
2 minute read
STRATEĠIJA ANTI-BULLYING
lema kbira għall-benesseri tal-istudenti, u bil-ġeneralizzazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u n-netwerks tal-midja soċjali, dawn l-attakki nfirxu b’mod allarmanti u saru aktar kumplessi.
jonijiet fejn nipproteġu liżżgħażagħ tagħna meta jkunu waħedhom, fejn ma nistgħux inkunu magħhom fid-dinja virtwali.
Advertisement
Il-bullying mhuwiex fenomenu reċenti, iżda wieħed li ilu jeżisti għal ġenerazzjonijiet f’diversi forom. Il-fatt li persuna tkun qed tiġi esposta ripetutament għal azzjonijiet negattivi li jsiru intenzjonalment u li jikkawżaw skumdità, qatt m’għandu jkun aċċettabbli. Il-ħsara kbira li ssir b’dawn l-azzjonijiet hija ta’ dannu kbir għall-individwi affettwati, iżda wkoll għas-soċjetà u sfortunatament naraw kif il-bullying għadu meqjus bħala waħda mill-problemi ewlenin li ż-żgħażagħ tagħna jiffaċċjaw matul it-tfulija tagħhom, fiż-żmien li qed jiffurmaw il-karattru u l-personalità tagħhom.
Il-bullying fl-ambjent tal-iskola minn dejjem kien prob-
Il-bullying ċibernetiku, jew l-użu ta’ teknoloġiji elettroniċi sabiex persuna oħra tiġi bbuljata permezz tal-internet, qed isir ħafna aktar komuni fost it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, u s-sitwazzjoni kompliet tiggrava matul il-pandemija, meta ħajjitna saret aktar online, l-istess ġara bil-bullying li issa m’għadux limitat għall-klassijiet fl-iskejjel.
L-isfida ewlenija tal-bullying ċibernetiku hija l-fatt li jieħu ħafna forom differenti. Eżempji jinkludu messaġġi kattivi maħsuba li jweġġgħu lil dak li jkun permezz ta’ mezzi elettroniċi b’bosta għodod li nsibu online jew fuq l-ismartphones, xnigħat mibgħuta bil-posta elettronika jew imqiegħda fuq siti ta’ midja soċjali, u ritratti, filmati jew siti imbarazzanti.
Studju jurina li wieħed minn kull ħamest itfal qed jiġi espost għal bullying ċibernetiku u skont it-tfal stess, il-bullying ċibernetiku huwa wieħed mill-aktar riskji li jassoċjaw mal-internet. Għaldaqstant, irridu naħsbu għal soluzz-
Fil-Parlament Ewropew, b’mod rikorrenti wassalt it-tħassib tiegħi dwar din il-problema tal-bullying u l-bullying ċibernetiku li jħabbtu wiċċhom magħhom ħafna żgħażagħ.
Nemmen li permezz ta’ sforzi aktar konġunti fuq livell Ewropew, hemm lok għal azzjoni aktar ikkoordinata biex tiġi miġġielda din il-problema. Ċertament mhix problema li nistgħu ninjoraw jew niħduha b’leġġerezza, aktar u aktar meta qed narawha tkompli tikber quddiem għajnejna u tħalli impatt ferm aktar negattiv fuq uliedna.
Tkellimt b’mod attiv ħafna dwar din il-kwistjoni fil-gruppi ta’ ħidma li nipparteċipa fihom fil-Parlament Ewropew, u din il-ġimgħa ddeċidejt ukoll, fl-okkażjoni tal-jum internazzjonali kontra l-bullying, li nressaq mistoqsija ta’ prijorità lill-Kummissjoni Ewropea biex nimbottaha ħalli tagħmel aktar sforzi dwar din il-problema.
Fost il-punti li qajjimt, staqsejt b’mod dirett dwar l-azzjonijiet li l-Kummissjoni biħsiebha tieħu biex timpli- menta u ttejjeb il-ġbir tad-data dwar il-bullying u l-bullying ċibernetiku fl-Unjoni Ewropea għaliex bħalissa, għajr għal xi studji akkademiċi, m’għandniex stampa ċara dwar il-gravità ta’ din il-problema.
Ħadt ukoll l-okkażjoni biex nistaqsi lill-Kummissjoni jekk hux biħsiebha tfassal strateġija Ewropea kontra l-bullying u l-bullying ċibernetiku fl-iskejjel għaliex nemmen li permezz ta’ hekk, tista’ tipproponi s-soluzzjonijiet meħtieġa għal din il-problema f’kooperazzjoni mal-Istati Membri kollha u nkunu qed noffru protezzjoni wiesgħa.
Issuġġerejt ukoll li l-Kummissjoni tikkunsidra l-istabbiliment ta’ pakkett ta’ miżuri, inklużi rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri, fiż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-kisba tagħha sal-2025 biex permezz t’hekk ikollna miri konkreti li l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jsegwu u jimmiraw li jilħqu.
Fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew, matul din il-ġimgħa ħadt ukoll l-opportunità li nwassal messaġġ dwar din il-problema, fejn sħaqt li ma nistgħux nibqgħu nittratienu u ndawru wiċċna n-naħa l-oħra.

It-tfal għandhom jgħixu ħielsa minn kull forma ta’