KullHadd_16.06.2019

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 16 ta’ Ġunju, 2019

MILL-KRIŻI FIL-PN

Ħarġa Nru 1,353 Prezz €1

48 SIEGĦA GĦADDEW • WARA LI GĦADDA L-ULTIMATUM U DELIA BAQA’ HEMM ŻDIEDET IL-PRESSJONI FUQ IL-KUMITATI SEZZJONALI BIEX JOĦORĠU JIKKUNDANNAWH

IL-MUDELLA LI TRID ISSIR PSIKOLOGA

DAVID CASA L-UNIKU MEP MALTI LI MA FFIRMAX FAVUR PERSUNI LGBTIQ+

Ara paġna 28

Ara paġna 7

Ara paġni 22 u 23

It-48 siegħa skorrew sew u l-ultimatum li Deputati Nazzjonalisti millfazzjoni ta’ Simon Busuttil taw lil Adrian Delia kien injorat għalkollox mill-Kap. Sa nhar il-Ġimgħa filgħaxija kien qed jiltaqa’ mal-attivisti f’Għawdex biex jitkellem magħhom dwar it-triq ’il quddiem. Anke jekk din il-laqgħa kważi kienet waħda mqanqla daqs dik tal-Grupp Parlamentari. Affaċċjati b’din ir-realtà n-nies li jridu lil Delia jitlaq qed jippruvaw jużaw il-kumitati biex jagħmlu l-attakk li jmiss. Il-ħsieb hu li fil-jiem li ġejjin ikun hemm għexieren ta’ dikjarazzjonijiet wara laqgħat ta’ kumitati sezzjonali li fihom tkun iddikjarata n-nuqqas ta’ fiduċja f’Adrian Delia u n-nies li hemm miegħu fit-tmexxija. Dan biex il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil tkun tista’ tkompli tagħfas fuq il-Kap biex jitlaq. Għalkemm hemm kumitati, fosthom tal-Mosta li diġà għamilha, li jidher li se jilagħbu l-logħba, hemm oħrajn li mhumiex daqshekk komdi u b’hekk din il-mossa qed twassal biex tkompli żżid il-qasma fil-Partit Nazzjonalista. Dan wara ġimgħa li matulha kompla joħroġ id-demm jum wara ieħor kif naraw f’paġni 4 u 5 fejn nanalizzaw dak li seħħ fl-aħħar jiem.

SUMMIT B’SUĊĊESS F’MALTA


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.