KullĦadd_19.06.2016

Page 1

BEDA L-PROĊESS GĦAL PIXXINA OLIMPIKA FIL-KUMPLESS SPORTIV TAL-KOTTONERA

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 19 ta’ Ġunju, 2016

Ara paġna 3

Ħarġa Nru 1,197 Prezz €1

BREXIT GĦAL MALTA

IKTAR RISKJI MILLI OPPORTUNITAJIET

TAMA ĠDIDA GĦAĊ-ĊKEJKEN GABRIEL Erba’ snin ilu l-ġenituri ta’ Gabriel ingħataw aħbar kerha li bidlitilhom ħajjithom mil-lejl għan-nhar. Intqal lilhom li binhom ta’ sena kien qed ibati mil-Lewkodistrofija; marda rari u diġenerattiva li twassal għal mewt bikrija. Għal din il-marda ma teżisti l-ebda kura u r-riċerka għadha lura. Kollox kien jidher sewdieni. Madankollu, il-ġenituri ta’ Gabriel ma qatgħux qalbhom, u wara snin ta’ persistenza u testijiet barra minn Malta, issa l-familja Abela ngħatat tama ġdida li bidlet għalkollox il-prospettivi għallfutur ta’ binhom.

Malta tista’ tiffaċċja ħafna iktar riskji milli opportunitajiet jekk ir-Renju Unit jivvota biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea fir-referendum ta’ nhar ilĦamis li ġej. Analiżi esklussiva li għamlet il-gazzetta KullĦadd ibbażat fuq rapporti, li saru kemm minn kumpaniji privati u anke entitajiet oħra, jirriżulta li hemm riskji f ’oqsma tat-taxxa, tas-settur tal-gaming u jista’ jaffettwa wkoll il-baġits tal-Unjoni Ewropea b’mod li l-kontribuzzjoni lejn Malta tonqos. Min-naħa l-oħra, Malta jista’ jkollha opportunitajiet minħabba li tibqa’ pajjiż qrib ir-Renju Unit, anke permezz tal-lingwa u allura pajjiżna jkollu vantaġġ kompetittiv.

Ara paġna 4

Ara paġna 8

IL-PILLOLI LI JIKXFU REALTÀ DIFFERENTI

Ftit inqas minn €900 qed ikunu biżżejjed biex tfajliet Maltin itemmu t-tqala fl-ewwel stadju tagħha. Dan huwa proċess li kien spjegat lill-gazzetta KullĦadd fl-istess jiem li donnha reġgħet qabdet sew iddiskussjoni dwar il-morning after pill. Tfajla li tkellmet ma’ din il-gazzetta bil-kundizzjoni tal-anonimità, qalet li t-tqala tista’ tintemm kważi sal-ewwel tliet xhur. B’tabib kwalifikat f ’dan ilqasam, jibgħat numru ta’ pilloli lill-mara li talbet biex tittermina t-tqala, u fi ftit jiem it-tqala tintemm. Din il-gazzetta għamlet eżerċizzju biex tipprova tikseb dawn il-pilloli, li huma differenti millmorning after pill proposta bħalissa. Kollox deher faċli u se nkunu qed niżvelaw pass pass il-proċess mill-bidu sakemm jaslu l-pilloli fil-posta tad-dar ta’ dik il-persuna li tkun talbet għalihom. Ara paġna 7


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
KullĦadd_19.06.2016 by Kullħadd Editor - Issuu