KullĦadd_15.05.2016

Page 1

ĦARSA LEJN

L-EWWEL 3 SNIN TA’ BUSUTTIL BĦALA KAP TAL-PN

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 15 ta’ Mejju, 2016

Ħarġa Nru 1,192 Prezz €1

JAĦBI KUMPANIJA MA’ TRAFFIKANT TA’ DROGA Id-Deputat Nazzjonalista Tony Abela, fiddikjarazzjoni tal-assi tiegħu ma ddikjarax is-sehem f ’kumpanija ma’ traffikant tad-droga, li fl-aħħar xhur kellu sentenza ta’ ħabs fil-konfront tiegħu kkonfermata mill-Qorti tal-Appell Kriminali. Abela huwa wieħed mill-iktar deputati ġodda ta’ Simon Busuttil, għax daħal fil-Parlament ftit taxxhur ilu u dik tal-aħħar ġimgħat kienet l-ewwel dikjarazzjoni tal-assi tiegħu wara li rritorna fil-

Parlament. Dikjarazzjoni tal-assi li reġgħet poġġietu bħala wieħed mill-iktar deputati li għandhom ġid fil-Parlament Malti. Ma dan kollu jispikka x’naqas milli jinkludi Tony Abela fid-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu. Minn stħarriġ tal-gazzetta KullĦadd jirriżulta li Tony Abela għad għandu ismu jidher fuq ir-reġistru talkumpaniji tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ma’ ċertu Andrea Zammit, magħruf aħjar bħala

Indri Zammit. Zammit kien weħel 18-il sena ħabs b’rabta ma’ traffikar ta’ droga fl-2010, liema sentenza kienet ikkonfermata f ’Jannar ta’ din is-sena. Dan f ’sentenza studjata li analizzat kemm huma serji l-akkużi li tagħhom instab ħati s-sieħeb ta’ Abela fin-negozju. Ara paġna 7

IL-ĦTIF TAT-TFAL MILL-ĠENITURI...

BŻONN TA’ BIDLA FIL-LIĠI

Il-Kummissarju għat-Tfal qed tipproponi bidla fil-liġi fir-rigward ta’ każijiet ta’ ħtif tat-tfal mill-ġenituri tagħhom stess. Il-Kummissarju Pauline Miceli qalet lil din il-gazzetta li hemm bżonn ta’ deterrent iktar qawwi biex ġenitur ma jiħux lil uliedu barra l-pajjiż mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor. Deterrent wieħed jista’ jkun proprju bidla fil-liġi li permezz tagħha din l-azzjoni tibda tiġi meqjusa bħala reat kriminali, u mhux iktar bħala sempliċi kwistjoni ċivili. Diskussjonijiet f ’dan is-sens bħalissa jinsabu għaddejja bejn l-Uffiċċju talKummissarju għat-Tfal u dak tal-Avukat Ġenerali. Ara paġna 5

“Jiena kont atleta dixxiplinata u determinata b’natura kompetittiva ħafna, studenta kapaċi u ambizzjuża, u tifla kunfidenti. Issa l-ħajja tiegħi hija differenti ħafna. Spiċċa ż-żmien meta kont nitħarreġ kull jum tal-ġimgħa. Issa sular taraġ jgħejjini ħafna – huwa għalhekk li għandi lift id-dar.”


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.