Kullhadd_16.04.2017

Page 1

TILFU L-IMĦATRA

Ħarġa Nru 1,240 Prezz €1

BUSUTTIL JIPPROVA JGĦAQQAD BL-ATTAKK • IR-REAZZJONI GĦALL-GRUPP PARLAMENTARI MAQSUM • EFFETT TAL-ISKANDLI LÖWENBRÄU, L-INVOICES U L-KONFUŻJONI KOALIZZJONI

Meta għada l-Partit Laburista jibda jlaqqa’ l-konferenza ġenerali annwali tiegħu bit-tema “Malta ’l Quddiem għal Iktar Suċċess” l-enfasi mhux biss se tkun dwar il-bidla li għamel pajjiżna flaħħar erba’ snin iżda wkoll fuq l-isfidi li għad iridu jingħelbu. Tant li, kif spjega l-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef, mistennija tingħata attenzjoni partikolari lis-settur tal-kera f ’konferenza nhar l-Erbgħa li mistennija tinvolvi mhux biss lid-delegati, iżda wkoll lill-persuni fis-settur. Se tkun ukoll konferenza li tapprova bidliet fl-istatut li jneħħu kull xkiel tekniku li seta’ kien hemm biex il-Partit Laburista jkun konformi mal-liġi talfinanzjament tal-partiti. “L-emendi meħtieġa diġà kienu diskussi u issa t-Tlieta jkunu approvati f ’sessjoni plenarja. Aħna morna nirreġistraw immedjatament kif daħlet il-liġi, qabel il-Partit Nazzjonalista,” fakkar Micallef mal-KullĦadd.

• SE JITLAQ B’SENSIELA TA’ ATTAKKI VVINTANTI F’mument fejn jinsabu taħt pressjoni bla preċedent, l-istrateġisti tal-Partit Nazzjonalista qablu li fil-jiem li ġejjin għandu jinfetaħ attakk bla skrupli fuq esponenti tal-Gvern bit-tama li l-firda interna li reġgħet kibret fl-aħħar jiem tikkalma xi ftit. Il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid jipprova jgħaqqad il-grupp b’attakk fuq il-Gvern biex meta u fejn isib l-oppożizzjoni interna, li qed tkun sikwit, ikun jista’ jirrikatta lid-deputati, li bl-aġir tagħhom ikunu qed ipaxxu lill-Gvern u l-għemil tal-membri tiegħu li skont dak ivvintat minn Busuttil, huwa aġir skandaluż. Għal darb’oħra, ċentrali f’din l-istrateġija se jkun hemm Daphne Caruana Galizia li malewwel kitbiet minn dak ippjanat diġà dabbret żewġ libelli, wieħed miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru u ieħor mill-Ministru Konrad Mizzi.

Ara paġni 10 u 11

Tkompli f’paġna 9

MILJUNI TA’ EWRO LI NBIDLU F’ĦAJJA • PAZJENTI KKURATI F’MALTA MINFLOK F’LONDRA • ĦAMES INTERVENTI RARI FIL-MOĦĦ MILL-BIDU TAS-SENA • RAKKONT TA’ MARA JIXHED IL-BIDLIET F’MATER DEI Josephine Camilleri daħlet l-emerġenza tal-Isptar Mater Dei wara li nqatgħatilha vina minn rasha. Qalulha li kien hemm bżonn intervent perikoluż u jdum erba’ sigħat. Naturalment, ma kellhiex għażla għajr li tidħol għalih u llum, xahrejn wara, tħares lura b’sodisfazzjon għax għaddietu b’suċċess u b’inqas skariġġ milli kien isir fl-imgħoddi. Fil-fatt dawk li kienu jgħaddu minn problema simili sas-sena li għaddiet, madwar 15 kull sena, kienu jintbagħtu għall-kura f’Londra. Illum, riżultat ta’ investiment fl-isptar pubbliku ta’ pajjiżna u l-ħila tal-professjonisti, dan jista’ jsir f’Malta. F’paġna ħamsa tkellimna dwar dan ma’ Josephine u żewġha, ma’ konsulent mediku u mal-Ministru għas-Saħħa. Ara paġna 5

paġna 4

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 16 ta’ April, 2017


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.