KullHadd_18.12.2016

Page 1

JIRBAĦ LILL-KANĊER www.kullhadd.com Il-Ħadd, 18 ta’ Diċembru, 2016

Paġni 14 u 15

Ħarġa Nru 1,223 Prezz €1

ESKLUSSIVA!

PROBLEMA B’MALLIA • NIŻVELAW EMAIL MILL-PN LI TURI D-DWEJJAQ B’SALVU MALLIA • TA’ CARM MIFSUD BONNICI FOST L-IKTAR IRRABJATI • UFFIĊJALI FL-AMMINISTRAZZJONI JITOLBU PASSI • SIMON BUSUTTIL U ANN FENECH MA’ MALLIA Il-kandidat Nazzjonalista, Salvu Mallia, ħoloq terromot lill-Kap tal-PN Simon Busuttil. L-attitudni tiegħu qed tkun deskritta bħala mhux aċċettabbli u saħansitra l-KullĦadd jista’ jiżvela b’mod esklussiv li hemm żewġ membri tal-amministrazzjoni Nazzjonalista li ddikjaraw bil-miktub li jaħsbuha hekk. Iktar minn hekk jirriżulta li hemm membri minn kumitati sezzjonali li qed jesprimu l-istess fehma u l-KullĦadd tista’ tiżvela kontenut ta’ wieħed minn diversi emails li għaddew dan l-aħħar u li għal-lum niżvelaw biss parti waħda. Id-diskors u l-attitudni ta’ Salvu Mallia qed ikunu deskritti bħala mhux etiċi u saħansitra hemm min qed jgħid li jirriżenja jekk ma titteħidx azzjoni. Quddiem dan it-taqlib ġdid u saħansitra pressjoni biex il-kandidatura ta’ Mallia tkun irtirata, Simon Busuttil qed jibqa’ jgħid li Mallia għandu l-appoġġ kollu tiegħu.

Wieħed mill-email li għandna f ’idejna dwar dan il-każ

‘IBEN’ L-HFO

•IRIDNA BIL-POWER STATION TNIĠĠES LI ‘BENA’ MISSIERU • HU KIEN FIL-BORD MA’ TANCRED TABONE •RESSAQ IL-PROTEST MA’ ANN FENECH Paġna 4

Paġni 5 u 28

F’BURDATA DIFFERENTI

• TITNEĦĦA RAKKOMANDAZZJONI BIEX TIŻDIED L-ETÀ TAL-PENSJONI Sa meta fil-Gvern kien għadu l-Partit Nazzjonalista, ilFond Monetarju Internazzjonali kien jgħid li l-età tal-pensjoni għandha tiżdied għal 65 sena. Però f ’rapport maħruġ il-Ġimgħa din ma tissemma mkien u minflok jingħad kif irriformi fil-pensjoni li qed jagħmel dan il-Gvern qed iħallu l-frott.

Din hija biss waħda mill-bidliet kbar filmod kif qed jirrapporta dwar Malta l-IMF illum u kif kien jirrapporta fi żmien Gvern Nazzjonalista. Bidliet li jkissru l-perċezzjoni li l-ekonomija kienet ward u żahar fi żmien il-PN. L-analiżi li saret KullĦadd turihom iswed fuq l-abjad.

Paġna 3


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
KullHadd_18.12.2016 by Kullħadd Editor - Issuu