KullHadd 20.12.2015

Page 1

Ħarsa lejn Ir-rinnovazzjoni tar-Residenza San Vinċenz de Paule

www.kullħadd.com Il-Ħadd, 20 ta’ Diċembru, 2015

Ara paġna 5

Ħarġa Nru 1,171 Prezz €1

SFIDI FIL-PARLAMENT IL-ĠDID

756 INĊIDENT KAWŻA TAL-ALKOĦOL

TOBBA U PSIKJATRI KONTRA L-KONVERŻJONI

Il-bidu dejjem iebes, jgħid il-Malti. Xejn inqas għall-membri parlamentari hekk kif din is-sena mxew għall-Parlament il-ġdid. Bla dubju li dejjem hemm lok għal titjib biex il-poplu jkun irrappreżentat bl-aqwa mod fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Kien għalhekk li din il-gazzetta ħadet il-kummenti tal-Whip Laburista Godfrey Farrugia li tkellem dwar xi nuqqasijiet li jista’ jkun hemm, xi prattiki ġodda li għadhom qed jindraw, kif ukoll x’titjib hemm bżonn li jsir.

Bejn Jannar 2012 sal-aħħar ta’ Novembru li għadda kien hemm xejn inqas minn 756 inċident li kienu kkawżati mill-alkoħol. Għajr għal din is-sena li għadha ma ntemmitx, minn sena għalloħra, f ’dawn l-aħħar erba’ snin, ma jidhirx li naqas l-ammont ta’ inċidenti ta’ dan it-tip. Madankollu, irid jingħad li ġie rreġistrat tnaqqis notevoli b’rabta mas-sewwieqa li jinqabdu taħt l-effett tal-alkoħol f ’Diċembru. Dan jawgura tajjeb għal kampanji ta’ kuxjenza li jsiru f ’dan iż-żmien ta’ festi.

Uħud għadhom tal-fehma li l-omosesswalità hija marda mentali u li din tista’ titfejjaq b’xi prattiki partikolari. It-terapija tal-konverżjoni hija prattika li tieħu diversi forom; kollha bl-iskop li persuna tibdel l-orjentazzjoni sesswali tagħha. Madankollu, diversi assoċċjazzjonijiet mediċi u psikjatriċi huma kontra tali terapija, għax minbarra li m’hemm l-ebda evidenza xjentifika li taħdem, tista’ wkoll tħalli konsegwenzi koroh fuq dawk li jippruvaw jagħmlu użu minnha.

Paġna 4

Paġna 7

Paġna 9

IL-GVERN MAR MINN FUQ

Il-kuntratt iffirmat mal-investituri tal-American University of Malta huwa wieħed li fih il-Gvern Malti mar minn fuq. It-trasferiment tal-art permezz ta’ ċens temporanju huwa marbut ma’ kundizzjonijiet stretti li jridu jiġu osservati sal-inqas dettall mill-investitur. Dan huwa evidenti mill-klawsoli ta’ dan il-kuntratt li l-KullĦadd għamlet analiżi tagħhom. Iktar minn hekk, meta dan il-kuntratt jitpoġġa f ’perspettiva, isir evidenti kemm dan mhux biss ma jmurx kontra d-dokument SPED, imma huwa ħafna iktar vantaġġjuż għall-poplu minn kuntratti preċedenti bħal ta’ Smart City. Paġni 2 u 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
KullHadd 20.12.2015 by Kullħadd Editor - Issuu