KullHadd_14.08.2016

Page 1

INTERVISTA MA’

MARK CAMILLERI

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 14 ta’ Awwissu, 2016

Ara paġni 10 u 11 Ħarġa Nru 1,205 Prezz €1

TA’ BARTS APPLIKAW

• IL-PJANTI TAL-ISKOLA MEDIKA GĦAND L-AWTORITÀ TAL-IPPJANAR • “ĊANS LI MALTA SSIR ĊENTRU TA’ EDUKAZZJONI, RIĊERKA U KURA” – PROFESSUR AMERIKAN • IKOMPLI JIRRANKA L-PROĠETT KBIR FIL-QASAM TAS-SAĦĦA Il-pjanti tal-iskola medika li se tinfetaħ f ’Għawdex biswit l-Isptar Ġenerali jinsabu quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Il-gazzetta KullĦadd tista’ tiżvela li dawn ilpjanti daħlu fl-uffiċini tal-Awtorità nhar il-Ħamis li għadda biex issa

l-applikazzjoni tgħaddi mill-proċess ta’ kull applikazzjoni oħra. B’hekk sar pass ieħor lejn il-bidu ta’ din l-iskola li kienet deskritta mill-Kap Eżekuttiv ta’ Partners Health Care, Gilbert Mudge, bħala waħda mirraġunijiet li attirathom lejn Malta.

“Il-fatt li waħda mill-iskejjel mediċi ewlenin fid-dinja kienet se tiftaħ skola medika f ’Malta kien attraenti ferm,” qal Mudge f ’intervista malgazzetta KullĦadd. Din l-applikazzjoni daħlet f ’ġimgħa fejn kien iffirmat

SINGLE PARENTS IMIDDU GĦONQHOM GĦAX-XOGĦOL • ŻIEDA TA’ 10% FI TLIET SNIN

ftehim bejn il-Gvern u l-Unjin talInfermiera u li, fi żjara fl-Isptar San Luqa, l-investituri ta’ Vitals Healthcare Group ikkonfermaw li wara l-festi ta’ Santa Marija jibdew ix-xogħol hemm ukoll. Ara paġna 3

MINN €2,000,000 GĦAL €35,000,000

Fi tliet snin kien hemm żieda ta’ 10% fin-numru ta’ single parents fid-dinja tax-xogħol. Dan jirriżulta minn tagħrif li kien ippubblikat flimkien mad-dokument ta’ qabel il-baġit li wera biċċar ir-riżultati li ħallew diversi inizjattivi maħsuba biex iktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Filwaqt li fl-2013 kien hemm ftit inqas minn 50% tat-total tas-single parents jaħdmu, illum dan in-numru laħaq is-60%. Ma kinux biss is-single parents li meddew iktar għonqhom għax-xogħol; jirriżulta li, grazzi għat-tapering tal-benefiċċju, fejn il-benefiċċju soċjali ma jinqatax mal-ewwel, kien hemm 1,150 persuna li daħlet lura fid-dinja tax-xogħol. Kien hemm 673 persuna li rċeviet il-benefiċċju tal-qgħad għal iktar minn sentejn u li dawn ukoll daħlu fid-dinja tax-xogħol fi prova oħra li qed tkun ippremjata l-bżulija.

Il-Malta Air Traffic Services, li tipprovdi s-servizz ta’ navigazzjoni għall-ajruplani li jkunu qed itiru fl-ispazju talajru ta’ Malta, rat il-valur tagħha jitla’ għal €35,000,000. Dan minn €2,000,000 fl-2012. Żvela dan il-Kap Eżekuttiv tal-MATS, Kenneth Chircop, f ’intervista mal-gazzetta KullĦadd. “Fl-2011, il-kumpanija kellha tissellef mingħand ilbanek biex tiffinanzja d-dejn u t-telf li sar fil-passat u saħansitra sabiex jitħallsu l-ispejjeż kurrenti tal-kumpanija. Minn kumpanija li kienet tagħmel it-telf, illum għandna kumpanija li trendi,” żvela Chircop. Illum il-kumpanija mhux talli m’għadhiex tirċievi sussidju mingħand il-Gvern, iżda saħansitra qiegħda tagħti dividend annwali lill-Gvern. Minn piż fuq it-tax payer, illum ilkumpanija saret assi importanti tal-pajjiż.

Ara paġni 6 u 7

Ara paġni 8 u 9


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
KullHadd_14.08.2016 by Kullħadd Editor - Issuu