Rapport f’paġna 9
IN-NISA L-AKTAR LI MXEW
Ħarġa Nru 1,436
Prezz €1
Ritratt: GARETH DEGIORGIO
Il-Ħadd, 17 ta’ Jannar, 2021
GRUPP TA’ STRATEĠIJA GĦAL WARA L-COVID-19
Titjib qawwi fis-sitwazzjoni ekonomika tal-mara Maltija fl-aħħar tmien snin, grazzi għall-politika femminista imbottata minn Gvernijiet Laburisti … baqgħet tistona biss ir-rappreżentenza fl-ogħla istituzzjoni li se tiġi rratifikata bil-liġi storika mressqa! Waqt li din il-ġimgħa tres saq l-abbozz ta’ liġi li għandu l-għan li jżid ir-rappreżentanza femminili fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, il-Parlament, bżonn li ilu jinħass, analiżi tal-KullĦadd tixhed kif dan baqa’ l-uniku settur fis-soċjetà fejn il-mara għadha ma rreġistratx passi sinifikanti s’issa. Mill-bqija, ġew innotati kisbiet kbar u titjib qawwi għan-nisa Maltin u Għawdxin mill-2013 lil hawn, minn mindu s-sess femminili mexa b’passi akbar u aktar mgħaġġlin minn żminijiet oħrajn, anke iżjed mill-irġiel, grazzi għall-politika femminista ta’ Gvernijiet Laburisti. Ma jistax ikun mod ieħor, ġejja minn Partit, li fil-100 sena tiegħu ħoloq rivoluzzjonijiet sħaħ favur il-mara Maltija u għall-ewwel darba kiteb paġni sħaħ fl-istorja tal-pajjiż, anke wara li, fost oħrajn, assenja r-rwol ta’ Kap ta’ Stat lill-uniċi żewġ nisa s’issa. Din il-gazzetta analizzat oqsma u ċifri li jixhdu din il-mixja femminista bla preċedent flaħħar snin. L-aqwa progress inkiseb fil-qasam tax-xogħol, b’mod partikolari grazzi għall-miżuri taċ-childcare b’xejn u t-tapering tal-benefiċċji. Dan wassal biex, fl-2018, għall-ewwel darba n-nisa lokali ta’ bejn il-25 u d-49 sena beda jkollhom rata ta’ impjiegi aqwa mill-medja Ewropea, 75% kontra 74%. Fl-2012, din l-istess faxxa ta’ etajiet kienet qed tirreġistra rata ta’ 10% inqas mill-medja
NISA F’IMPJIEG* 2018 Malta – 75% UE – 74% 2012 Malta – 61% UE – 71% NISA B’EDUKAZZJONI TERZJARJA** Malta – 46% UE – 46% NISA F’RISKJU TA’ FAQAR/ESKLUŻJONI SOĊJALI*** 2013 – 25.5% 2017 – 20.2% *bejn il-25 u d-49 sena **ċifri tal-2017 ***mhux meqjusa ż-żieda fil-popolazzjoni
Ewropea. Dak iż-żmien, waqt li 71% tan-nisa Ewropej kellhom impjieg, f’Malta r-rata kienet ta’ 61% tan-nisa f’dawk l-etajiet. Dan ifisser li d-distakk enormi, li ħafna kienu qed jantiċipaw li kellu jdum deċennji biex jispiċċa, minflok ġie eliminat kompletament f’leġiżlatura waħda. Tkompli f’paġna 3
SENA FID-DJARJU TAL-PRIM MINISTRU
Ara rapport minn paġni 4 sa 7