KullHadd_16.10.2016

Page 1

www.kullhadd.com

IRIDU LIL FENECH FOST L-INVESTIGATI Il-Ħadd, 16 ta’ Ottubru, 2016

Ħarġa Nru 1,214 Prezz €1

• ŻVILUPP ĠDID DWAR IL-FOND INVESTIGAT LI TIEGĦU L-EKS MINISTRU TONIO FENECH HU DIRETTUR

RWOL DOPPJU Tagħrif mid-Dar Ċentrali u analiżi ta’ ħidmet Caroline Muscat jikkonfermaw li fl-aħħar xhur kellha rwol doppju. Taħdem għat-Times of Malta u taqdi lill-Kap Nazzjonalista, Simon Busuttil. Ara paġna 4

• IL-KAŻ GĦADDA GĦAND IL-PULIZIJA KRIMINALI • INTERVJENA WKOLL IL-GVERN ŻVEDIŻ Każ li jinvolvi fond li tiegħu Tonio Fenech huwa direttur issa spiċċa f ’idejn il-pulizija Żvediża. Din l-aħħar żvolta seħħet fl-aħħar jiem meta l-Aġenzija tal-Pensjonijiet fl-Iżvezja talbet ukoll li r-responsabbiltà tad-diretturi ta’ Falcon Funds tkun investigata mill-Awtorità Żvediża għar-Reati Kriminali. Il-kumpanija Falcon Funds, li tagħha Tonio Fenech huwa direttur intalbet trodd lura miljuni ta’ ewro. Dan wara li allegatament il-kumpanija ta’ Tonio Fenech ħadet flus minn ħalq pensjonanti Żvediżi b’mod frodulenti, bl-ammont ilaħħaq mal-mitejn u erbgħin miljun ewro. Id-dubji dwar tattiċi frodulenti qamu wara li sar magħruf li minn uffiċini tal-kumpanija Konsumentkraft, ibbażata f ’Alicante fi Spanja, saru telefonati minn persuni mingħajr esperjenza li bdew iħajru pensjonanti Żvediżi jpoġġu flushom fil-fond ta’ Tonio Fenech. Dan wassal biex saħansitra Falcon Funds intefgħet ’il barra mill-Iżvezja u skont l-aħħar tagħrif li ħareġ fl-Iżvezja, issa anke l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji qed titlob li l-Falcon Funds, li hi rreġistrata f ’pajjiżna, tħallas dak mitlub minnha.

Is-sit tas-Salini, li jmur lura għal żmien il-Kavallieri, se jkun amministrat minn BirdLife Malta wara ftehim mal-Gvern Malti ffirmat ilbieraħ. Ir-riabilitazzjoni tas-Salini kien proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea u sewa seba’ miljun ewro u huwa mifrux fuq 154,000 metru kwadru.

Ara paġna 7

LEJLET IL-BAĠIT Fl-isfond ta’ upgrade minn Standards & Poor’s għada l-Ministru għall-Finanzi jippreżenta l-baġit 2017. Mistenni jkun baġit li jwieżen liż-żgħir u li jkompli jibni fuq ta’ qablu. Il-KullĦadd tistaqsi u tanalizza. Ara paġni 6, 13-16 u 28


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.