ARJA INDAF 7,000 KAROZZA SKRAPPJATA
www.kullħadd.com Il-Ħadd, 20 ta’ Marzu, 2016
Ara paġna 3
Ħarġa Nru 1,184 Prezz €1
ILLEGALI F’ODZ
L-ISKANDLU TAL-PALAZZ TA’ BEPPE
IL-MEPA TIKKONFERMA LI KISER IL-LIĠI
Li l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista kiser il-liġijiet tal-ippjanar tikkonfermah tweġiba tal-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar imxandra minn ONE NEWS. Fl-aħħar jiem issemma kemm-il darba kif Beppe Fenech Adami bena pixxina ikbar minn dak li tippermetti l-liġi u saħansitra deck area enormi li ebda policy tal-MEPA ma tippermetti. Dan kollu f ’biċċa art li sal-lum għadha ODZ. Fil-fatt, id-deck area ta’ Fenech Adami taqbez is-seba’ mitt metru kwadru, meta kelliem għall-MEPA kkonferma li dak permessibbli huwa ferm iżgħar minn hekk. Dan kemm skont il-liġijiet tal-lum u anke skont dawk ta’ qabel. “Il-politika rurali u gwida tad-disinn tal-2014 tippermetti kobor massimu ta’ 75 metru kwadru għall-pool u deck area,” qalet il-MEPA li żiedet li, fil-każ fejn hemm iktar minn residenza waħda, ikun permess li jkun hemm ħames metri kwadri oħra għal kull akkomodazzjoni. Xi ħaġa li mhix il-każ ta’ Fenech Adami. Staqsejna wkoll x’kienet tgħid il-policy ta’ qabel ‘Swimming Pools ODZ, 2000’. Din kienet tgħid li d-dawra tal-pool ma kellhiex taqbeż il-50% tal-pool fl-istess ħin li l-istess pool ma taqbiżx il-50 metru kwadru. Fil-każ ta’ Beppe Fenech Adami l-pool qabżet is-60 metru kwadru u d-deck area hija ta’ 700 metru kwadru. Tassew pool area ta’ palazz. Tkompli paġna 8 Ara wkoll paġni 6, 7 u 40
103 MEDIĊINI JORĦSU FI 3 SNIN
TIBNI KARRIERA MINKEJJA D-DISKRIMINAZZJONI
Matul l-aħħar tliet snin it-tibdil pożittiv fil-qasam tas-saħħa kien fuq diversi fronti. Waħda minn dawn hija r-roħs fil-mediċini. Din il-gazzetta tista’ tikkonferma li matul din il-leġiżlatura kien hemm 103 mediċini li l-prezzijiet tagħhom roħsu. F’ċerti każijiet dan ir-roħs kien ilaħħaq il-persentaġġ ta’ 60% jew saħansitra mijiet ta’ ewro.
Illum in-nisa fil-Korp tal-Pulizija saru komuni, iżda dari ftit kienu dawk in-nisa li jagħżlu din il-karriera. Fil-fatt, ilftit nisa li kienu jidħlu fil-Korp kienu jsofru minn diversi inġustizzji, fosthom paga inqas mill-irġiel u nuqqas ta’ promozzjonijiet. Josephine Gauci kienet waħda minn dawk ilftit li ħabbtitha ma’ kull ostaklu biex tibni karriera fil-pulizija. Illum, li ħarġet bilpensjoni, tista’ tħares lura lejn karriera twila u ta’ suċċess fuq 38 sena. Probabbilment Josephine hija l-iktar mara b’karriera twila filkorpi dixxiplinati.
Ara paġna 4
Ara paġna 5