
1 minute read
INĊENTIVI GĦAL IKTAR INVESTIMENT F’ENERĠIJA ĦADRA
Il-Gvern jinsab għaddej b’diversi kampanji bil-għan li l-ekonomija Maltija u l-poplu inġenerali ma jibqgħux dipendenti fuq enerġija li toriġina minn sorsi mhux rinnovabbli bħalma huma dawk li ġejjin mill-fossili.
Xhieda ta’ dan huma d-diversi skemi li tnedew tul dawn l-aħħar snin biex jgħinu lill-imprendituri fis-settur privat ħalli jilħqu dan il-għan.
Advertisement
Dawn l-iskemi u inċentivi ntlaqgħu tajjeb ħafna mis-settur industrijali u dan kollu jinkoraġġixxi għal inizjattivi oħrajn biex il-pajjiż ikompli jilħaq il-miri tiegħu ta’ żvilupp sostenibbli mfasslin mill-Unjoni Ewropea u l-viżjoni talGvern għal ekonomija dekarbonizzata sas-sena 2050.
Għaldaqstant, il-Ministeru għallAmbjent, l-Enerġija u l-Intrapriża għal darb’oħra qed joffri skema oħra biex investituri privati jitfgħu l-offerti tagħhom ħalli jiżviluppaw installazzjonijiet kbar ta’ enerġija li tiġġedded, bħal pannelli fotovoltajċi u turbini tar- riħ.
L-allokazzjoni massima ta’ din l-iskema hi ta’ 19-il Megawatt, filwaqt li l-kapaċità tal-installazzjoni f’kull offerta mitfugħa trid tkun ta’ mill-inqas 1 Megawatt. Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) se jkun qed jamministra din l-iskema. Investituri privati li qed ifittxu li jinvestu f’enerġija li tiġġedded se jkunu jistgħu jissottomettu l-offerti tagħhom minn nofsinhar tat-22 ta’ Mejju sa nofsinhar tat-30 ta’ Mejju li ġejjin.
Applikanti prospettivi jistgħu jiksbu aktar tagħrif mis-sit tar-REWS (https:// www.rews.org.mt/?ts=1663151046916#/ mt/a/512-call-for-bids) jew mill-Gazzetta tal-Gvern tas-17 ta’ Frar 2023 (https:// www.gov.mt/en/Government/DOI/ Government%20Gazette/tenders/Pages/2023/02/Tenders1702.aspx).

Jistgħu wkoll jibagħtu email fuq enquiry@rews.com.mt jew iċemplu fuq in-numru 22955000 għal aktar għajnuna.
Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa
Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com