
7 minute read
IL-MUMMJI EĠIZZJANI
Meta llum il-ġurnata nitkellmu fuq il-mummji, insibu lil min jiskanta, l-aktar għax din kienet sengħa ta’ preservazzjoni tal-katavri u kienet imħaddma mill-qassisin. Il-mummifikazzjoni tmur lura għal madwar 3,000 sena. Għall-ewwel kienu l-kbarat u l-mexxejja Eġizzjani li jagħmluhom f’mummji u magħhom kienu jidfnu bosta oġġetti li setgħu jużaw fil-Ħajja ta’ wara. Din id-drawwa nqatgħet meta r-Rumani rebħu lill-Eġittu u aktar tard meta qabad l-art il-Kristjaneżmu.
Minn CHARLES B. SPITERI
Advertisement
Il-mummifikazzjoni hu l-isem li ngħata għall-metodi ta’ bbalzmar jew trattament talġisem mejjet, li użaw l-Eġizzjani tal-qedem. Bl-użu ta’ proċessi speċjali, l-Eġizzjani neħħew l-umdità kollha mill-ġisem, u ħallew biss forma mnixxfa li ma titmermirx faċilment. Għar-reliġjon tagħhom kien importanti li jippreservaw il-ġisem mejjet bl-aktar mod possibbli. Tant kellhom suċċess, li sal-lum nistgħu naraw il-ġisem mummifikat ta’ Eġizzjan u jkollna idea tajba ta’ kif kien jidher fil-ħajja, 3,000 sena ilu.
Mummifikazzjoni aċċidentali
Il-mummifikazzjoni kienet ipprattikata matul il-biċċa l-kbira tal-istorja Eġizzjana bikrija. L-ewwel mummji minn żminijiet preistoriċi probabbilment kienu aċċidentali. B’kumbinazzjoni, ramel niexef u arja (billi l-Eġittu kważi m’għandu l-ebda xita li tista’ titkejjel) ippreservaw xi iġsma midfunin f’ħofor baxxi mħaffra fir-ramel.
Madwar is-sena 2600 qabel Kristu, matul ir-Raba’ u l-Ħames Dinastiji, l-Eġizzjani x’aktarx bdew jimmummifikaw lill-mejtin intenzjonalment. Il-prattika kompliet u żviluppat għal aktar minn
2,000 sena, fil-Perjodu Ruman, madwar is-sena 30 qabel Kristu, sa 364 wara Kristu. Fi kwalunkwe perjodu, il-kwalità tal-mummifikazzjoni varjat, skont il-prezz imħallas għaliha. L-aħjar mummji mħejjija u ppreservati huma mit-18 sal20 Dinastiji tar-Renju u jinkludu dawk ta’ Tutankhamun u faragħuni oħrajn magħrufin. U hawn se nittrattaw il-proċess ġenerali ta’ dan il-perjodu.
Il-proċess tal-mummifikazzjoni kien jieħu 70 jum. Qassisin b’ħiliet speċjali kienu jaħdmu bħala balzmaturi, jittrattaw u jgeżwru l-ġisem. Lil hinn mill-għarfien tar-ritwali u t-talb marbut magħhom, li kellhom isiru f’diversi stadji, il-qassisin kellhom bżonn ukoll għarfien dettaljat tal-anatomija tal-bniedem.
Tneħħija tal-intern
L-ewwel pass fil-proċess kien it-tneħħija tal-partijiet interni kollha li jistgħu jitmermru f’ħin qasir. Il-moħħ kien jitneħħa billi bir-reqqa kollha kienu jiddaħħlu strumenti speċjali, fosthom ganċ ’il fuq mill-imnifsejn sabiex jinġibdu l-biċċiet tat-tessut tal-moħħ.
Kienet tkun operazzjoni delikata, waħda li faċilment setgħet tisfigura lill-wiċċ.
L-ibbalzmaturi mbagħad ineħħu l-organi taż-żaqq u tas-sider permezz ta’ qatgħa li ġeneralment issir fuq in-naħa tax-xellug taż-żaqq. F’postha kienu jħallu biss il-qalb, u dan minħabba li kienu jemmnu li hi ċ-ċentru tal-essri u tal-intelliġenza tal-persuna.
L-organi l-oħra kienu jkunu ppreservati separatament, bl-istonku, il-fwied, il-pulmun, u l-imsaren jitqiegħdu f’kaxxi jew vażetti speċjali llum imsejħa vażetti kanopiċi. Dawn kienu jispiċċaw midfunin mal-mummja. Aktar tard, dawn l-interjuri kienu jkunu trattati, imgeżwra u mqegħdin lura fil-ġisem tal-mummja li tkun. B’riżultat ta’ dan, vażetti kanopiċi mhux użati baqgħu jagħmlu parti mir-ritwali taddfin.
Tneħħija tal-umdità
Minn dan il-proċess, il-balzmaturi kienu jneħħu l-umdità kollha mill-ġisem. Dan jagħmluh billi jiksu l-ġisem b’tip ta’ melħ li għandu proprjetajiet kbar ta’ tnixxif, u billi jqiegħdu pakketti minnu addizzjonali fil-ġisem.
Meta l-ġisem ikun nixef għalkollox, il-balzmaturi jneħħu l-pakketti interni u jaħslu b’mod ħafif fuq il-ġisem. Ir-riżultat kien jispiċċa jkun il-forma umana niexfa ħaf- na iżda rikonoxxibbli. Biex il-mummja tidher aktar ħajja, partijiet mgħarrqin tal-ġisem kienu jimtlew bi bjankerija u materjali oħrajn u jiġu inseriti għajnejn foloz.
Imbagħad jibda t-tgeżwir. Kull mummja kien ikollha bżonn mijiet ta’ jardi ta’ għażel. Il-ġisem kien jiddawwar birreqqa bi strixxi twal mill-istess għażel. Dan ix-xogħol kienu jagħmluh ukoll is-saċerdoti.
Xi drabi kienu saħansitra jgeżwru kull saba’ u sieq separatament qabel ma jgeżwru l-id jew is-sieq kollha. Sabiex il-mejtin ikunu protetti minn inċidenti, fost it-tgeżwir, talb u kliem maġiku miktub fuq xi strixxi tal-għażel, kienu jitqiegħdu l-amuleti. Ħafna drabi l-qassisin kienu jqiegħdu maskra tal-wiċċ tal-persuna bejn is-saffi ta’ faxex tar-ras.
F’diversi stadji l-forma ġiet miksija b’reżina sħuna u t-tgeżwir reġa’ beda għal darb’oħra. Fl-aħħar, il-qassisin igeżwru wkoll is-sodda bid-drapp u jqiegħdu l-katavru fuqha.
Ħtiġiet għall-ħajja ta’ wara
B’hekk, il-mummja kienet tkun kompluta. Is-saċerdoti li jippreparawha ma kinux l-uniċi impenjati matul dan iżżmien kollu. Għalkemm ġen- eralment it-tħejjija tal-qabar kienet tkun inbdiet ħafna qabel il-mewt attwali tal-persuna, mal-mewt ried isir kollox ta’ malajr u l-artiġjani, il-ħaddiema u l-artisti kellhom jaħdmu f’ħin limitat. Kien hemm ħafna ħwejjeġ x’jitqiegħdu fil-qabar, għax kienu jemmnu li l-persuna mejta seta’ jkollha bżonnhom fil-ħajja ta’ wara.
Kienu jitlestew ta’ malajr l-għamara u statwetti kif ukoll pitturi ta’ xeni reliġjużi jew ta’ kuljum mal-ħitan; u listi ta’ ikel jew talb. Permezz ta’ proċess maġiku, dawn il-mudelli, stampi u listi jsiru l-ħaġa reali meta meħtieġa fil-ħajja ta’ wara. B’hekk kollox kien ikun lest għall-funeral.
Bħala parti minn din iċ-ċelebrazzjoni, il-qassisin kienu jagħmlu riti reliġjużi speċjali fid-daħla tal-qabar. L-aktar parti importanti taċ-ċerimonja kienet imsejħa l-‘Ftuħ tal-Ħalq’. Qassis kien imiss diversi partijiet tal-mummja bi strument speċjali għax kienu jsostnu li dawk il-partijiet talġisem ‘jinfetħu’ għas-sensi li jitgawdew fil-ħajja u meħtieġa fil-ħajja ta’ wara.
Kienu tal-fehma li billi jintmess l-istrument mal-ħalq, il-persuna mejta setgħet terġa’ tibda titkellem u tiekol. Meta jitlesta dan ir-rit, il-mummja kienet tkun lesta għall-vjaġġ tagħha lejn il-ħajja ta’ wara. Hi titqiegħed fit-tebut tagħha, jew it-twiebet, fil-kamra taddfin u l-entratura kienet tiġi ssiġillata.
Imħabba għall-ħajja
Prattiċi ta’ dfin elaborati bħal dawn jistgħu jissuġġerixxu li l-Eġizzjani kienu mħassba ferm mill-ħsibijiet li tikkaġuna l-mewt. Għall-kuntrarju, minn kmieni, huma kienu jibdew jagħmlu pjani għall-mewt tagħhom, minħabba l-imħabba kbira li kellhom għall-ħajja. Ma setgħu jaħsbu fl-ebda ħajja aħjar mill-preżent, u riedu jkunu ċerti li din se titkomplielhom wara l-mewt fuq din l-art.
Imma għaliex kienu jippreservaw il-ġisem? L-Eġizzjani kienu jemmnu li l-ġisem mummifikat kien id-dar għal din ir-ruħ jew l-ispirtu. Jekk il-ġisem kien jispiċċa jinqered, l-ispirtu jista’ jintilef. L-idea ta’ ‘spirtu’ kienet kumplessa u tinvolvi verament tliet spirti: il-ka, ba, u akh.
Il-ka, ‘doppju’ tal-persuna, kien jibqa’ fil-qabar u kellu bżonn l-offerti u l-oġġetti hemmhekk. Il-ba, jew
‘ruħ’, kienet ħielsa li tittajjar mill-qabar u terġa’ lura lejh. U kien l-akh, forsi tradott bħala ‘l-ispirtu’, li kellu jivvjaġġa minn taħt id-dinja għall-ġudizzju finali u d-dħul għall-ħajja ta’ wara. Għall-Eġizzjani, it-tlieta kienu essenzjali.
Ġeneralment wara l-mewt, il-faragħuni tal-Eġittu kienu jispiċċaw imummifikati u midfunin f’oqbra elaborati. Ta’ spiss, kemm il-membri tan-nobbli u l-uffiċjali kienu jirċievu l-istess trattament. Magħhom kienu jiżdiedu wkoll numru ta’ nies komuni. Madanakollu, il-proċess kien wieħed li jiswa l-flus, lil hinn mill-mezzi ta’ ħafna.
Annimali mmummifikati
Għal raġunijiet reliġjużi, xi annimali wkoll kienu jispiċċaw mummifikati. Il-barrin sagri mid-dinastiji bikrija kellhom iċ-ċimiterju tagħhom f’Sakkara. Il-babuni, il-qtates, l-għasafar, u l-kukkudrilli, li wkoll kellhom sinifikat reliġjuż kbir, ġieli kienu jkunu mummifikati, speċjalment fid-dinastiji ta’ wara.

Kittieba tal-qedem, xjenzjati moderni, u l-mummji nfus- hom, ilkoll jgħinuna nifhmu aħjar il-proċess tal-mummifikazzjoni Eġizzjana u l-kultura li kienet teżisti fiha. Ħafna minn dak li nafu dwar il-proċess attwali hu bbażat fuq il-kitbiet ta’ storiċi tal-bidu, bħal Erodotu, li rreġistra bir-reqqa l-proċess matul il-vjaġġi tiegħu lejn l-Eġittu f’madwar l-450 qabel Kristu. L-arkeologi tal-lum u speċjalisti oħrajn qed iżidu dan l-għarfien. L-iżvilupp tarraġġi-X issa jagħmilha possibbli li l-mummji jitteħdilhom X-ray mingħajr il-ħtieġa li jinqered it-tgeżwir elaborat ta’ barra.
Billi jistudjaw ir-raġġi-X jew jagħmlu awtopsji fuq iġsma mhux imgeżwra, l-esperti qed jitgħallmu aktar fuq il-mard li kienu jbatu bih l-Eġizzjani u l-kura medika li kienet tingħatalhom u li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Idea aħjar tat-tul medju u tal-ħajja li għadddew, tinkiseb mill-istudju tal-għadam. Permezz tas-sejba tal-età tagħhom mal-mewt, l-ordni u d-dati tar-rejiet Eġizzjani jsiru ftit aktar ċari.
Anke rabtiet ta’ parentela fil-linja rjali jistgħu jiġu
Il-proċess tal-mummifikazzjoni kien jieħu 70 jum.
Qassisin b’ħiliet speċjali kienu jaħdmu bħala balzmaturi, jittrattaw u jgeżwru l-ġisem. Lil hinn mill-għarfien tar-ritwali u t-talb marbut magħhom, li kellhom isiru f’diversi stadji, il-qassisin kellhom bżonn ukoll għarfien dettaljat tal-anatomija tal-bniedem ssuġġeriti mix-xebh impressjonanti jew min-nuqqas ta’ xebh fil-kranji tal-faragħun li ġew wara xulxin. Minkejja li għaddew eluf ta’ snin, il-mummji għadhom ikellmuna.
Tmiem tal-mummifikazzjoni
Insibu li l-mummifikazzjoni
Eġizzjana spiċċat gradwalment fir-raba’ seklu, meta Ruma ħakmet l-Eġittu. Imbagħad bil-miġja tal-Kristjaneżmu, il-proċess ta’ mummifikazzjoni waqaf.
Forsi l-ebda mummja mhi famuża aktar minn dik tarre tifel, ir-Re Tut. Il-faragħun żagħżugħ miet aktar minn 3,000 sena ilu, fl-età ta’ 19-il sena.
Insibu li l-aktar mummja qadima għandha 4,300 sena. Kienet ta’ raġel sinjur u importanti ta’ 35 sena, imsejjaħ Djed Sepsh, Zahi Hawass, l-eks ministru tal-antikitajiet tal-Eġittu, lil CNN. “Hi l-eqdem mummja, kompluta u miksija bid-deheb, li qatt instabet fl-Eġittu,” qal, u żied li din kienet “l-aktar sejba talgħaġeb.”
Wara li l-laħam tnixxef, ilġisem tgeżwer f’saffi fuq saffi ta’ għażel, li bejniethom il-qassisin poġġew amuleti biex jgħinu lill-mejjet fil-ħajja ta’ wara. Kienet applikata kisja ta’ fuq tar-reżina biex tiżgura protezzjoni mill-umdità, u mbagħad il-ġisem mummifikat tqiegħed f’tebut u spiċċa ssiġillat f’qabar.
Esibiti barra l-Eġittu
Id-Dipartiment tal-Eġittu tal-Qadem hu dipartiment li jifforma parti storika talMużew Brittaniku, b’aktar minn 100,000 esebit, li jagħmilha l-akbar u l-aktar kollezzjoni komprensiva ta’ antikitajiet Eġizzjani barra l-Mużew Eġizzjan fil-Kajr. L-antikitajiet Eġizzjani ffurmaw parti mill-kollezzjoni tal-Mużew Brittaniku sa mittwaqqif tiegħu fl-1753, wara li rċieva 160 oġġett Eġizzjan mingħand Sir Hans Sloane. Wara t-telfa tal-forzi Franċiżi taħt Napuljun, fil-Battalja tanNil fl-1798, l-antikitajiet Eġizzjani miġburin kienu kkonfiskati mill-armata Ingliża u ppreżentati lill-Mużew Brittaniku fl-1803.
Dawn l-oġġetti, li kienu jinkludu l-famuża Rosetta Stone, kienu l-ewwel għotja. Minn hemm ’il quddiem, ir-Renju Unit ħatar lil Henry Salt bħala konslu fl-Eġittu. Dan ġabar ġabra kbira ta’ antikitajiet, li wħud minnhom kienu ttrasportati b’ħila kbira mill-esploratur famuż Taljan Giovanni Belzoni. Ħafna mill-antikitajiet li ġabar Henry Salt, inxtraw mill-Mużew Brittaniku u mill-Mużew tal-Louvre.
Aktar għotjiet Sal-1866 il-kollezzjoni kienet tikkonsisti f’xi 10,000 oġġett. L-antikitajiet mill-iskavi bdew jaslu fil-mużew fl-aħħar parti tas-seklu 19 bħala riżultat tal-ħidma tal-Fond ta’ Esplorazzjoni tal-Eġittu taħt l-isforzi ta’ E.A. Wallis Budge. Matul is-snin, minn dan is-sors inġabru aktar minn 11,000 oġġett, inklużi biċċiet minn Amarna, Bubastis u Deir el-Bahari. Organizzazzjonijiet u individwi oħrajn ukoll skavaw u taw oġġetti lill-Mużew Brittaniku, fosthom Flinders Petrie u l-Iskola Brittanika tal-Arkeoloġija fl-Eġittu, kif ukoll l-Oxford University Expedition għal Kawa u Faras fis-Sudan.
L-appoġġ attiv mill-mużew għall-iskavi fl-Eġittu kompla jirriżulta f’akkwisti importanti matul is-seklu 20, sakemm bidliet fil-liġijiet għall-antikitajiet fl-Eġittu wasslu għas-sospensjoni tal-politika li tippermetti li sejbiet ikunu esportati.
Il-Mużew Brittaniku wettaq l-iskavi tiegħu stess fl-Eġittu fejn irċieva partijiet mis-sejbiet, inklużi f’Asyut, f’Mostagedda, f’Matmar f’Ashmunein u siti fis-Sudan bħal Soba, Kawa u Northern Dongola Reach. Id-daqs tal-kollezzjonijiet Eġizzjani issa hu ta’ aktar minn 110,000 oġġett.
Fil-ħarifa tal-2001 it-tmien miljun oġġett li jiffurmaw il-kollezzjoni permanenti tal-Mużew ġew estiżi aktar biż-żieda ta’ sitt miljun oġġett mill-Kollezzjoni Wendorf tal-Preistorja Eġizzjana u Sudaniża.
Dawn ingħataw mill-Professur Fred Wendorf tas-Southern Methodist University f’Texas, u jinkludu l-kollezzjoni sħiħa ta’ artefatti u fdalijiet ambjentali mill-iskavi tiegħu f’siti preistoriċi fid-Deżert tas-Saħara bejn l-1963 u l-1997.
Kollezzjonijiet oħra ta’ xogħol fil-post, reċentement ingħataw minn Dietrich u Rosemarie Klemm (Università ta’ Munich) u William Adams (Università ta’ Kentucky).
Is-seba’ galleriji Eġizzjani permanenti fil-Mużew Brittaniku, li jinkludu l-akbar spazju għall-wirjiet, Kamra 4, għall-iskultura monumentali, tista’ turi biss 4% tal-oġġetti Eġizzjani li għandu l-Mużew. Il-galleriji tat-tieni sular għandhom għażla tal-kollezzjoni ta’ 140 mummja u tebut; l-akbar barra l-Kajr.
Proporzjon qawwi tal-kollezzjoni ġej minn oqbra jew kuntesti marbutin mal-kult tal-mejtin, u huma dawn il-bċejjeċ, b’mod partikulari l-mummji, li jibqgħu fost l-aktar esibiti mfittxija mill-viżitaturi.