KullHadd_18.03.2018

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 18 ta’ Marzu, 2018

Ħarġa Nru 1,288 Prezz €1

ŻIEDA MEDJA TA’ €1,050 FIS-SENA FIL-PENSJONI Mal-bidla fil-Gvern il-pensjoni medja telgħet b’€1,050 fis-sena. Turi din analiżi li għamlet il-gazzetta KullĦadd li hija xhieda taż-żieda kbira fin-nefqa fuq il-pensjonijiet tal-irtirar, tar-romol u tal-invalidità kull sena. Din l-analiżi wriet kif l-ammont medju mħallas fl-2012 kien ta’ €7,800 waqt li din is-sena se jkun tela’ għal kważi €8,850. Dan ifisser li taħt Gvern Laburista il-pensjonanti bħala medja diġà żdiedu b’iktar minn €20 fil-ġimgħa u hemm impenn li se jibqgħu jiżdiedu kull sena. Kif qed nuru fl-eżempji f ’paġna 9 jkun hemm min żdied anqas u jkun hemm min żdied aktar. Dan ma jinkludix żidiet oħra f ’benefiċċji li jistgħu jkunu qed jirċievu dawn il-pensjonanti jew żidiet indiretti bħar-roħs tad-dawl u tal-ilma.

TLIETA ĠEWWA

Baqgħu jinżammu fil-ħabs ta’ Kordin tliet persuni li lbieraħ tressqu l-Qorti akkużati b’rabta ma’ bomba li tpoġġiet ma’ karozza fil-Fgura f ’Jannar li għadda. Fl-istess ħin jirriżulta li l-investigaturi jemmnu li jista’ jkun hemm konnessjoni wkoll ma’ każ ta’ bomba li seħħ fl-2016 u li ħalla persuna mejta. Ara paġna 13

Ara paġna 8

REFUSED! Id-Deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami baqa’ jwebbes rasu u ma rranġax l-illegalitajiet fil-villa tiegħu fil-Għargħur minkejja li wiegħed mod ieħor. Dan wassal biex l-Awtorità tal-Ippjanar tirrifjutalu talba li għamel għall-permess. Ara paġna 7

Ara paġna 12

Fil-kwistjoni tal-pensjoni tal-Membri Parlamentari, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kien imġiegħel idawwar deċiżjoni li kienu diġà qablu magħha l-istess Membri Parlamentari Nazzjonalisti li sabbtu saqajhom biex jirtira mill-ftehim. L-għan kien ċar. Riedu jumiljawh u joħorġuh bħala bniedem li ma tistax tiftiehem miegħu. Illum niżvelaw dettalji mill-aħħar laqgħa tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista u d-deċiżjoni li Delia ħa kontra qalbu.

UMILJAWH


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.