www.kullhadd.com Il-Ħadd, 18 ta’ Ġunju, 2017
Ħarġa Nru 1,249 Prezz €1
#KRIŻIPN
GĦADHOM JILAGĦBU BIR-REGOLI
IĊ-ĊAQNU L-QORTI FUQ IL-KAŻ TAT-TIGRA Charles Polidano magħruf bħala ċ-Ċaqnu se jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ każ li jmur lura sentejn meta tigra attakkat tifel fiżżoo ta’ Montekristo. Miegħu se jitressqu wkoll żewġ ħaddiema. Ara paġna 12
• L-EŻEKUTTIV TAL-PN GĦADU MA FASSALX IR-REGOLI GĦAT-TELLIEQA TA’ KAP
• DAK LI QED JGĦID BUSUTTIL MHUX AWTOMATIKU • BIŻIBILJU KUMMENTI - KONFERMA TAL-FIRDIET LI ILHOM JEŻISTU Fil-5 ta’ Ġunju Simon Busuttil qal li kien se jlaqqa’ l-eżekuttiv tal-Partit biex ifassal id-dati għall-elezzjoni ta’ kap. Iżda, sallum mhux biss id-dati mhumiex stabbiliti iżda lanqas ir-regoli li fuqhom se ssir din l-elezzjoni. Filwaqt li Simon Busuttil iddikjara pubblikament għal iktar minn darba li l-Kunsill Ġenerali se jniżżel il-kandidati għal tnejn imbagħad jivvutaw it-tesserati, din hi xi ħaġa li ma tirriżultax mill-istatut. L-istatut jgħid li t-tesserati jivvutaw għallkap u l-viċi kapijiet iżda ma jgħidx dak li qal Simon Busuttil. Dak li qal Simon Busuttil, għax iridu l-establishment, mistenni jkun imfassal u mbuttat fil-jiem li ġejjin f ’laqgħa tal-eżekuttiv. Il-vot fil-Kunsill Ġenerali, l-establishment iridu biex jipprova jassigura li għall-ġirja finali jkun hemm biss il-kandidati li jrid hu. Intant, fl-aħħar jiem spikkaw il-kummenti u l-battibekki li komplew juru n-nuqqas ta’ qbil fil-Partit Nazzjonalista fejn l-inkwiet li konna ilna nirrapportaw dwaru issa ħareġ fil-beraħ.
L-IKBAR ŻIEDA FL-IMPJIEGI FL-ISTORJA
Ara paġni 8, 6 u 7
Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kien hemm tkabbir rekord fl-impjiegi, tant li r-rata tal-impjiegi għal pajjiżna kienet l-ikbar waħda kemm ilha tinġabar l-istatistika. Fost is-setturi li rreġistraw tkabbir qawwi kien hemm is-servizzi finanzjarji u tal-gaming li skont l-Oppożizzjoni kienu qed imajnaw u jaħsbu biex iżarmaw. Ara paġna 3
IL-PL JIĠĠEDDED B’SERENITÀ • DEPUTAT MEXXEJ ĠDID FL-14/15 TA’ LULJU
Anke jekk frisk minn rebħa elettorali oħra b’maġġoranza b’saħħitha ta’ iktar minn 35,000 vot, il-Partit Laburista se jkun qed ikompli jiġġeded mill-gvern. Fl-14 ta’ Lulju d-delegati tal-Partit Laburista se jivvutaw biex minn fost il-grupp parlamentari jaħtru Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament li jservi wkoll bħala Deputat Prim Ministru. L-elezzjoni
tmur għat-tieni rawnd jekk kemm–il darba ħadd mill-kandidati ma jikseb 50% tal-voti u wieħed fl-ewwel rawnd u f ’dak il-każ il-vot isir fil-15 ta’ Lulju. Se jkunu qed jiftħu wkoll in-nomini għallmembri tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista. Ara paġni 4 u 5