
1 minute read
L-PROGRESS AMBJENTALI F’PAJJIŻNA
l-aħjar ċertifikati lil Malta, inkluż fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima … anke qabel l-akbar proġetti mwegħdin waqt li dak Brittaniku hu marbut mal-protezzjoni marittima.
Għalkemm l-indiċi hu kkonċentrat fuq l-ambjent, l-istudju tal-Yale Center for Environment Law & Policy jidħol ukoll f’setturi relatat mal-amministrazzjoni pubblika rispettiva filpajjiżi. Hawnhekk Malta wkoll irreġistrat titjib sostanzjali.
Advertisement
Fil-fatt, ir-rapport ipoġġi lil pajjiżna fl-ewwel post fejn jidħol titjib fl-effettività tal-Gvern, fis-saltna tad-dritt, fil-kontroll tal-korruzzjoni u fil-kwalità regolatorja, waqt li fil-kategoriji ta’ stabbiltà politika u n-nuqqas ta’ vjolenza fil-pajjiż ġejna kklassifikati fit-tielet post, millġdid wara d-Danimarka u l-Finlandja.
Dawn ir-riżultati huma wkoll mera tal-ħidma li twettqet s’issa u għadha titwettaq f’dawn l-oqsma mill-Gvern Laburista, inċitati fost l-oħrajn reċentement waqt laqgħa li l-Prim Ministru Robert Abela kellu filBerġa ta’ Kastilja mal-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Didier Reynders.

F’dik il-laqgħa kien diskuss kif il-Gvern Malti jikkonsulta bis-sħiħ u l-ħin kollu mal-Kummissjoni Ewropea, fost oħrajn, dwar l-implimentazzjoni ta’ għadd ta’ riformi favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt, il-ġustizzja u l-governanza f’pajjiżna.
Fost l-għadd kbir ta’ riformi li twettqu minn din l-amministrazzjoni hemm il-metodu ġdid ta’ ħatriet f’diversi karigi im- portanti, bħal dik tal-President tar-Repubblika, il-Kummissarju tal-Pulizija u fil-ġudikatura, inkluż tal-Prim Imħallef, fejn il-Gvern reħa kull poter minn idejh.
*titjib fl-2022 fuq ir-riżultati tal-2012