
1 minute read
RIKONOXXIMENTI FIS-SERVIZZ PUBBLIKU
Il-Ġimgħa filgħaxija s-Servizz Pubbliku rrikonoxxa l-ħidma tal-uffiċjali pubbliċi li spikkaw f’ħidmiethom is-sena li għaddiet. Iċ-ċerimonja, li saret taħt il-patroċinju tal-President tarRepubblika George Vella, ġabet fi tmiemha l-ewwel edizzjoni tal-Public Service Expo.
F’diskors tal-okkażjoni, ilKap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana ddeskriva l-uffiċjal pubbliku bħala l-akbar riżorsa li għandu ċ-Ċivil u stqarr li okkażjonijiet simili jippremjaw ilmotivazzjoni, l-innovazzjoni u s-sens ta’ appartenenza.
Advertisement
Din is-sena, il-maġġoranza assoluta tal-premjijiet kienu miftuħin għan-nominazzjonijiet tal-uffiċjali pubbliċi stess, b’bord imwaqqaf apposta jirċievi kważi 300 nominazzjoni.
Fost il-ħidma li ġiet ippremjata kien hemm il-Best Green Initiative, unur li mar għand l-Inġinier Ramon Tabone mill-Isptar Mater Dei, grazzi għall-ħidma fuq proġett fejn naqqas il-ħela ta’ sħana mill-inġenji taċ-chillers tal-isptar, billi jutilizza din l-istess enerġija biex issaħħan is-swali u l-ilma. Hu stmat li dan wassal biex jiġu ffrankati miljun litru ta’ fuel u aktar minn tliet miljun kilo ta’ tniġġis tal-karbonju.
L-unur tal-Best Digital Solution ingħata lill-Information Management Unit tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, wara li żviluppa l-pjattaforma mySocialSecurity. Din l-għodda toffri servizzi soċjali personalizzati, b’faċilità ta’ stimi ta’ benefiċċji li applikant ikun intitolat għalihom.
L-Inclusion Award ingħata lit-tim tal-Community Policing fil-Marsa, li stabbilixxa diversi attivitajiet li qed iwasslu għal aktar inklużjoni kif ukoll qed iservu ta’ pont bejn gruppi ta’ minoranza u l-awtoritajiet.
L-Inspiring Social Responsibility Award ingħata lill-Malta Food Agency, għat-tqassim ta’ frott, ħaxix u ħut frisk lil soup kitchens u food banks, waqt li l-Project of the Year ingħata lid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità għal Dar Padova, klinika b’numru ta’ servizzi taħt saqaf wieħed għall-anzjani f’Għawdex.
It-Team Recognition Award ingħata lit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Industrijali fid-Diviżjoni tan-Nies u l-Istandards, grazzi għax-xogħol tagħha fuq kundizzjonijiet tal-ħaddiema b’ħiliet ta’ negozjar u abbiltà li tnaqqas il-konflitti fix-xogħol.
Ma’ dawn, il-Quality Award ingħata lil Business First, il-Quality Label ingħata lillUffiċċju tal-Passaport u taleID ta’ Identity Malta, l-Uffiċċju għas-Servizzi Konsulari, il-One-Stop-Shop għall-Uffiċjali Pubbliċi u l-Health Care Funding.
Il-Best Practice in Good Governance Award ingħata lill-Awtorità tal-Istandards għall-Kura Soċjali, ir-Role Model Award ingħata lill-Kuntistabbli tal-Pulizija Aiden Brignone Carachi u l-Outstanding Effort Award littim tal-Protezzjoni Ċivili.