KullHadd_17.12.2017

Page 1

ŻDIEDU DAWK LI SSOSPENDEW LILHOM INFUSHOM

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 17 ta’ Diċembru, 2017

Ħarġa Nru 1,275 Prezz €1

TEST IKTAR IEBES, RIŻULTATI AĦJAR Il-mod ta’ kif l-Unjoni Ewropea tkejjel in-nies f’riskju ta’ faqar u ċaħda materjali sar iktar iebes għax dawk li kienu disa’ kriterji llum telgħu għal 13. Għall-ewwel darba kienu inklużi affarijiet soċjali bħal ħruġ u konnessjoni tal-internet. Minkejja dan, Malta xorta waħda marret aħjar. Għax fl-2014 kien hemm 19.5% tal-popolazzjoni Maltija mċaħħda minn affarijiet bażiċi u llum dak in-numru niżel għal biss 8.8%. Jekk wieħed jieħu tfal taħt is-16-il sena, iċ-ċifra kienet għal 24.7% fl-2014 u niżlet għal 12.4% fl-2016. Ara paġna 3

Fl-ewwel sitt xhur tas-sena żdiedu dawk ilpersuni li ddeċidew li jżommu lilhom infushom barra minn stabbilimenti tal-logħob bħall-casino jew il-ħwienet li wieħed isib fil-lokalitajiet. Kienu 729 persuna li ħadu dan il-pass, min għal sitt xhur, min għal sena u min saħansitra għal dejjem. Deċiżjoni li wieħed ma jkunx jista’ jmur lura minnha. Ara paġna 5

DELIA AFFAĊĊJA BOJKOTT MINN KUMITATI GĦAWDXIN Ara paġna 4

IL-KONFUŻJONI TAL-KOALIZZJONI

BUSUTTIL ASSENTI, DE MARCO KONTRA Fil-laqgħa tal-eżekuttiv li kien deċiż li l-Partit Nazzjonalista għandu jħassar il-ftehim mal-Partit Demokratiku ta’ Marlene Farrugia spikkat l-assenza tal-Eks Kap Nazzjonalista, Simon Busuttil, il-moħħ wara dan il-ftehim. Iżda, filwaqt li Busuttil spikka għall-assenza tiegħu, Mario De Marco, l-Eks Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem kontra li jintemm dan il-ftehim. It-tmiem tal-koalizzjoni ġibed reazzjonijiet, b’Marlene Farrugia tindika li hi għad għandha xi forma ta’ ftehim ma’ nies fil-grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, filwaqt li l-Partit Laburista qal li mat-tmiem tal-koalizzjoni żdiedet il-konfużjoni.

Ara paġna 7


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.