INTERVISTA MA’
JOVEN GRECH TENISHIA
Ara paġni 20-21
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 18 ta’ Settembru, 2016
Ħarġa Nru 1,210 Prezz €1
500 PAZJENT GĦALL-KURA BARRA MINN MALTA
• OĦRAJN IGAWDU MILL-MIĠJA TA’ KONSULENTI BARRANIN • IL-ĦLAS TAT-TIENI ĠENITUR IKOMPLI JAGĦMEL DIFFERENZA • IL-ĠERMANJA U L-ITALJA JIŻDIEDU MAR-RENJU UNIT GĦAL KURA AKTAR MALAJR Is-sena li għaddiet kienu 500 l-pazjenti li kienu jeħtieġu l-kura barra minn Malta għall-mard serju li jkun ħakimhom. Esperjenzi iebsa li, biex jiffaċilita kemm jista’ sa fejn possibbli, il-Gvern jinvesti madwar €4 miljun kull 12-il xahar. Fosthom f ’każi fejn hemm it-tfal u issa qed jitħallas il-passaġġ tal-
ġenituri wkoll, minbarra l-kura ta’ min hu involut u l-arranġamenti tal-ewwel ġenitur. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet ma’ Charlene Fenech, responsabbli mit-taqsima tat-trattament barra minn Malta fi ħdan id-Dipartiment tasSaħħa, li spjegat kif biex il-pazjenti jinqdew aktar
DIKJARAZZJONI MILL-KAP TAL-S&D
PITTELLA JIKKUNDANNA L-AĠIR FIL-VOT BRINCAT Ara paġna 9
aħjar u f ’inqas żmien, fl-aħħar sentejn b’mod partikolari, bdew jintużaw sptarijiet fil-Ġermanja u l-Italja għax, wara kollox, anke sptarijiet barranin ikollhom il-listi ta’ stennija. Ara paġna 4
DEJN MIBDUL
F’ĊEDOLI Simon Busuttil jidħak bih innifsu u jdawwar f ’ċedoli dejn ta’ snin twal Ara paġna 40
TA’ BARTS IĦUFU GĦALL-APPARTAMENTI Diriġenti mill-iskola medika ta’ Barts kienu qegħdin iħufu f ’Għawdex fl-aħħar jiem bil-għan li jsibu appartamenti li jkunu jistgħu joffru lill-istudenti li missena d-dieħla mistennija jibdew korsijiet f ’Għawdex. Il-gazzetta KullĦadd hija infurmata li d-diriġenti ta’ Barts daru diversi lokalitajiet, b’mod partikolari dawk l-iktar qrib ir-Rabat, Għawdex, fejn se jkun hemm
il-kampus tal-iskola. Fl-immedjat, ta’ Barts qegħdin ifittxu blokok ta’ appartamenti li jkunu jistgħu jgħixu fihom numru ta’ studenti li jkunu miġbura flimkien. Mis-sena d-dieħla Barts se tkun qed iġġib lura Malta madwar 60 student; ammont li mistenni jitla’ għal 300 fir-raba’ sena. Fil-fatt, id-diriġenti ta’ Barts qed jaħsbu li sar-raba’
sena jkollhom 300 student kull sena u għalhekk il-ħtieġa li eventwalment jesponu l-idea ta’ akkomodazzjoni waħda li tkun ikbar u tiġbor iktar studenti flimkien. Hawn qed iħarsu lejn ir-Rabat; soluzzjoni fit-tul li qed tkun meqjusa bħala iktar vijabbli. L-akkomodazzjoni mhix parti mill-kors li jħallsu l-istudenti, iżda hija servizz li toffri l-iskola biex tiffaċilita ħajjet l-istudenti.