IĦALLU MALTA IMMIGRANTI OĦRA MINN TAL-LIFELINE
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 15 ta’ Lulju, 2018
Ħarġa Nru 1,305 Prezz €1
Ara paġna 4
ISALLBU LILL-PN BIEX JINQDEW HUMA • L-AĦĦAR SNIN TA’ BUSUTTIL U L-EWWEL XHUR TA’ DELIA KOMPLEW IŻIDU D-DEJN TAL-AZJENDI TAL-PN • INQABDET TRIQ GĦAN-NIŻLA LI MA TISTA’ DDUR B’XEJN • IL-KONTIJIET TAL-PN JURU DEJN LI QABEŻ L-€20 MILJUN
Ilum mistennija jħallu Malta iktar immigranti minn fost dawk li daħlu Malta fuq il-Lifeline fl-aħħar ġimgħat. Dan flistess ħin li fl-aħħar sigħat żviluppat kwistjoni dwar dgħajsa din id-darba b’450 immigrant abbord. Fi stqarrija tard ilbieraħ b’rabta ma’ din il-kwistjoni, il-Gvern Malti qal li lest ikun parti minn ftehim Ewropew dwar dan il-każ. Qal ukoll li l-bastiment dieħel l-Italja. Tkompli f’paġna 9
TA’ ESKLUSSIVITÀ Għaxart ijiem oħra din il-gazzetta tkun ilha tiġi ppubblikata 25 sena. Fil-mijiet ta’ kopji li kienu ppubblikati tul dan il-kwart ta’ seklu dejjem fittixna l-aħbar esklussiva kif ukoll li nkunu relevanti blistejjer u l-kitbiet li nwasslu. Illum inħarsu ftit lura. Iżda iktar importanti minn hekk inħarsu wkoll lejn il-preżent u l-ġejjieni. Dan b’impenn wieħed; dak li f’dinja ta’ sfida għal kull gazzetta mitbugħa nibqgħu nipprovdu aħbarijiet u kitbiet relevanti li jżommu b’saħħtu dan il-mezz ta’ komunikazzjoni favur il-progress u s-sewwa. Kitbiet tal-okkażjoni jibdew f’paġna 11
IL-QARNIT TA’ ARRIGO
Fil-Qorti l-Eks Sindku tal-PN Nikki Dimech tefa’ dawl fuq kif jaħdem Robert Arrigo. Jiddeskrivi n-nies li l-Viċi Kap tal-PN ried jaġevola bħala “qarnit”. Ara paġna 44