www.kullhadd.com Il-Ħadd, 17 ta’ Settembru, 2017
Ħarġa Nru 1,262 Prezz €1
THIS WAY
Tiftaħ illum naħa oħra tal-flyover talKappara. Ġimagħtejn qabel iż-żmien u skont il-baġit maħsub. Dan wieħed mill-ikbar proġetti infrastrutturali f ’pajjiżna li fl-aħħar xhur ġab it-tifħir ta’ bosta għall-mod kif tmexxa, bilMinistru Ian Borg jgħid mal-gazzetta KullĦadd li għandu apprezzament għall-ħidma li saret minn Transport Malta u entitajiet involuti biex intlaħqu l-għanijiet. U f ’mument fejn smajna ħafna dwar liema triq wieħed għandu jaqbad, Borg tkellem bi kburija dwar kif litteralment din hi t-triq it-tajba u l-ġdida fl-istess ħin.
BIT-TEATRINI SAL-AĦĦAR
Il-votazzjoni għall-Kap tal-PN fissret jum mimli kunflitti. F’diversi ħinijiet kienu rrapportati ARGUMENTI F’POSTIJIET DIFFERENTI tal-votazzjoni. Għandna kkonfermati żgur inċident bejn qraba ta’ Adrian Delia u d-deputat Jason Azzopardi fuq il-Fosos tal-Furjana u seħħ argument bejn Chris Said u l-ġurnalist Mario Frendo f’Ta’ Qali. Il-votazzjoni, li saret f’ARJA SĦUNA ħafna, nisslet ukoll rabja fost it-tesserati li ma kinux kuntenti bl-organizzazzjoni. Kien hemm min ma vvutax u f’mumenti minnhom xi tesserati remew id-dokument tal-vot. Dawn ingħaqdu mat-8,000 li wara li ma ġabrux il-vot jew ma ħallsux it-tiġdid kienu diġà ddikjaraw li MHUX SE JIVVUTAW. Ara paġna 5