
3 minute read
ĦAMES PILASTRI FL-ISTRATEĠIJA
GĦAT-TISĦIĦ TAL-GVERN LOKALI
Wara 30 sena li ilhom jaħdmu qrib iċċittadini, bl-isfidi kollha li ġew mażżmien, il-kunsilli lokali issa għandhom strateġija nazzjonali ġdida biex, flimkien mal-kunsilli reġjonali li jagħmlu parti minnhom, ikomplu jaġġornaw mażżminijiet u jibqgħu jġibu tibdiliet meħtieġa fil-lokalitajiet bl-aħjar servizzi possibbli.
Advertisement
L-evoluzzjoni fil-mod kif il-kunsilli jtejbu l-prattiċi tagħhom kienet ilha żmien twil tinħass, għalhekk issa tfasslet il-Viżjoni Strateġika Nazzjonali għall-Gvern Lokali msejsa fuq ħames pilastri ewlenin. Dawn ġew identifikati u stabbiliti wara sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni flimkien ma’ dawk kollha interessati u li għandhom għal qalbhom it-tmexxija tal-ibliet u l-irħula lokali.
Il-pilastri identifikati se jkunu qed jagħtu viżjoni aktar ċara ’l fejn il-pajjiż irid iwassal lill-kunsilli lokali u reġjonali biex jibqgħu jservu u jkunu l-vuċi tarresidenti. Il-ħames pilastri prinċipali huma: 1) Governanza tajba u effettiva;
2) Riżorsa reġjonali għall-kunsilli lokali;
3) Lokalitajiet b’ambjent aktar nadif; 4) Kunsilli lokali viċin in-nies; u 5) Prijorità diġitali fil-Gvern Lokali.
Mil-laqgħat ta’ konsultazzjoni ħarġet ċara l-importanza li l-kunsilli jkunu dejjem aktar trasparenti u responsabbli għad-deċiżjonijiet li jieħdu f’isem iċċittadini rispettivi tagħhom.
Il-viżjoni strateġika turi li l-kunsilli lokali u reġjonali għandhom jimmiraw biex jilħqu livell ogħla ta’ governanza tajba u effettiva, permezz ta’ diversi miżuri li jsaħħu l-istrutturi interni tagħhom. Miżuri oħrajn jinkludu taħriġ ħolistiku li mistenni jingħata biex titjieb il-governanza tal-membri eletti u membri amministrattivi tal-kunsilli.
Minbarra hekk, hu essenzjali li jinħolqu linji gwida dettaljati u jingħata appoġġ professjonali lill-kunsilli lokali u reġjonali biex tissaħħaħ il-kontabilità. Kunsilli lokali li jilħqu livell għoli ta’ eċċellenza se jkunu qed jiġu mħeġġa u assistiti biex japplikaw għattimbru European Label of Governance Exellence jew ELoGE.
Finalment, il-governanza tajba u effettiva mistennija tissaħħaħ ukoll bil-preżenża ta’ mekkaniżmi li jwittu t-triq għal aktar rappreżentanza filkunsilli lokali, waqt li tissokta l-ħidma biex kandidati eliġibbli jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-kariga qabel l-età ta’ 18-il sena.
Il-kunsilli reġjonali huma pedina importanti għall-kunsilli lokali li jħaddnu u jistgħu jkunu ta’ kontribut ferm akbar fl-impenn tagħhom biex iqarrbu lill-Gvern Lokali lejn ir-residenti.
Waqt li s-servizzi offruti mill-kunsilli baqgħu jiżdiedu, inħasset iżjed il-ħtieġa ta’ entità li b’mod kollettiv u b’sinerġija waħda mal-istess entitajiet dawn isibu s-sostenn biex anke jindirizzaw ilħtiġijiet b’mod effiċjenti u effikaċi.
Għal dan il-għan, il-viżjoni strateġika l-ġdida se tkompli ssaħħaħ il-valur talkunsilli reġjonali bħala punt ta’ referenza għas-settur tal-Gvern Lokali. B’hekk il- kunsilli reġjonali se jibqgħu strumentali biex iqassmu r-riżorsi b’mod aktar effiċjenti bil-kollaborazzjoni kontinwa u ħidma professjonali bejn il-lokalitajiet.
Ma’ dan se jkun hemm impenn biex prattiċi tajbin jinqasmu ma’ reġjuni oħrajn, filwaqt li jinħolqu mekkaniżmi biex jiġu ppremjati r-reġjun jew reġjuni li effettivament ħadmu b’risq ilkomunitajiet.
Il-kunsilli reġjonali huma pedina biex jiffaċilitaw kif diversi msieħba jistgħu jaqsmu l-informazzjoni u l-ideat
F’kummenti lill-KullĦadd, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, tenniet li “qed naraw kif il-Gvern jagħmel sforzi u investimenti kbar fil-qasam ambjentali. Għaldaqstant, din il-viżjoni se tkun qed toffri linji gwida biex inkomplu fuq dawn l-isforzi. Qed tiġi implimentata sistema tal-ġbir tal-iskart biex din tibqa’ tħares il-bżonnijiet ta’ kull lokalità f’kuntest reġjonali u b’hekk jonqos ilpiż amministrattiv minn fuq il-kunsilli lokali.”
Il-viżjoni strateġika għandha l-għan li twassal lill-kunsilli lokali u reġjonali biex jilħqu livelli ogħla għal ippjanar u komunikazzjoni aħjar. Finalment il-kunsilli reġjonali jibqgħu jsostnu l-ħidma intensiva ħalli jitħarsu d-drittijiet tal-kunsilli fl-iżvilupp talpolitika nazzjonali.
“Il-viżjoni tal-Gvern Lokali titlaq millpunt li s-servizzi tal-entitajiet governattivi jkunu eqreb lejn ir-resident billi tiġi ffaċilitata l-aċċessibilità mill-uffiċini tal-kunsilli. Se jiġu wkoll identifikati proġetti li jindirizzaw il-ħtiġijiet tar-residenti, b’ħidma kollaborattiva bejn ilkunsill lokali u dak reġjonali rispettiv. Bħala Gvern Lokali, għandna nibqgħu nsostnu l-funzjoni ewlenija li nipprovdu inizjattivi u proġetti li jtejbu l-kwalità talħajja tar-residenti, filwaqt li niżguraw li dawn il-proġetti jkunu inklużivi għal kulħadd,” hi qaltilna.

Hi realtà li l-qasam tal-Gvern Lokali jeħtieġlu li jkompli jevolvi u jimxi mażżminijiet biex jibqa’ relevanti. Għaldaqstant, il-viżjoni strateġika tħaddan fiha pilastru li jipproponi numru ta’ miżuri biex, filwaqt li l-kunsilli lokali u reġjonali jkunu aktar aċċessibbli, jagħmlu użu mit-teknoloġija diġitali għat-titjib fil-kwantità u l-kwalità tasservizzi li jiġu offruti lill-komunitajiet.
Il-poplu qed isir aktar konxju dwar l-importanza tal-ambjent u kif il-lokalitajiet tagħna għandhom ikunu aktar nodfa. Il-viżjoni strateġika relatata ma’ din it-tema hi li jiżdiedu r-riżorsi blaħjar mod possibbli, filwaqt li tiżdied l-effiċjenza għal ambjent aktar nadif, inkluża l-arja li ttejjeb il-kwalità talħajja tar-residenti.
Ma’ dan hi spjegat li qiegħda ssir ħidma ħalli jiġu introdotti inċentivi u miżuri li jnaqqsu l-emissjonijiet u anke jiġu implimentati metodi aktar effiċjenti għat-tindif tat-toroq fil-lokalitajiet.
“Għal dawn l-aħħar 30 sena, ilkunsilli lokali servew bl-iskop aħħari li jirrappreżentaw liċ-ċittadini lokali u għalhekk hu siewi li din il-viżjoni strateġika ssaħħaħ il-funzjoni talimsieħba tal-Gvern Lokali biex ikunu viċin in-nies, fl-analiżi u fit-twettiq tal-ħtiġijiet u l-aspettazzjonijiet talkomunitajiet,” kompliet Zerafa Civelli.
Il-viżjoni strateġika wkoll tindirizza lill-kunsilli lokali għall-introduzzjoni ta’ pjattaforma komuni online, flimkien ma’ pjan biex titnieda mobile app ħolistika li minnha r-residenti kollha jkollhom aċċess għas-servizzi offruti millkunsilli lokali u l-faċilità għal attivitajiet u taħrig aċċessibbli b’mod virtwali.
Il-kunsilli lokali u reġjonali issa qed jingħataw viżjoni biex jibqgħu jaqdu r-rwoli kruċjali tagħhom fil-komunità. Għaldaqstant, it-tnedija tal-Viżjoni Strateġika Nazzjonali għall-Gvern Lokali qed titqies bħala għodda ħajja biex illokalitajiet jibnu fuqha u jtejbu l-ideat li jiġu identifikati fiha.