk, id-dixxiplina akkademika tal-istudji tat-traduzzjoni tħaddan fiha attivitajiet ta’ riċerka f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ żvilupp teoretiku u ma’ ħidma prattika. Għaldaqstant, illum inqisu l-istudji tattraduzzjoni bħala dixxiplina koerenti ta’ riċerka akkademika li tiddilja mal-istudju sistematiku tat-teorija, tad-deskrizzjoni, u tal-applikazzjoni tat-traduzzjoni, tal-interpretar, u tallokalizzazzjoni. Nifhmu fl-istess ħin li s-suġġett tal-istudji tat-traduzzjoni huwa interdixxiplinarju għax jissellef minn oqsma akkademiċi oħra different li jwieżnu t-traduzzjoni (bħallingwistika, l-istorja, il-kritika letterarja, l-istilistika, is-semijotika, ix-xjenza talkompjuter, it-terminoloġija, it-teorija tal-komunikazzjoni, l-antropoloġija, ilfilosofija, is-soċjologija, il-psikoloġija, l-istudji kulturali). Dan il-ktieb jagħfas fuq ittraduzzjoni letterarja u għaldaqstant jissellef l-aktar mill-istilistika, ilkritika letterarja, u l-istudji kulturali li min-naħa tagħhom jissellfu minn oqsma akkademiċi oħra. Nemmen bi sħiħ li t-traduttur letterarju jrid ikun riċerkatur fil-lingwa u fil-kultura tattest li jkollu f ’idejh. L-iskop ewlieni, għalhekk, huwa li jiġi eżaminat il-mod kif qiegħed jitħaddem ilMalti meta jrid jinterpreta l-ħsibijiet letterarji mfissra oriġinarjament u kreattivament bl-Ingliż. Dan kollu jitlob li wieħed jittawwal ftit lejn xi aspetti teoretiċi. Jiġifieri se nuri minn liema proċessi jgħaddi l-Malti f ’attività li tinvolvi t-traduzzjoni. Bħala riċerka akkademika, kull studju meqjus f ’dan il-ktieb huwa deskrittiv u esperimentattiv sabiex jingħata dak li

jeżisti fil-lingwa u jinħarġu għad-dawl ukoll xi possibbiltajiet lingwistiċi li jistgħu jinħolqu fil-Malti. It-tradutturi bħala riċerkaturi jkollhom iħabbtu wiċċhom ma’ diversi problemi essenzjali. Pereżempju, meta tuża Malti Semitiku u meta tuża Malti non-Semitiku? Liema varjetà talMalti jaqbel tintuża? Xi stil joqgħod għat-test li qed jinħadem? Min hu l-pubbliku mira? Jista’ t-traduttur jissodisfa lil kulħadd? Teżisti ‘l-aħjar traduzzjoni’? Il-possibbiltà tat-traduzzjoni trid tingħaraf bħala realtà soċjali u allura l-mistoqsija tagħna xi darba trid iddur fuq kemm ikun ittraduċa tajjeb traduttur. Traduzzjoni hija s-sostituzzjoni ta’ materjal testwali f ’lingwa b’materjal testwali ekwivalenti f ’lingwa oħra. L-ikbar biċċa xogħol li għandu traduttur hija sabiex isib l-ekwivalenza li tipproduċi l-istess effetti fit-test tradott bħal dawk li l-awtur fittex li jipproduċi fittest oriġinali. Meta l-lingwa sors u l-lingwa mira jkunu ta’ gruppi kulturali differenti, l-ewwel problema li jrid iħabbat wiċċu magħha t-traduttur hija biex isib termini fil-lingwa mira li jesprimu livell għoli ta’ fedeltà lejn it-tifsir ta’ ċertu kliem fil-lingwa sors. Pereżempju, fejn jidħlu kunċetti relatati ma’ xogħlijiet li ssibhom fil-kultura tal-awtur, ittraduttur irid joqgħod b’seba’ għajnejn kif se jġibhom fil-kultura tiegħu. Barra minn hekk, insibu limitazzjonijiet interlingwistiċi oħra li jistgħu jipproduċu xi ambigwità. Fosthom insemmu l-pun (jew logħob bil-kliem) u t-titli tal-istejjer u rumanzi li kultant ikollhom ambigwitajiet intenzjonati, u li x’aktarx ikunu diffiċli jew impossibbli biex tittraduċihom. B’eżempju nsemmu r-rakkont awtobijografiku ta’ Dave Pelzer, A Child Called ‘It’ (1995), li jiddeskrivi l-abbuż sever u aħrax ta’ omm alkoħolika fuq binha li tittrattah bħala lsir – imma fl-oriġinal irridu nibdew naqraw ir-rakkont sabiex inkunu nafu li child huwa ‘tifel’; u mbagħad meta l-omm lil dan it-tifel ma tibqax tarah bħala ‘tifel’ imma bħala ‘it’, ittraduttur Malti jkollu problema kbira biex jittraduċi għax il-pronom newtru

Ingliż ma jeżistix fil-grammatika Maltija. Eżempju ta’ pun f ’titlu huwa Judging Amy li fl-oriġinal ifisser kemm ‘Amy tiġġudika’ u kemm ‘Amy li tiġi ġġudikata’. Filwaqt li nifhem x’jimplika l-għajdut “traduttur-traditur”, dan il-ktieb jemmen bis-sħiħ li traduttur jista’ jkun salvatur kulturali għal nazzjon għax jgħaqqad lill-qarrej targit ma’ dinjiet u perjodi differenti minn tiegħu. U t-traduttur-salvatur kultant jagħmilha ta’ medjatur ukoll b’kummentarji kulturali u lingwistiċi li jakkumpanjaw it-traduzzjoni filwaqt li jibqa’ jagħti doża tat-test oriġinali b’mezzi li jinftehmu mill-udjenza li tkun se taqra t-test tradott. Huwa fatt kulturali li mingħajr ittraduzzjoni l-kittieba, il-ħassieba, u l-istudjużi ma kienx ikollhom wisq influwenza fuq id-dinja. Millbanda l-oħra lanqas ma kien ikun sew li kieku l-qarrejja biss ta’ lingwa partikulari kien ikollhom aċċess għallkitbiet b’dik il-lingwa għax it-tpartit u l-krossfertilizzazzjoni tal-ideat u t-teoriji kienu jonqsu ħafna. B’hekk

qegħdin ngħidu li hemm ħtieġa għattraduzzjoni letterarja biex tinbena l-kultura, għax bit-traduzzjoni nifhmu t-teoriji, l-opinjonijiet, u l-ġrajjiet ta’ ħassieba, skulari, u kittieba f ’pajjiżi u f ’iżmna oħra. Fl-istess ħin, awtur ta’ żmien jew post ieħor jibqagħlu d-dritt li jibqa’ jinstema’. Il-ħtieġa għat-traduzzjoni tinħass ħafna meta jkun hemm differenzi kbar bejn il-kultura tal-ewwel lingwa u dik tat-tieni lingwa bħal, ngħidu aħna s-Sanskrit u l-Ingliż Qadim. Waħda mill-isfidi għat-traduttur (biex nieħdu eżempju) hija kif se jaqleb l-ismijiet ta’ kultura mbiegħda ħafna fiż-żmien u l-mentalità mill-kultura tat-tieni lingwa. U hawn ikollu jieħu deċiżjoni minn diversi strateġiji bħat-transliterazzjoni, it-trasferenza, l-innovazzjoni, u l-parafrasi. Xogħol tradott għall-Malti għandu jitqies bħala sistema integrali u attiva fil-letteratura Maltija għax jipparteċipa b’mod operattiv tant li kultant jinħass bħala parti essenzjali tal-qawwiet innovatorji u fl-istess waqt iħaddem ir-riżorsi letterarji tal-Malti.

Mistoqsija: Fuq xiex jiffoka dan il-ktieb? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ĊNL, Triq Mile End, il-Ħamrun, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb: Aspetti tat-Traduzzjoni Maltija, ġentilment ipprovdut minn Horizons. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 28 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta. mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, eskluż festi pubbliċi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb Giuseppe Donati and Umberto Calosso – Two Italian Anti-Fascist Refugees in Malta huwa: J. CAMILLERI – Birżebbuġa


34 21|02|2016

kullħadd.com

LOGĦOB

TISLIBA BIN-NUMRI POĠĠI N-NUMRI F’POSTHOM Bi 3 Numri 034 296 454 650 712 732 785 800 B’4 Numri 0723 1368 1903 2046 2083 2188 2385 2556 2706 2896 3001 3240 3601 3708 3822 4060 4095 4779 5873 6076

6212 6562 6841 6897 6906 7041 7416 7833 7958 8092 8115 8308 8365 8891 8950 9616 B’5 Numri 00378 05226 13423 17215 17230 22711 29812 31830 35678 40450 41137 41531 52382 61025

65367 68153 68309 70873 86332 88989 91176 99771 B’6 Numri

5054581 7627281 9643811 Bi 8 Numri 09542179 17800186 68326825 97669566

568200 600866 B’7 Numri 0518993 2321228 3032043 IR-RIŻULTAT TAL-ĦADD LI GĦADA

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ xampù u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħata lil: KOMPETIZZJONI WELLA KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz:

Rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: D. SANT – il-Mellieħa

KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA ]

4

Ġemma’ sitt kupuni u ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI CENTRO CASALINGA, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Isem: Indirizz: Nru tal-kartà tal-identità:

Nru tat-telefown:


LOGĦOB

21|02|2016 35

kullħadd.com

IRBAĦ €25 FI FLUS

111

Ibgħat dawn iż-żewġ kompetizzjonijiet f ’daqqa fl-indirizz: IRBAĦ €25 FI FLUS, KullĦadd, Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End, il-Ħamrun, ĦMR 1717. Idħol biċ-ċans li tirbaħ magħna.

TISLIBA Mimdudin:

1. 4. 7,16. 9. 10. 12. 16. 18,19. 19. 20. 21. 23. 24.

Tnejn minnhom jagħmlu tnax (5) Hemm ħafna Ħal Qormi (4) Min jaqla’ jħallasha (5) Ħares (3) Ittaqqab bih (6) Ftit ilu ntemm festival tiegħu (6) Ara 7 Mhux sodisfatt (5) Ara 18 Raħal il-fniek imsajrin u l-frawli (5) Isem (3) Ara 2 Posta (5)

Weqfin:

1. 2,23. 3,21. 5. 6. 8. 11,17. 12,22. 13. 14. 15. 17. 21. 22.

Tnax u ħamsa (6) Tgħannaq? (7) Kunjom (6) Ngħiduha lill-mejtin bl-Ingliż (1,1,1) Soru Ingliża (3) Mingħalih xi ħaġa (9) Ikel ta’ żmien l-aħħar gwerra (5) Tferraħ fil-festa (5) L-ewwel tlieta ta’’ riġment (3) Imweġġa’ (6) Sinjali? (6) Ara 11 Ara 3 Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA Mimdudin:

Weqfin:

1.Klabb, 4.Trid, 7,23. Antika, 9,21 wieqfa. Avukat, 10.Nixtri, 12.Mirdum, 16,15. Reazzjoni, 18.Tu, 19.Azz, 20.Qabad, 24.Arani

1.Klamar, 2,5.Adurat, 3,6. Bandli, 8.Niddubita, 11.Si, 12,21 mimduda. Makku, 13.RTA, 14.Maduma, 17.Euk, 22.Urk

QED TAGĦRAFHOM? Fir-ritratt hemm żewġ uċuħ f’wiċċ wieħed. Qed tagħrafhom? Ħjiel: Żewġ kantanti li bdew il-karriera tagħhom fis-snin ħamsin. L-inizjali tagħhom huma: D.R. u E.J. Personalità 1: Personalità 2: Isem: Indirizz: Nru tat-telefown:

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

Kull l-aħħar Ħadd tax-xahar il-premju ta’ €25 jiżdied għal €100! Sabiex tipparteċipa ibgħat din il-paġna bħas-soltu. Apparti minn hekk żomm il-logos tal-KullĦadd tal-ġimgħat ta’ qabel, billi tqasqashom mill-ewwel paġna tal-gazzetta bid-data tal-ħarġa tidher, u tibgħathom flimkien ma’ din il-paġna. Eżempju: Ibagħtu l-paġna ta’ din il-logħba ta’ nhar it-28 ta’ Frar flimkien mal-logos tal-ħarġiet tas-7, 14, u 21 ta’ Frar.

RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA L-OĦRA

Kate Winslet

Ir-rebbieħ tal-ġimgħa l-oħra: M. SCICLUNA – il-Fgura L-ittri rebbieħa jintbagħtu fix-xahar ta’ wara li tkun intrebħet il-kompetizzjoni.

Celine Dion


36 21|02|2016

kullħadd.com

SPORTS

Joseph Scicluna fuq KTM Nhar il-Ħadd 14 ta’ Frar 2016 Scicluna t-tnejn fuq muturi l-Assoċjazzjoni Sport Muturi KTM iddominaw il-pole u Karozzi organizzat ir- position b’Debono jispiċċa raba attività mill-Kampjonat fuq quddiem segwit minn ASMK Enduro Pasta Poiatti Scicluna u Elvin Debono li 2015/2016 bl-appoġġ ta’ wkoll kien qed isuq mutur Dunlop Tyres. L-attività KTM. Fl-ewwel heat rajna ġiet organizza f ’Barriera fil- lil Elvin Debono jkompli Fawwara u dan grazzi għal itejjeb il-ħin tiegħu filwaqt Schembri Barbros u Polidano li Scicluna spiċċa biex waqa’ Group li ppermettew li nużaw pożizzjoni. Fit-tieni heat il-Barriera għall-Enduro. komplejna nassistu lill Gary Il-Kumitat organizzattiv Debono jkompli itejjeb ilirnexxielu jagħmel korsa twila ħin tiegħu drastikament fejn tliet kilometri li offriet sfidi għalaq il-ġurnata u rebaħ ildifferenti kemm għal dawk klassi b’ħin ta’ 6 minuti 39.88 li ħadu sehem l-ewwel darba sekondi segwit minn Scicluna kif ukoll għall-kompetituri fejn ukoll għamel titjib filregolari. Minkejja li kienet ħin biex il-pożizzjoni li tilef ġurnata tal-maħbubin u li fl-heat jirnexxielu jirkupraha. żammet diversi kompetituri Scicluna għalaq il-ġurnata blmilli jattendu, 18-il kompetitur aħjar ħin tiegħu ta’ 7 minuti irreġistraw għal din l-attività 15.70 sekondi. Fit-tielet post maqsuma f ’żewġ klassijiet. daħal Elvin Debono bl-aħjar Ħarsa lejn il-ġurnata fejn fil- ħin tiegħu ta 8 minuti 4.10 pole position Klassi A rajna sekondi. lil Gary Debono u Andre Fi Klassi B rajna taqtigħa

interessanti bejn Matthew Gauci fuq mutur Sherco. Joseph Scicluna u Bernard Sammut, it-tnejn fuq muturi KTM, matul il-pole position rajna lil Gauci bi problema fir-rota ta’ quddiem fejn minkejja dan xorta rnexxielu jagħmel l-aħjar ħin matul il-pole. Fl-ewwel heat talġurnata komplejna nassistu lill Gauci, Scicluna u Sammut ikomplu itejbu l-ħin tagħhom u jiddefendu posthom. Matul din il-heat daħal fix-xena Wayne Zahra fuq mutur KTM li tejjeb il-ħin tiegħu drastikament. Zahra spiċċa din il-heat isegwi lil Scicluna. It-tieni heat kienet waħda ta’ tensjoni fejn kollox kien għadu indeċiż f ’din il-klassi bejn Gauci u Scicluna, b’dan tal-aħħar itejjeb il-ħin tiegħu sew tant li spiċċa rebaħ din il-klassi bl-aħjar ħin tiegħu 6 minuti 12.15 sekondi segwit

Matthew Gauci fuq Sherco min Gauci bl-aħjar ħin ta’ 6 Sportiv tal-Assoċjazzjoni minuti 15.13 sekondi. Fit- f ’Ta’Qali. tielet post spiċċa Ian Scicluna Intant ftit tal-jiem ilu, fuq mutur KTM wara li tejjeb l-Assoċjazzjoni organizzat il-ħin tiegħu fejn għalaq Dinner Presentation 2016 il-ġurnata 6 minuti 44.49 fejn ġew onorati ir-rebbieħa sekondi. Sammut spiċċa fir- tal-2015 kif ukoll diversi raba’ post b’ħin ta’ 6 minuti unuri oħra fosthom tħabbru 51.58 sekondi filwaqt li Zahra tliet membri onorarji ġodda kellu jagħlaq il-ġurnata fil- li se jidħlu ma’ dawk eżistenti. ħames post b’ħin ta’ 6 minuti L-attività saret fl-Kulleġġ 53.80 sekondi. Santa Klara f ’Pembroke Il-premju overall sponsorjat bl-appoġġ tal-Ministru talminn Dunlop Tyres għall- Edukazzjoni, tas-Segretarju ewwel darba f ’dan l-istaġun Parlamentari għall-Isport, kien mirbuħ minn Joseph il-General Soft Drinks Scicluna fuq muturi KTM. Dan Marketing Ltd, Delicata irnexxielu jegħleb lil Matthew Winemaker u Pasta Poiatti. Gauci fuq mutur Sherco bi Aktar informazzjoni wieħed ftit inqas minn tliet sekondi. jista’ jsibha fis-sit elettroniku Il-President tal-Enduro Eddie tal-Assoċjazzjoni www. Bonello ppreżenta t-trofew asmk.org.mt jew fil-paġni ta’ lir-rebbieħa kollha u ħabbar Facebook bl-isem A.S.M.K. li attività oħra Enduro se Malta jew Assoċjazzjoni Sport ssir nhar il-Ħadd 6 ta’ Marzu Muturi u Karozzi. Wieħed 2016. Din ser tkun qed tiġi jista’ jagħmel kuntatt bl-email organizzata fil-Kumpless info@asmk.org.mt

SHOOTING HOOPS FOR SOCIAL INCLUSION Aktar kmieni din ilġimgħa, is-Segretarju Parlamentari għarRiċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius żar l-attività Shooting Hoops for Social Inclusion li kienet organizzata fil-Kumpless Sportiv tal-Università mill-Isport & Social Inclusion Sub Committee fi ħdan il-Pulse Policy Forum. Din l-attività saret b’kollaborazzjoni mal-Wheelchair Basketball Association. Is-Segretarju Parlamentari Agius faħħar din l-inizjattiva ta’ dawn iżżgħażagħ biex iqajmu kuxjenza dwar l-inklużjoni soċjali permezz tal-isport. Waqt din l-attività ħadu sehem rappreżentanti minn 17-il organizzazzjoni universitarja. Din l-attività kellha għanijiet diversi fosthom li titfa’ liż-

żgħażagħ fiż-żarbun ta’ persuna b’diżabilità u tlaqqa’ l-organizzazzjonijiet differenti fi ħdan l-Univeristà ta’ Malta. Din ma kinitx l-ewwel attività li organizza dan is-sottokumitat hekk kif is-sena li għaddiet organizza attività fil-ħabs taż-żgħażagħ fejn l-għan kien li bl-isport tkun miġġielda d-delinkwenza miż-żgħażagħ. Minbarra hekk, il-membri tal-Isport & Social Inclusion Sub Committee ddiskutew u taw ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom għal aktar attività fiżika li biex tkun iffaċilitata l-inklużjoni soċjali. Issottokumitat diġà għandu pjani għal aktar attivitajiet simili fil-futur qrib. Il-fondi kollha li nġabru f ’din l-attività marru għall-kampanja tal-Malta Community Chest Fund Solidarjetà bl-Isports.

Rittrati: MARIO MICALLEF

SCICLUNA JIRBAĦ FUQ GAUCI B’3 SEKONDI


LOKALI

kullħadd.com

21|02|2016 37 REBĦA DRAMMATIKA GĦAL BALZAN

IL-PREMIER LEAGUE MALTI 2 1

HIBERNIANS QORMI

6 0

FLORIANA NAXXAR L.

4 0

TARXIEN R. SLIEMA W.

0 1

Ritratti: STEPHEN GATT

BALZAN PEMBROKE A

Lydon Micallef (B) imdawwar mid-difensuri ta’ Pembroke A.

Fl-ewwel logħba li kien hemm ilbieraħ fil-Hibernians Stadium it-tim ta’ Balzan irnexxielu jegħleb lil dak ta’ Pembroke bl-iskor ta’ 2-1 b’gowl skurjat lejn l-aħħar ta’ dan il-konfront. Fis-17-il minuta żblokka r-riżultat tal-partit hekk kif Balzan marru filvantaġġ. Kien cross ta’ Alan da Silva Souza lejn Lydon Micallef li dan ikkonkluda fix-xibka b’xutt fil-baxx. Pembroke rreaġixxew fl-24 minuta meta minn free-kick ta’ Paltemio Barbetti, id-daqqa ta’ ras minn qagħda tajba ta’ Owen Bugeja għaddiet ftit barra. Pembroke ġabu d-draw fid-29 minuta meta azzjoni ta’ Manolito Micallef, dan ikkrossja l-ballun lejn Ariel Laudisi li kkonkluda tajjeb fix-xibka minkejja t-tentattiv ta’ Cassar li jżomm il-ballun milli jaqbeż il-linja. B’hekk l-ewwel taqsima spiċċat f ’parità ta’ 1-1. Fis-47 minuta kienu Balzan li reġgħu kienu perikolużi meta pass ta’ Micallef lejn Steve Bezzina, dan ikkrossja u Bugeja, fittentattiv li jbiegħed il-ballun, kien għoddu xeħtu fix-xibka tiegħu stess iżda Mario Muscat irnexxielu jsalva. Fil-71 minuta l-istess Balzan resqu viċin ħafna li jmorru fil-vantaġġ meta minn cross ta’ Pawlu Fenech, id-daqqa ta’ ras ta’ Micallef ħabtet mal-mimduda u l-ballun baqa’ sejjer barra. Balzan fallew opportunità tad-deheb meta fit-78 minuta Bojan Kaljevic twaqqa’ fil-kaxxa minn Zoran Levanic, iżda x-xutt tal-istess plejer mill-11-il metru mar barra. Minkejja li fit-82 minuta Balzan spiċċaw jilagħbu bi plejer inqas, kien huma li skurjaw il-gowl tar-rebħa fis-87 minuta meta minn corner ta’ da Silva Souza, fit-tentattiv li jbiegħed il-ballun, Rennie Tanti tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess. Tmiem drammatiku f ’din il-logħba hekk fil-ħin miżjud, Pembroke setgħu ġabru d-draw iżda d-daqqa ta’ ras kienet maqlugħa minn fuq il-linja minn Fenech. Referee: Philip Farrugia NAXXAR UMILJATI MINN FLORIANA

Pedro Calcado (B) u Zoran Levnaic (P) jiddefendi

Fl-ewwel logħba li kien hemm ilbieraħ fil-Victor Tedesco Stadium, it-tim ta’ Naxxar safa umiljat minn dak ta’ Floriana hekk kif illogħba spiċċa bl-iskor ta’ 4-0. Kienu l-istess Floriana li ħolqu l-ewwel azzjoni wara 4 mintu meta minn xutt barra l-kaxxa ta’ Emanuel Briffa, il-ballun ħabat mad-difensur Andrew Scicluna u l-ballun spiċċa f ’corner. Fl-20 minuta nfetaħ l-iskor tal-logħba u Floriana marru fil-vantaġġ. Kien cross ta’ Briffa bid-difiża ta’ Naxxar tbiegħed il-ballun li spiċċa Chiesa, li minn barra l-kaxxa tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka. L-ewwel azzjoni għal Naxxar waslet fl-24 minuta meta minn cross ta’ Tasic lejn Vallecillo li minn qagħda perfetta laqat ħażin il-ballun bil-konsegwenza li spiċċa barra. Fit-27 minuta azzjoni oħra għall-Greens meta xutt minn qagħda angolata ta’ Monticelli, il-ballun reġa’ ħabat ma’ Scicluna u Gallinetta sakemm spiċċa f ’corner. Ċans tad-deheb għal Naxxar biex iġibu l-gowl tad-draw wasal man-nofs siegħa logħob meta Vallecillo qassam lil Duane Bonnici, b’dan tal-aħħar reġa’ qassam lil Vallecillo li waħdu quddiem Calleja Cremona laqat il-ballun ħażin u spiċċa barra. Qabel intemmet l-ewwel taqsima, Floriana rduppjaw meta minn xutt ta’ Piciollo, il-ballun ħabat mad-difiża u spiċċa għand Steve Pisani li minn qagħda angolata fajjar xutt b’saħħtu għal ġox-xibka. Fit-tieni taqsima Naxxar ippruvaw joħolqu reazzjoni meta fil-55 minuta corner ta’ Jurgen Debono li wasal għand Scicluna li mill-viċin il-ballun mar barra. Kwarta mit-tmiem wasal it-tielet gowl ta’ Floriana wara azzjoni personali ta’ Monticelli li qassam il-ballun lejn Fontanella li mill-viċin ma żbaljax. Il-Greens issiġillaw ir-rebħa fit-88 minuta meta pass tas-sostitut Firas Abulezz lejn Piciollo, u dan mill-viċin tefa’ l-ballun wara Gallinetta għar-raba’ darba.

Agius Daniel (F) f ’konfront mal-gowler ta’ Naxxar L. Alberto Gallinetta

Ennio Matthews Hamutenya (N) u Steve Pisani (F)

IL-PREMIER LEAGUE MALTI

Referee: Sandro Spiteri

KLASSIFIKA

Hibernians Valletta Balzan Floriana Birkirkara Tarxien R. Sliema W. Mosta Pembroke A. Naxxar Lions Qormi St. Andrews

L 23 22 23 23 22 23 23 22 23 23 23 22

R 16 17 15 13 12 10 8 8 7 4 2 1

D 5 2 3 3 6 7 3 6 4 2 3 2

T 2 3 5 7 4 6 12 8 12 17 18 19

F K +/- Pti 59 25 +34 28 49 21 +28 27 44 22 +22 26 40 25 +15 23 41 20 +21 21 37 18 +19 19 32 36 -4 15 29 33 -4 15 34 41 -7 13 22 58 -36 7 19 55 -36 5 14 66 -52 3

LOGĦOB GĦAL-LUM

Stadium Nazzjonali Birkirkara v Mosta Valletta v St Andrews

14.00 16.00


38 21|02|2016

kullħadd.com

FA CUP

ewwel ħdax minħabba injury fil-hamstring. Terry, li rebaħ l-FA Cup ħames darbiet, ukoll kien nieqes mil-logħba fiċChampions League kontra Paris Saint-Germain bl-istess injury li sofra s-Sibt li għadda fil-Kampjonat Ingliż kontra Newcastle United. Min-naħa tagħhom, Man. City għandhom biss tlettax-il plejer titulari minn fejn jagħżlu, hekk kif Manuel Pellegrini sostna li qed jagħti prijorità lil-logħba ta’ nhar l-Erbgħa li ġej kontra Dynamo Kiev.

Il-gowler ta’ Hull Eldin Jakupovic, il-plejer tal-logħba tal-bieraħ ARSENAL V HULL CITY Il-gowler ta’ Hull City Eldin Jakupovic kien protagonista lbieraħ hekk kif wettaq għadd ta’ saves biex żamm lit-tim tiegħu fil-kompetizzjoni tal-FA Cup wara draw ta’ mingħajr gowls kontra l-holders Arsenal. Fil-mitt logħba ta’ Arsene Wenger f ’din il-kompetizzjoni, l-aktar darba li marru viċin ilGunners kienu meta l-istess gowler ta’ Hull irnexxielu jxellef il-ballun mal-lasta wara free-kick ta’ Joel Campbell. Jakupovic ukoll irnexxielu jrażżan l-isforzi ta’ Danny Welbeck bi bravura kbira. Kemm Alex Iwobi, Theo Walcott kif ukoll is-sostitut Alex OxladeChamberlain ukoll kellhom

għadd ta’ opportunitajiet biex isibu x-xibka. F’din il-logħba, Jakupovic għamel total ta’ 11-il save fil-partita, l-aktar gowler li għamel saves kontra Arsenal dan l-istaġun. B’hekk, din il-logħba se tkun deċiża f ’replay li din iddarba se tkun qed tintlagħab filKC Stadium. CHELSEA V MAN. CITY L-interim manager ta’ Chelsea Guus Hiddink wiegħed li se jkun qed iħares lejn din ilkompetizzjoni tal-FA Cup b’rispett u qal ukoll li se jkun qed jagħżel l-aħjar tim tiegħu biex jiffaċċja lil Man. City illum fi Stamford Bridge. Madankollu, il-captain ta’ dan it-tim, John Terry, mhux se jkun mal-

SERIE A RIŻULTATI TAL-ĠIMGĦA Bologna

v Juventus 0 - 0

RIŻULTATI TAL-BIERAĦ Verona Inter

v Chievo 3 - 1 v Sampdoria Tard

LOGĦOB GĦAL-LUM Atalanta Genoa Sassuolo Torino Frosinone Roma

v Fiorentina 15.00 v Udinese 15.00 v Empoli 15.00 v Carpi 15.00 v Lazio 18.00 v Palermo 20.45

LOGĦOB GĦAL GĦADA Napoli

v Milan 21.00

KLASSIFIKA Tim Juventus Napoli Fiorentina Roma Inter* Milan Lazio Sassuolo Bologna Empoli Torino Chievo Atalanta Udinese Palermo Sampdoria* Genoa Frosinone Carpi Hellas Verona

L 26 25 25 25 25 25 25 25 26 25 25 26 25 25 25 25 25 25 25 26

R 18 17 15 13 13 12 10 8 10 9 8 8 7 7 7 6 6 6 4 2

D 4 5 4 8 6 7 6 11 4 7 7 7 8 6 5 7 7 4 7 12

T 4 3 6 4 6 6 9 6 12 9 10 11 10 12 13 12 12 15 14 12

* Il-pożizzjonijiet ivarjaw minħabba li r-riżultat inħareġ wara li morna għall-istampar.

F 46 53 44 47 31 37 34 29 29 30 33 31 23 21 27 36 25 26 23 24

K 15 20 24 27 22 27 34 29 31 34 33 36 27 38 42 43 30 51 43 43

P 58 56 49 47 45 43 36 35 34 34 31 31 29 27 26 25 25 22 19 18

SPORTS

RIŻULTATI TAL-BIERAĦ Arsenal

v Hull City 0 - 0

Reading

v West Brom 3 - 1

Watford

v Leeds United 1 - 0

Bournemouth

v Everton

0-2

LOGĦOB GĦAL-LUM Blackburn

v West Ham 15.00

Tottenham

v Crystal Palace 16.00

Chelsea

v Manchester City 17.00

LOGĦOB GĦAL GĦADA Shrewsbury

v Man. United 20.45

KLASSIFIKA PREMIER LEAGUE

SHREWSBURY V MAN. UNITED Louis van Gaal se jkun iffaċċjat bi problema kbira ta’ għażla hekk kif xejn inqas minn erbataxil plejer titulari mhumiex disponibbli għal-logħba ta’ għada kontra Shrewsbury. Ilgowler David de Gea saritlu scan nhar il-Ġimgħa li għadda wara li sofra injury fl-irkoppa waqt il-warm-up fil-logħba kontra FC Midtylland. Il-United għandhom barra wkoll lil Wayne Rooney, Marouane Fellaini, Camerone Borthwick-Jackson u Matteo Darmian, fost oħrajn. Donald Love, li kien kostrett li jilgħab minħabba l-lista twila ta’ injuries, mhuwiex eliġibbli li jilgħab minħabba li diġà lagħab ma’ tim ieħor f ’din ilkompetizzjoni.

Tim L Leicester City 26 Tottenham Hotspur 26 Arsenal 26 Manchester City 26 Manchester United 26 Southampton 26 West Ham United 26 Liverpool 26 Watford 26 Stoke City 26 Everton 26 Chelsea 26 Crystal Palace 26 West Brom 26 AFC Bournemouth 26 Swansea City 26 Norwich City 26 Newcastle United 26 Sunderland 26 Aston Villa 26

R 15 14 15 14 11 11 10 10 10 10 8 8 9 8 7 6 6 6 6 3

D 8 9 6 5 8 7 10 8 6 6 11 9 5 8 7 9 6 6 5 7

T 3 3 5 7 7 8 6 8 10 10 7 9 12 10 12 11 14 14 15 16

F 48 47 41 48 33 34 40 38 29 27 46 38 27 24 30 24 30 27 32 20

ATALANTA V FIORENTINA

PUNTI OĦRA

Fiorentina se jkunu qed jimmiraw li jikkonsolidaw it-tielet post, iżda Atalanta mhumiex tim faċli li tegħleb meta jkunu qed jilagħbu f ’darhom. Atalanta għadhom kemm ġejjin minn draw meritat ta’ 0-0 kontra Sampdoria l-ġimgħa l-oħra, fejn minkejja li ddefendew tajjeb, ma kinux daqstant effiċjenti flattakk. Fiorentina, se jkunu qed jilagħbu din il-logħba f ’forma tajba, wara li ilhom ħames logħbiet wara xulxin mhux megħluba inkluż kontra r-rivali Inter għall-postijiet fiċ-Champions League, bir-rebħa ta’ 2-1 b’gowl fl-aħħar minn Khouma Babacar, f ’konfront missielet ferm. Din kienet l-ewwel rebħa għall-Viola dan l-istaġun, wara li kienu minn taħt, taħt il-kowċ Paulo Sousa.

“JOSE MOURINHO SEJJER MANCHESTER”

ROMA V PALERMO Wara konfront iebes kontra Real Madrid fiċChampions League, Roma jridu bilfors jerġgħu jibdew jirbħu kontra Palermo, li dawn tal-aħħar se jkollhom lura lil Beppe Iachini fuq il-bank tas-sostituti. IlGiallorossi rnexxielhom jaslu għal dan il-konfront wara erba’ rebħiet infila fil-Kampjonat Taljan u dan bis-saħħa tar-ritorn ta’ Luciano Spalletti lura fl-Istadio Olimpico. Spalletti rnexxielu jġib lura l-fluwidità flattakk kif ukoll saħħaħ nofs il-grawnd. Min-naħa l-oħra, Palermo jinsabu għaddejjin minn perjodu ħażin wara li ilhom ma jirbħu logħba għal dawn l-aħħar erba’ logħbiet fis-Serie A. It-telfa tal-ġimgħa l-oħra kontra Torino reġgħet tefgħethom fiż-żona tar-relegazzjoni u żgur li ma jaffordjawx telfa oħra. NAPOLI V MILAN Il-logħba ta’ għada se tkun test diffiċli għal Napoli hekk kif bħalissa għadhom ġejjin minn żewġ telfet infila fil-kompetizzjonijiet kollha, hekk kif se jkunu qed jilqgħu lil Milan fis-San Paolo. Dawk kollha li akkużaw lil Napli li jserrħu biss fuq Gonzalo Higuain, ħadu r-risposta l-ġimgħa l-oħra hekk kif hu u t-tim tiegħu fallew milli jiskurjaw. Madankollu, it-tim ta’ Maurizio Sarri kien sfortunat li ħareġ b’idu vojta mill-konfront kontra r-rivali għat-titlu Juventus. Għaldaqstant, it-tim ta’ Milan jidher li reġa’ sab il-forma hekk kif reġa’ lura għal sistema ta’ 4-4-2 b’M’Baye Niange u Carlos Bacca fuq quddiem. Dan ippermettilhom biex jitilfu logħba waħda biss mill-aħħar tnax u bħalissa jinsabu ftit punti ‘l bogħod minn Inter.

K 29 20 23 28 24 24 31 36 28 32 35 36 32 32 44 34 50 49 50 46

P 53 51 51 47 41 40 40 38 36 36 35 33 32 32 28 27 24 24 23 16

Ilbieraħ id-direttur ta’ Inter Bedy Moratti, li tiġi oħt l-eks President tal-istess tim Massimo Moratti, żelqitilha li Jose Mourinho jinsab kuntent u se jkun qed jingħaqad ma’ Manchester United. Hi tat dawn il-kummenti lill-ġurnalisti hekk kif kienet għadha tispiċċa minn lunch meeting mal-istess Mourinho u familtu. “U żgur huwa minn dejjem kien persuna fantastika u hawnhekk inħossu n-nuqqas tiegħu ħafna. Allura dan ifisser li jista’ jkun li jista’ jerġa’ jingħaqad ma’ Inter? Le, huwa jinsab kuntent, u sejjer ma’ Manchester,” kienu l-kliem eżatti ta’ Moratti. Mourinho bħalissa jinsab f ’Milan wara li kien mistieden minn Moratti biex jsegwi l-logħba tal-bieraħ ta’ Inter kontra Sampdoria. PIERRE-EMERICK AUBAMEYANG IRID LIL REAL MADRID L-attakkant ta’ Borussia Dortmund Pierre-Emerick Aubameyang mhux mistenni li jingħaqad ma’ xi klabb fil-Premier League u dan għax jixtieq li jingħaqad ma’ Real Madrid. Dan l-attakkant mill-Gabon, li skurja 30 gowl fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun, spiss beda jissemma li f ’Jannar seta’ jingħaqad ma’ Arsenal fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar. Riċentament, beda jissemma wkoll li dan il-plejer seta’ kien fil-mira ta’ Manchester United, hekk kif skont il-gazzetta Manchester Evening News, dan il-klabb flimkien mar-Real Madrid u PSG, se jkunu qed jikkompetu għas-servizzi tiegħu s-sajf li ġej. Iżda Aubmeyang kien għamel wegħda lil missieru qabel miet li xi darba se jkun qed jilgħab ma’ Real Madrid. MAN. CITY JURU INTERESS F’ILKAY GUNDOGAN Qed ikun irrapportat li Manchester City qegħdin kulma jmur iżidu l-interess tagħhom fil-midfielder ta’ Borussia Dortmund. It-tim Taljan ta’ Juventus kien interessat f ’dan il-plejer ta’ 25 sena waqt is-suq ta’ trasferimenti ta’ Jannar imma Dortmund kienu qalulhom li mhuwiex għall-bejgħ. Is-sorsi ta’ Sky fl-Italja jemmnu li, issa, il-leaders tas-Serie A issa se jkollhom jikkompetu għasservizzi tiegħu hekk kif fix-xena daħlu wkoll Manchester City kif ukoll Barċellona. Huwa mifhum ukoll li Gundogan waqqaf in-negozjati mal-istess Barċellona wara li allegatament qallhom li se jkun qed jingħaqad mat-tim Ingliż taħt it-tmexxija ta’ Pep Guardiola.


FORMULA 1

kullħadd.com

21|02|2016 39

ANALIŻI TA’ LIAM GAUCI

LIL HINN MIĊ-ĊIRKWIT

Id-debutt tal-vetturi l-ġodda reġa’ kien fost l-aktar aħbarijiet prominenti matul l-aħħar jiem hekk kif ir-Red Bull u l-Ferrari għamlu t-tnedija uffiċjali tagħhom. Sadanittant, il-futur ta’ numru ta’ ċirkwiti wkoll irritorna bħala punt ta’ dibattitu fl-aħħar jiem fejn żviluppi fuq livell amministrattiv jista’ jkollhom effetti interessanti fuq il-kalendarju tal-istaġuni li ġejjin. Bidliet radikali

Ewlenija fost it-tnedijiet kienet dik tal-Ferrari l-ġdida, l-SF16-H, illi nkixfet nhar il-Ġimgħa li għadda. Estetikament, l-aktar ħaġa li spikkat mal-ewwel daqqa t’għajn kienet ilpreżenza akbar tal-kulur abjad fiddisinn illi ħa post l-aħmar u l-iswed f ’diversi żoni tal-vettura. Ħarsa aktar mill-qrib, però, tikxef dettalji interessanti hekk kif iddisinn ajrudinamiku nbidel b’mod konsiderevoli kkumparata mas-sena l-oħra. Il-bidliet jibdew mill-ponta tal-imnieħer tal-vettura li mhuwiex wiesgħa daqs tas-sena l-oħra, imma dejjaq u simili għal dak li qiegħdin jużaw diversi timijiet oħra. Barra minn hekk, l-imnieħer huwa kemxejn ogħla minn dak tal-istaġun li għadda. Is-sospenzjonijiet ukoll ħadu xeħta aktar tradizzjonali hekk kif il-Ferrari abbandunaw is-sistema tal-pull-rods favur waħda ta’ push rods. Is-sidepods ukoll iċċekknu bl-għan li jitneħħew l-ostakli għallinfluss tal-arja lejn il-magna. Flaħħar, ta’ interess kien il-mod kif djieqet il-parti ta’ wara talvettura, indikazzjoni li l-Ferrari probabbilment ċekknu il-power unit tagħhom. Staġun b’żewġ atti Din il-ġimgħa rajna wkoll iddebutt tad-disinn il-ġdid tar-Red Bull Racing għal dan l-istaġun. Kif wieħed jistenna, il-kulur prinċipali kien il-blu akkumpanjat millisfar u l-aħmar tipiku tagħhom. Madankollu, kienu ta’ nota l-assenza tal-logos tar-Renault, illi mhux se jkunu l-fornituri uffiċjali tal-magni tagħhom fl-2016. Minflok, se jkun hemm il-logo tat-Tag Heuer illi taw isimhom lill-magni li fil-verità se jkunu verżjonijiet modifikati ta’ power units tar-Renault. Assenti wkoll kien il-logo tal-Infiniti, illi wkoll marret għand ir-Renault hekk kif din id-ditta produttriċi ta’ karozzi lussużi hija proprjetà tal-alleanza kummerċjali Renault-Nissan. Ħaġa oħra li spikkat kien il-fatt li l-kuluri se jkunu matti. Skont itteam principal tal-RBR, Christian Horner, dan id-disinn intagħżel biex jgħin lill-vetturi jispikkaw aktar hekk kif tradizzjonalment it-timijiet jippreferu jmorru għal żebgħa tleqq. Ta’ min isemmi li t-tim ippreżenta biss il-kuluri l-ġodda u mhux ix-

chassis innifsu hekk kif dan se jkun żvelat għada f ’Barċellona. Mistoqsi dwar l-aspettattivi tat-tim għal dan l-istaġun, Horner sostna li fl-ewwel tlielaq ir-Red Bull mhux mistennijin illi jikkompetu għallewwel pożizzjonijiet. Madankollu, huwa ppreveda staġun fuq żewġ atti fejn it-tieni wieħed għandu jġib miegħu kisbiet notevoli mil-lat tekniku li jaf itejjeb iċ-ċansijiet tattim li jiġġieled għal xi podji. Aħbarijiet tajbin u ħżiena Waqt il-preżentazzjoni, Horner ukoll iddedika xi kummenti għalliScuderia Toro Rosso (STR), illi flaħħar tas-sena l-oħra wkoll temmew il-ftehim ta’ forniment tal-magni minn mar-Renault. Għad-differenza tal-RBR, però, it-tim Taljan se jkollu aċċess għal magni tal-Ferrari, illi però se jkunu tal-istaġun li għadda. Skont it-team principal tar-Red Bull, din it-tranżizzjoni għandha twassal għal gwadann ta’ 0.8 sekondi f ’kull darba kkumparat mal-2016. Min-naħa tagħhom, it-Toro Rosso s’issa għadhom ma tawx dettalji tal-aspettattivi f ’termini ta’ ħin. Madankollu, Franz Tost, it-team principal tal-STR, żvela li t-tim tiegħu se jkollu aċċess għall-aktar verżjoni żviluppata tal-magna Ferrari tal-istaġun li għadda. Din il-magna kienet frott tal-avvanzi tekniċi sostanzjali li għamel it-tim minn Maranello fejn kien hemm min spekula li huma rnexxielhom jilħqu lill-Mercedes f ’termini ta’ veloċità. L-aħbarijiet ma kinux kollha pożittivi għall-STR, però, hekk kif Tost spjega li huma mhumiex se jilħqu jiddebuttaw il-kuluri l-ġodda tattim fl-ewwel test tal-istaġun li se jsir għada f ’Barċellona. Huwa sostna li dan id-dewmien seħħ b’riżultat talinċertezza li kien hemm lejn l-aħħar tal-istaġun li għadda meta t-tkaxkir tas-saqajn fir-rigward il-futur talftehim ta’ forniment mar-Renault waqqa’ l-iżvilupp tal-vettura l-ġdida lura. Għaldaqstant, meta fl-aħħar intlaħaq il-ftehim mal-Ferrari, it-tim għażel li jagħti prijorità lill-iżvilupp

tekniku tal-vettura u jipposponi d-debutt tad-disinn il-ġdid fid-29 ta’ Frar lejliet il-bidu tat-tieni test ta’ Barċellona. Mistoqsi x’disinn proviżorju se jużaw fl-ewwel test, huwa qal b’mod ċajtier illi l-kulur blu se jkun prominenti, mhux ħaġa sorprendenti meta wieħed iqis min hu l-isponsor prinċipali tat-tim. Haryanto kkonfermat Rivelazzjoni oħra interessanti hija dik ta’ Rio Haryanto bħala t-tieni sewwieq tal-Manor Racing. Il-konferma ta’ dan is-sewwieq Indoneżjan, illi se juża n-numru 88, tfisser li issa nafu minn se jkunu t-22 kompetitur matul l-istaġun li ġejjin. Sa ftit jiem ilu deher illi l-aħħar post mal-Manor kien se jkun ta’ Alexander Rossi hekk kif kien hemm għajdut li Haryanto beda jesperjenza problemi biex jikseb l-appoġġ finanzjarju li kellu bżonn. Madankollu, il-konferma ta’ din ilġimgħa wriet li l-Gvern Indoneżjan għamel tajjeb għall-wegħda tiegħu li jikkontribwixxi madwar €13 miljun biex il-ħolma ta’ Haryanto issir realtà. Dan is-sewwieq kiseb diversi rebħiet kemm fil-kategorija GP3, kif ukoll GP2. Fil-fatt, tlieta minn dawn is-suċċessi nkisbu f ’din l-kategorija tal-aħħar matul l-istaġun li għadda meta r-riżultati li kiseb għenuh jispiċċa fir-raba’ post tal-klassifika tas-sewwieqa. Interess serju Fl-aħħar, ta’ min isemmi xi żviluppi interessanti fejn tidħol l-amministrazzjoni ta’ żewġ ċirkwiti. L-ewwel fosthom huwa dak marbut ma’ Silverstone fejn komplew jissaħħew l-għajdut illi l-kumpanija Jaguar Land Rover hija qrib li tixtri dan iċ-ċirkwit mingħand il-British Racing Drivers Club (BRDC) għal madwar €32 miljun. Il-possibbiltà li jkun hemm tibdil fis-sjieda ilha tissemma għal dawn l-aħħar tliet snin hekk kif iż-żieda fl-ispejjeż amministrattivi u l-miżati għall-parteċipazzjoni fil-kampjonat tal-F1 tefa’ pressjoni sostanzjali fuq

il-BRDC illi ma kellhomx ir-riżorsi finanzjarji biex ilaħħqu ma’ dawn irrealtajiet il-ġodda. Skont spekulazzjoni tal-aħħar jiem jidher illi l-BRDC, illi huwa magħmul minn madwar 850 sewwieqa Brittaniċi attivi u irtirati, għandu interess serju f ’din l-offerta. Tant hu hekk illi jista’ jkun hemm diskussjonijiet konkreti fost ilmembri ta’ dan il-grupp dan ixxahar stess bil-possibbiltà li jkun hemm Laqgħa Ġenerali Staordinarja sabiex jittieħed vot li japprova l-ftuħ ta’ negozjati formali mal-Jaguar Land Rover. Ritorn ta’ Zandvoort? Sitwazzjoni kemxejn differenti hija dik taċ-ċirkwit ta’ Zandvoort. Dan l-isem jista’ ma jfissirx ħafna għaddilettanti tal-Formula 1 moderna. Madankollu, dan iċ-ċirkwit Olandiż kien prominenti ferm f ’din ilkategorija fil-passat hekk kif ospita gran premju f ’xejn inqas minn 30 staġun bl-aħħar wieħed ikun dak tal-1985. Minn dak iż-żmien lil hawn kien hemm diversi attentati biex dan iċċirkwit jirritorna fuq il-kalendarju tal-Formula 1. Però, l-ispejjeż kbar relatati mal-immodernizar neċessarju biex dan jilħaq l-istandards moderni ta’ dan l-isport dejjem għamilha diffiċli għal l-amministraturi biex jagħmlu dan il-pass. L-affarijiet jafu jkunu qrib li jinbidlu fiż-żmien li ġej, però, għaliex nhar it-Tnejn li għadda kien ikkonfermat l-akkwist taċ-ċirkwit mill-grupp Chapman Andretti mmexxi minn Menno de Jong u Bernhard van Oranje. F’kummenti li taw lill-midja, huma ma tawx dettalji speċifiċi dwar il-pjani tagħhom għaċ-ċirkwit ħlief li għalissa l-attivitajiet li qegħdin isiru f ħdanu mhumiex se jkunu affettwati. Madankollu, huma ma ħbewx l-interess tagħhom li jaraw lil Zandvoort jerġa’ jikseb ilprominenza fix-xena sportiva li kellu fil-passat, pożizzjoni li tista’ timplika r-ritorn fuq il-kalendarju tal-Formula 1.


40 21|02|2016

kullħadd.com

LOKALI

IL-PARK TAL-INWADAR: L-EWWEL PARK FIX-XLOKK TA’ MALTA

Perit Ruben Abela Membru tekniku mill-kumitat ta’ gwida

Bħalissa qed tintalab l-opinjoni tal-pubbliku fuq dan l-abbozz ta’ pjan, bil-kummenti u l-opinjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sat-30 ta’ Marzu 2016

Bejn Wied il-Għajn u x-Xgħajra hemm medda ta’ art li tibda minn livell għoli, b’parti minnha fil-konfini ta’ Ħaż-Żabbar, u tispiċċa sa tarf il-baħar b’kosta ta’ ftit aktar minn żewġ kilometri u nofs tul. L-isem li l-aktar huma magħrufa bih dawn l-inħawi huwa dak ta’ Żonqor; dan minħabba l-ġebla tal-qawwi li tinsab f ’dawn l-akkwati. Iżda isem ieħor li nsibu fuq il-mapep huwa ‘in-Nwadar’ li jimmarka l-inħawi li jiġu taħt il-Fortizza ta’ San Leonardu. Il-kelma ‘nwadar’ hija l-plural tal-kelma ‘nadur’, li tfisser għolja minn fejn wieħed jista’ josserva u japprezza dak li hemm madwaru. Kien għalhekk bix-xieraq li l-park li qed jiġi propost f ’dawn l-inħawi tax-Xlokk ta’ Malta jieħu dan l-isem, il-Park talInwadar; park li huwa ftit aktar minn kilometru kwadru, jiġifieri daqskemm hi kbira ż-żona mibnija tar-Rabat jew daqs l-irħula tal-Gudja u Ħal Għaxaq f ’daqqa. Għal min forsi mhux midħla ta’ dawn l-inħawi, kemm jekk jipprova jidħol min-naħa ta’ Wied il-Għajn, kif ukoll min-naħa tax-Xgħajra, faċli jaħseb li jkun se jidħol f ’xi triq wiesgħa li x-xogħol fuqha ġie abbandunat. Dan għax

għal għexieren ta’ snin f ’dawn l-inħawi ntefgħu tunnelati ta’ terrapien u skart ieħor. Din id-dehra ta’ telqa u trabijiet ftit tiġbed nies lejha iżda, minkejja dan, xorta ssib residenti millinħawi li jiffrekwentaw dan il-post, min għall-mixi, min saħansitra jiġri, kif ukoll oħrajn tarahom fil-kwiet jistagħdu b’xi qasba minn fuq il-blat. Kultant ukoll tilmaħ xi żgħażagħ bilmuturi li jixxabbtu bihom ma truf il-blat u l-ħbula ta’ dawk li xi darba kienu għelieqi. Max-xtajta għadek tista’ tara minquxa f ’wiċċ il-blat is-salini, li xi snin ilu kienu jipproduċu ammont sostanzjali ta’ melħ, iżda li llum hija industrija mejta. Aktar ’il fuq, fuq kull naħa talmogħdijiet u sqaqien li hemm, b’xorti tajba għadna naraw bdiewa jaħdmu u jikkultivaw l-uċuħ tar-raba’. Fuq xi ħitan tas-sejjiegħ hemm ukoll il-posti li fuqhom jitqiegħdu l-gabjetti madwar xi mansab mifrux flart fl-istaġun tal-insib. Ħidmet il-bniedem f ’dawn l-inħawi nsibuha wkoll f ’numru ta’ binjiet storiċi, li l-biċċa l-kbira minnhom kienu mibnija għal skop militari. Hekk insemmu t-Torri ta’ Triq il-Wiesgħa li huwa wieħed minn sensiela ta’ torrijiet li bena l-Gran Mastru De Redin matul il-kosta madwar

Malta. L-inġinier militari Tignè, fl-aħħar nofs tasseklu tmintax, kien ta bidu għal proġett ambizzjuż, dak li jħares il-kosta Maltija millAħrax tal-Mellieħa sal-Ponta ta’ Bengħajsa bi trunċiera. Partijiet minn dan il-proġett kienu tlestew u t-trunċieri għadhom hemm sal-lum, bħal dawk fl-Aħrax tal-Mellieħa, San Ġiljan u Wied il-Buni f ’Birżebbuġa. Ix-xogħol fuq it-trunċiera mill-Forti Ricasoli sa’ Wied il-Għajn kien ukoll inbeda u fiż-żona tal-Park talInwadar wieħed għadu jara partijiet sew mill-kostruzzjoni ta’ din it-trunċiera. Fi żmien l-Ingliżi wkoll inbnew strutturi militari f ’dawn l-inħawi. Barra l-Fortizza ta’ San Leonardu, hemm numru ta’ gunposts u pill boxes ta’ żmien it-Tieni Gwerra Dinija. L-ambjent naturali wkoll għandu s-sabiħ tiegħu f ’dan il-park, barra l-flora u l-fawna, insemmu s-sensiela ta’ ġruf li hemm matul il-kosta, kif ukoll is-Swali li huma numru ta’ għerien li hemm max-xtajta. Bosta jistaqsu x’se jiġri issa, jew kif se jkun żviluppat ilpark. Tajjeb li niċċaraw li dan il-park, għalkemm huwa maħsub li jkun post ta’ mistrieħ u rikreazzjoni għall-familji, mhux se jkun xi park bħal

Ta’ Qali jew bħall-Park talFamilja. L-abbozz għall-pjan ta’ mmaniġġar jagħmilha ċara li mhux biss wieħed għandu joqgħod lura milli jibni strutturi ġodda f ’dawn l-inħawi, iżda saħansitra t-tfassil u l-wiċċ tat-trejqiet u mogħdijiet iridu jirrispettaw l-ambjent naturali tal-post. Il-pjan jitlob li titfassal metodoloġija dwar kif l-aħjar jitneħħa t-terrapien li ntefa’ matul is-snin, kif ukoll proposta dettaljata dwar kif wieħed jista’ jirriġenera l-pjanti u speċi oħrajn li huma sinonimi ma’ dan l-ambjent. Hekk ukoll ix-xogħol ta’ restawr li hemm bżonn li jsir, mhux biss fuq il-bini storiku iżda wkoll fuq l-ammont kbir ta’ ħitan tassejjiegħ li hemm imġarrfa. Fuq kollox, dan l-abbozz ta’ pjan ta’ mmaniġġar qed jistenna li jkun hemm parteċipazzjoni sħiħa mit-tliet kunsilli lokali, mir-residenti tal-inħawi, mill-bdiewa, mill-għaqdiet ambjentali u mill-pubbliku inġenerali sabiex tabilħaqq tintlaħaq il-viżjoni mixtieqa. Għalhekk, bħalissa qed tintalab l-opinjoni talpubbliku fuq dan l-abbozz ta’ pjan, bil-kummenti u l-opinjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sat-30 ta’ Marzu 2016 fuq is-sit elettroniku www.konsultazzjoni.gov.mt.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.