ĦARSA LEJN IL-PROGRESS FIL-QASAM LGBTIQ
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 17 ta’ April, 2016
Ara paġna 5
Ħarġa Nru 1,188 Prezz €1
ESKLUSSIVA
DEAL ELETTORALI
INTERESS PRIVAT MINFLOK PROĠETT SOĊJALI KUNTRATT BIT-TIMBRU TA’ CHRIS SAID LEJLET L-ELEZZJONI Kwistjoni dwar art fil-pussess tal-Awtorità tadDjar li kienet ilha għaddejja snin, kienet deċiża minn Chris Said fil-kampanja elettorali ta’ qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali u kuntratt dwarha kien iffirmat 48 siegħa qabel l-elezzjoni. Din id-deċiżjoni waslet biex art li kienet għand l-Awtorità tad-Djar biex fuqha jinbnew għadd
ta’ residenzi reġgħet marret għand il-privat u r-residenzi ‘soċjali’ ma nbnew qatt. Il-kuntratt kien iffirmat mid-Dipartiment talArtijiet fis-7 ta’ Marzu 2013 bejn id-Dipartiment tal-Artijiet u s-sidien privati. Dan f ’dik li tista’ tissejaħ ‘deal elettorali’ għax kienet kemm deċiża, kif ukoll iffirmata fl-eqqel ta’ kampanja elettorali.
Dik li llum qed niżvelaw b’mod esklussiv hija waħda minn sensiela ta’ deċiżjonijiet li saru flaħħar jiem ta’ qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali. Deċiżjoni li abbandunat proġett ta’ interess pubbliku għal gwadann privat. Ara paġna 7
“F’ĠIMGĦA DĦALT DARBTEJN B’OVERDOSE” Fabian* għamel xejn inqas minn 23 sena maħkum millvizzju tad-droga u jirrakkonta li, f ’ġimgħa partikolari, daħal darbtejn l-isptar b’overdose. Illum Fabian qed jiskonta sentenza ta’ ħabs, madankollu rnexxielu jdawwar ir-rotta ta’ ħajtu tant li ilu tliet snin u nofs ma jmiss mad-droga. Iltqajna ma’ Fabian f ’Villa Sant’Anna f ’Baħar iċ-Ċagħaq, fejn attwalment qed isegwi programm apposta mmexxi mill-Caritas. F’dan il-programm, persuni li jkunu qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs u jkollhom xi vizzji jistgħu japplikaw biex jiskontaw parti mis-sentenza tagħhom f ’din ir-residenza. Fleur Bianco, il-persuna li attwalment qed tmexxi dan ilprogramm, tispjegalna l-mod strutturat li bih dan jaħdem, il-valuri li jgħaddi lil dawk li jsegwuh, u d-differenza li dan kapaċi jagħmel fil-ħajja ta’ kull individwu.
LI KELLU JIRBAĦ IN-NEGATTIV Nanalizzaw x’jiġri li kieku Simon Busuttil jirbaħ il-vot fil-Parlament
Ara paġni 19-22
Ara paġni 4 u 5