6 minute read

DYLAN DE BONO L-IMĦABBA GĦALL-MUŻIKA

Dan l-aħħar sirt naf b’kantant Malti li qed idur xi pajjiżi madwar id-dinja, tant li telaq xogħlu ta’ tabib, sabiex ikun jista’ jiffoka aktar fuq il-mużika tiegħu. Qed nirreferi għal Dylan De Bono. Għandu 32 sena, oriġinarjament minn Marsaskala, imma jgħix l-Imsida. Kwalifikat bħala tabib u l-mużika hija wisq importanti għalih biex isejħilha biss passatemp. Il-passatemp favorit tiegħu huwa s-safar, fejn iħobb jagħmel ħbiberiji ma’ nies minn pajjiżi differenti. Iqatta’ ħafna ħin mal-ħbieb tiegħu. Iħobb jiddeverti. Ħafna mill-attivitajiet li jieħdu l-maġġoranza tal-ħin tiegħu huma relatati mal-mużika. Iħobb ukoll imur jissapportja lil sħabu mużiċisti għall-kunċerti tagħhom. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem avventuruż, spontanju u jħobb jiddeverti. Iħoss li huwa persuna b’karattru easy going u jaħseb li n-nies iħossuhom komdi fil-kumpanija tiegħu. Ħafna nies jgħidulu li hu simpatiku u dħuli, imma fil-verità ma jafux li huwa mistħi, u jbati ħafna minn ansjetà. Però din ma jħallihiex twaqqfu mill-affarijiet li jixtieq nagħmel. Wara kollox għandu sens ta’ entużjażmu kbir għall-ħajja u dejjem jipprova jara s-sabiħ fl-affarijiet sempliċi.

Tabib, mużiċist, kantant, u kompożitur

Advertisement

Dylan huwa mużiċist, kantant, u kompożitur tad-diski tal-ġeneru pop. Huwa wkoll tabib, kwalifikat fil-Mediċina u fl-isptar Mater Dei, jaħdem fid-Dipartiment tal-Ġinekoloġija. Mistoqsi kif iħoss li hi ħajtu bil-mediċina u l-mużika, weġibni: “Tul ħajti kollha pruvajt insib bilanċ bejn l-imħabba tiegħi għax-xjenza u l-mediċina, u l-passjoni għall-mużika.

Għamilt tmien snin naħdem bħala tabib s’issa, speċjalment fil-qasam tal-kirurġija u fil-ġinekoloġija. Xogħli ta’ tabib dejjem għamiltu bi mħabba u b’sens ta’ dedikazzjoni. Sibt ħafna sodisfazzjon naħdem f’tim l-isptar, nieħu ħsieb il-pazjenti u nitgħallem interventi ġodda. Nixtieq nieħu l-opportunità sabiex ngħid kemm inħobb lill-kollegi u lis-superjuri tiegħi li jaħdmu l-isptar. Vera m’hawnx bħalhom dawk in-nies u nixtieq nirringrazzjahom ta’ dawn is-snin sbieħ li qattajt Mater Dei”.

Kompla jgħidli li l-mużika wkoll tirrikjedi ħafna ħin biex tagħmilha karriera. “Trid il-ħin għall-kitba u għall-produzzjoni fl-istudio, rehearsals, kunċerti kif ukoll għall-promozzjoni. Dan kollu jieħu ħafna ħin u enerġija. Għal żmien twil kien qed jirnexxili nsib il-bilanċ bejn iżżewġ passjonijiet tiegħi.

Sakemm ġietni opportunità li ma stajtx nitlef, u waslet il-possibbiltà li niddependi finanzjarjament fuq il-mużika. Għalhekk, iddeċidejt li nisma’ minn qalbi u niddedika l-enerġija tiegħi biss lejn il-mużika, għall-inqas għalissa. Madanakollu, għadni nżomm aġġornat mal-ġinekoloġija u għadni ngħallem studenti tal-mediċina barranin u lokali fuq bażi part-time permezz tal-online teaching u għaldaqstant m’iniex marbut li naħdem minn pajjiż partikolari.

Nammetti li kienet deċiżjoni iebsa, imma l-imħabba tiegħi għall-mużika ma ħallitnix bi kwieti, sakemm ma kellix għażla ħlief li nisma’ minn din is-sejħa, u kieku ma smajtx minnha kienet tkun rimors li żgur jibqa’ f’moħħi u ma nkunx nista’ ngħix bija nnifsi,” stqarr miegħi. Dwar x’sodisfazzjon tagħtih il-mużika, Dylan weġibni li l-mużika hija kollox għalih. “Inqum kull filgħodu naħseb fil-mużika, kważi kważi bħala l-ewwel ħsieb, u mmur fis-sodda filgħaxija noħlom fuq il-mużika. Is-sodisfazzjon li nħoss meta nikteb u nipproduċi diska huwa wisq kbir biex niddeskrivih. Imbagħad, meta nara li nies oħra qed jisimgħu u jintlaqtu mill-mużika tiegħi nħoss emozzjoni indeskrivibbli. Speċjalment meta ninterpreta d-diski live waqt il-kunċerti u nħoss konnessjoni mal-udjenza.”

Wara li ħa sehem fl-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta, iffoka fuq l-ewwel album tiegħu

Fil-fatt, wara li kien ħa sehem

Inqum kull filgħodu naħseb fil-mużika, kważi kważi bħala l-ewwel ħsieb, u mmur fis-sodda filgħaxija noħlom fuq ilmużika. Is-sodisfazzjon li nħoss meta nikteb u nipproduċi diska huwa wisq kbir biex niddeskrivih. Imbagħad, meta nara li nies oħra qed jisimgħu u jintlaqtu mill-mużika tiegħi nħoss emozzjoni indeskrivibbli. Speċjalment meta ninterpreta d-diski live waqt il-kunċerti u nħoss konnessjoni mal-udjenza fl-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta, Dylan iffoka fuq l-ewwel album tiegħu, Loose Wire bl-għajnuna tal-producer David Vella. Kien ispirat minn tfajla li kienet għadha kemm għaddiet minn separazzjoni.

“Kif għedt int, wara li ħadt sehem f’X Factor Malta, bdejt naħdem fuq l-ewwel album tiegħi Loose Wire mal-famuż produttur u kompożitur David Vella. Flimkien ħloqna proġett iffukat fuq il-mużika Pop, jew speċifikament electro-pop. Konna ispirati ħafna mill-mużika pop u disco tas-sebgħinijiet u tat-tmeninijiet, minn artisti bħal David Bowie, Tears for Fears, Marvin Gaye u Michael Jackson. Wieħed jista’ jis - ma’ dawn l-influwenzi kollha fl-album.”

Ta’ min jgħid li l-lirika tal-album kienet ispirata mid-dispjaċir u mill-konfużjoni li ħass wara li ħassar minn mat-tfajla tiegħu dak iż-żmien.

“Din it-tema kienet magħġuna ma’ dak kollu li għaddejt minnu u mal-isfor - zi tiegħi biex nipprova ninsa lill-eks maħbuba tiegħi. Fl-aħħar biċċiet tal-album, tinduna li sibt it-trankwillità tar-ruħ u s-serħan tal-moħħ, hekk kif sibt il-paċi miegħi nnifsi u sibt imħabba ġdida. Aċċettajt il-fatt, li bħal kull persuna oħra m’iniex perfett. Ilkoll kemm aħna għandna d-difetti u l-preġji tagħna. Indunajt, li jiġri x’jiġri, ilħajja trid tkompli. Il-kitba ta’ dan l-album tatni mezz kif nesprimi dawn l-emozzjonijiet kollha u kienet parti essenzjali u terapewtika biex inbiddel din l-esperjenza f’esperjenza sabiħa u noħloq l-arti minnha.”

Il-mużika ta’ Dylan indaqqet f’pajjiżi barra minn xtutna bħall-Italja, il-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Rumanija, Spanja, u l-Iżvizzera. Ħallejt f’idejh sabiex jikkummenta dwar dan. “Iva, il-mużika tiegħi ndaqqet diversi drabi barra minn xtutna, primarjament permezz tal-internet.

Kienet fil-fatt id-diska Feeling S*** Right Now li attirat widnejn barra minn pajjiżna. Id-diska ħarġet f’Marzu 2020, waqt il-lockdown tal-pandemija tal-

COVID-19. Diversi nies filfatt ħasbu li d-diska kellha x’taqsam mad-dwejjaq ta’ din is-sitwazzjoni. Din l-interpretazzjoni fil-fatt ħadmet favur id-diska.

Ħafna nies ukoll għoġbithom id-diska minħabba l-kuntrast bejn il-lirika ta’ dwejjaq u l-mużika li hija fuq ruħha u żeffiena. Dan innormalizza l-fatt li kulħadd ikollu ġranet ta’ dwejjaq, mela ejjew ma nistħux nammettu dan u niċċelebraw li aħna kollha umani tad-demm u l-laħam. Allura l-music video tad-diska li ppubblikajt fuq YouTube, beda jiġri u jiġri ma’ eluf u eluf ta’ nies. Minħabba dan diversi preżentaturi tar-radju sabu d-diska u daqqewha fuq il-programmi tagħhom.

Imbagħad kienet l-aħħar single mill-album bit-titlu I Can’t Say No (When You Go Down) li reġgħet sabet attenzjoni ġdida internazzjonali. Id-diska miktuba dwar żeffiena minn Moska li kelli relazzjoni magħha, indaqqet ħafna fuq Spotify, kif ukoll fuq TikTok, fejn bosta influencers u żeffiena bdew jużaw id-diska fil-videos tagħhom, u b’hekk id-diska reġgħet ġabet attenzjoni mill-barranin.

Fil-fatt, dik id-diska indaqqet fuq stazzjonijiet tar-radju indipendenti fl-Amerka ta’ Fuq, fl-Ingilterra, kif ukoll fl-Awstralja. Nibqa’ naffaxxina ruħi kif diski miktuba minn persuna minn din il-blata ċkejkna li ħadd ma jaf biha, tista’ tasal għand nies li jsiru jħobbuha min-naħa l-oħra tad-dinja permezz tal-internet u s-siti soċjali.”

Ta’ min jgħid li bħalissa, Dylan qiegħed jikkonċentra fuq il-kitba u l-produzzjoni ta’ album ġdid mal-partner tiegħu David Vella u l-awtur u kitarrista mill-Maċedonja Kristijan Volchev, kif ukoll waqaf temporanjament mill-karriera medika tiegħu biex jagħmel tour ta’ kunċerti madwar id-dinja bil-għan li jippromwovi l-album tiegħu.

“It-tour tiegħi għandu jdum sas-sena 2024. Beda minn diversi kunċerti fir-Rumanija. Bħalissa qiegħed Budapest fl-Ungerija, u minn hawn sejjer ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja, l-Ingilterra, il-Maċedonja u l-Italja.

Fis-sajf immur lejn l-Amerka ta’ Fuq, Los Angeles, San Diego u Virginia, kif ukoll il-Messiku. Imbagħad f’Settembru mmur lejn il-Korea t’Isfel. Għandi sena ppakkjata nipromwovi l-album madwar id-dinja. Pruvajt ukoll norganizza kunċert fl-Afrika t’Isfel għaliex hemm bosta semmiegħa tad-diski tiegħi minn hemm, iżda s’issa ma rnexxilix norganizza dan. Forsi fil-futur! Però, waqt li qed indur dejjem qed jiġu opportunitajiet u stediniet biex indoqq f’pajjiżi oħra, jiġifieri l-lista dejjem qed tikber.”

Miegħu ddiskutejt ukoll b’liema modi eżattament qed jippromwovi l-album tiegħu, u x’kuntatti kellu bżonn jagħmel qabel ma beda fuq dan il-vjaġġ tiegħu tat-tour. “Bħala kuntatti kelli għajnuna mill-programm tar-radju li għenu d-diski tiegħi. Iffirmajt kuntratt ma’ dar tad-diski fil-Korea t’Isfel fejn il-mużika pop hija popolari ħafna.

L-Amerka għamilt kuntatt ma’ persuna li sab id-diski tiegħi fuq YouTube u jaħdem bħala A&R, isib talent ġdid u ġejt mistieden l-Amerka, allura ser nieħu din l-okkażjoni fis-sajf.” Xogħol ta’ promozzjoni nagħmel ħafna minnu jien, speċjalment bil-midja soċjali u l-kunċerti. Imma l-iktar nies li għenuni nagħmel din l-avventura possibbli huma l-ħbieb tiegħi kemm Maltin kif ukoll barranin li ssapportjawni u għamlu li setgħu biex jgħinuni norganizza l-kunċerti.”

Fl-aħħar nett, Dylan ħalla messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-messaġġ tiegħi huwa dejjem li l-ħajja hija qasira. Iż-żmien jgħaddi malajr u għalkemm l-uġigħ u d-dispjaċir huma parti mill-esperjenza umana, m’għandniex naqtgħu qalbna imma niffukaw fuq issabiħ ta’ madwarna.

Ejjew nippruvaw nittrattaw lil kulħadd b’rispett u b’ġenerożità għax kulħadd qiegħed f’keffa waħda. Nemmen li jekk ngħixu b’dawn il-valuri f’qalbna, ngħixu b’umiltà u jekk l-intenzjonijiet tagħna huma ġenwini nistgħu naħfru lilna nfusna kull żball u kollox huwa possibbli,” temm jgħid f’din l-intervista.

Sena Ewropea tal-Ħiliet: 9 ta’ Mejju 2023 – 8 ta’ Mejju 2024

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet ġie stabbilit bħala entità eżekuttiva fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Nibdlu l-mentalità - it-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet huma l-unika assigurazzjoni għall-impjiegi ta’ kwalità

Titqajjem kuxjenza dwar il-ħiliet meħtieġa għat-tranżizzjonijiet diġitali u ħadra

Tissaħħaħ il-kompetittività billi ninvestu fit-taħriġ dwar il-ħiliet meħtieġa għall-futur

L-għan ewlieni tagħna huwa li niżguraw li l-ħiliet ikunu fil-qalba tad-dibattitu tal-politika lokali.

Viżjoni

Li titrawwem kultura ta' tagħlim tul il-ħajja fost kulħadd, sabiex l-individwi jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom fid-dinja dinamika tax-xogħol.

Missjoni

Li nmexxu aġenda tal-ħiliet ibbażata fuq l-evidenza u ffukata fuq l-impjegabbiltà, l-inklużjoni soċjali u l-benessri.

NSCMalta Ibqa' aġġornat dwar l-aħħar żviluppi marbuta mal-ħiliet billi ssegwi l-Fb Page tal-NSCMalta llum!

This article is from: