KullHadd_21.01.2018

Page 1

www.kullhadd.com Ħarġa Nru 1,280 Prezz €1

Ritratt:DOI

Il-Ħadd, 21 ta’ Jannar, 2018

ĠGANTESKA

Il-ftuħ ta’ Valletta 2018 bħala Belt Kapitali Ewropea għallKultura kien tassew simbolu ta’

Belt ġganteska li sabet postha fejn jixirqilha fiċ-ċentru tal-palk Ewropew. Eluf kbar ta’ Maltin

kburin ħonqu t-toroq tal-belt kapitali biex jiċċelebraw ġrajja importanti bħala poplu magħqud. Ara paġni 13 sa 16

JIĠĠIELDU GĦAS-SAĦĦA Clyde Puli, Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, qed jagħmilha ċara ma’ Pierre Portelli, is-CEO ta’ media.link, li fl-istamperija, tiegħu hi l-iktar kariga importanti. Portelli ma jaċċettax dan kif ġieb u laħaq u fid-Dar Ċentrali bdiet battalja li qed jispiċċaw f ’nofsha l-impjegati. Puli u Portelli t-tnejn appoġġjaw lil Delia u t-tnejn qed jippretendu li wara tal-Kap, il-kelma tagħhom tgħodd. Ara paġna 3

KPMG JGĦIDU: EBDA PREFERENZA MA’ PILATUS

Uffiċjali mid-ditta KPMG, ditta ta’ awdituri magħrufa b’mod internazzjonali, qalu lill-MEPs li fil-proċess li wassal għal-liċenzja ta’ Pilatus bħala bank ma kien hemm ebda preferenzi. Sostnew li dan il-bank għadda mill-istess proċess li għaddew diversi banek oħra li ħadmu fuqhom u li saħansitra huma stess kienu għamlu due diligence dwarhom. Ara paġna 5


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
KullHadd_21.01.2018 by Kullħadd Editor - Issuu